+23. Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - …
|
23. Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - …
Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - istituzzjonijiet finanzjarji jidentifikaw u jivvalutaw: - a. liema reġimi tal - miżuri restrittivi japplikaw għalihom;
- b. il- probabbiltà ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi;
- c. il- probabbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
- d. l- impatt ta’ kwalunkwe ksur tal - miżuri restrittivi; u
- e. il- fatturi ta’ riskju li ġejjin:
- a) riskju ġeografiku, inkluż:
- i. fejn l - istituzzjoni finanzjarja twettaq in - negozju tagħha, jiġifieri l - ġurisdizzjonijiet u t- territorji li fihom l - istituzzjoni finanzjarja hija stabbilita jew topera;
- ii. il- punt sa fejn dawk il - ġurisdizzjonijiet u t - territorji huma esposti għall - miżuri restrittivi jew huma magħrufa li jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
- iii. l- oriġini u d - destinazzjoni tat - tranżazzjonijiet.
- b) riskju tal - klijent, inkluż:
- i. ir- rabtiet ta’ klijenti u, jekk applikabbli, is - sidien benefiċjarji u l - azzjonisti kontrollanti tagħhom, ma’ pajjiżi li għalihom hemm fis - seħħ miżuri restrittivi minħabba sitwazzjoni li taffettwa lil dan il - pajjiż, jew li huwa magħruf li qed jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
- ii. l- għadd ta’ klijenti, it - tip ta’ klijenti u l - kumplessità ta’ dawk il - klijenti, bħall - kwistjonijiet bl - identifikazzjoni tas - sid benefiċjarju;
- iii. l- attività tal - bażi tal - klijenti tagħhhom, u l - kumplessità tal- attività, inkluż kwalunkwe rabta ma’ industriji jew setturi li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri ekonomiċi jew kwalunkwe miżura restrittiva oħra, kif ukoll il - frekwenza u t -tipi ta’ tranżazzjonijiet.
- c) riskju ta’ prodotti u servizzi, inkluż:
- i. in - natura tal -prodotti u s- servizzi tal - istituzzjoni finanzjarja;
- ii. il- punt sa fejn il - forniment ta’ dawn il -prodotti u s- servizzi jesponi lill - istituzzjoni finanzjarja għar - riskju ta’ ksur tal - miżuri restrittivi u ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
- d) riskju tal - kanali ta’ konsenja, inkluż jekk l - użu ta’ intermedjarji, aġenti, partijiet terzi, relazzjonijiet bankarji korrispondenti jew kanali ta’ konsenja oħra joħloqx vulnerabbiltajiet, inkluż billi:
- i. jillimita l - viżibbiltà li l - istituzzjoni finanzjarja għandha fuq il - partijiet involuti;
- ii. jagħmel l - istituzzjoni finanzjarja dipendenti fuq il - proċessi ta’ skrinjar ta’ partijiet terzi;
- iii. iżid l - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għal riskji ġeografiċi minħabba li din tkun qed topera, jew tkun ibbażata f’pajjiżi li għalihom huma fis - seħħ miżuri restrittivi minħabba sitwazzjoni li taffettwa lil dan il - pajjiż jew pajjiżi magħrufa li jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|