+4.2 Twettiq ta’ valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi
---+22. Il- proċeduri interni tal- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikopru l - valutazzjoni tal - …
---+23. Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - …
---+24. Il- valutazzjoni msemmija fil - paragrafu 22 għandha tkun ibbażata fuq firxa suffiċjentement …
---+25. Meta jwettqu valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, l - istituzzjonijiet …
---+26. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l - valutazzjoni tagħhom tal - esponiment …
---+27. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw il - metodoloġija tagħhom għat - twettiq …
---+28. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - …

4.2 Twettiq ta’ valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi

4.2 Twettiq ta’ valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
22. Il- proċeduri interni tal- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikopru l - valutazzjoni tal - …

Il- proċeduri interni tal- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikopru l - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, sabiex jifhmu sa liema punt kull qasam tan - negozju tagħhom huwa espost għall - miżuri restrittivi u vulnerabbli għal ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.

23. Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - …

Il- valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi għandha tippermetti li l - istituzzjonijiet finanzjarji jidentifikaw u jivvalutaw:

  • a. liema reġimi tal - miżuri restrittivi japplikaw għalihom;
  • b. il- probabbiltà ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • c. il- probabbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • d. l- impatt ta’ kwalunkwe ksur tal - miżuri restrittivi; u
  • e. il- fatturi ta’ riskju li ġejjin:
  • a) riskju ġeografiku, inkluż:
  • i. fejn l - istituzzjoni finanzjarja twettaq in - negozju tagħha, jiġifieri l - ġurisdizzjonijiet u t- territorji li fihom l - istituzzjoni finanzjarja hija stabbilita jew topera;
  • ii. il- punt sa fejn dawk il - ġurisdizzjonijiet u t - territorji huma esposti għall - miżuri restrittivi jew huma magħrufa li jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • iii. l- oriġini u d - destinazzjoni tat - tranżazzjonijiet.
  • b) riskju tal - klijent, inkluż:
  • i. ir- rabtiet ta’ klijenti u, jekk applikabbli, is - sidien benefiċjarji u l - azzjonisti kontrollanti tagħhom, ma’ pajjiżi li għalihom hemm fis - seħħ miżuri restrittivi minħabba sitwazzjoni li taffettwa lil dan il - pajjiż, jew li huwa magħruf li qed jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi;
  • ii. l- għadd ta’ klijenti, it - tip ta’ klijenti u l - kumplessità ta’ dawk il - klijenti, bħall - kwistjonijiet bl - identifikazzjoni tas - sid benefiċjarju;
  • iii. l- attività tal - bażi tal - klijenti tagħhhom, u l - kumplessità tal- attività, inkluż kwalunkwe rabta ma’ industriji jew setturi li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri ekonomiċi jew kwalunkwe miżura restrittiva oħra, kif ukoll il - frekwenza u t -tipi ta’ tranżazzjonijiet.
  • c) riskju ta’ prodotti u servizzi, inkluż:
  • i. in - natura tal -prodotti u s- servizzi tal - istituzzjoni finanzjarja;
  • ii. il- punt sa fejn il - forniment ta’ dawn il -prodotti u s- servizzi jesponi lill - istituzzjoni finanzjarja għar - riskju ta’ ksur tal - miżuri restrittivi u ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
  • d) riskju tal - kanali ta’ konsenja, inkluż jekk l - użu ta’ intermedjarji, aġenti, partijiet terzi, relazzjonijiet bankarji korrispondenti jew kanali ta’ konsenja oħra joħloqx vulnerabbiltajiet, inkluż billi:
  • i. jillimita l - viżibbiltà li l - istituzzjoni finanzjarja għandha fuq il - partijiet involuti;
  • ii. jagħmel l - istituzzjoni finanzjarja dipendenti fuq il - proċessi ta’ skrinjar ta’ partijiet terzi;
  • iii. iżid l - esponiment tal - istituzzjoni finanzjarja għal riskji ġeografiċi minħabba li din tkun qed topera, jew tkun ibbażata f’pajjiżi li għalihom huma fis - seħħ miżuri restrittivi minħabba sitwazzjoni li taffettwa lil dan il - pajjiż jew pajjiżi magħrufa li jintużaw għaċ - ċirkomvenzjoni tal - miżuri restrittivi.
24. Il- valutazzjoni msemmija fil - paragrafu 22 għandha tkun ibbażata fuq firxa suffiċjentement …

Il- valutazzjoni msemmija fil - paragrafu 22 għandha tkun ibbażata fuq firxa suffiċjentement diversa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inklużi mill - inqas dawn li ġejjin:

  • a. informazzjoni miksuba bħala parti mill - applikazzjoni tal - miżuri ta’ diliġenza dovuta tal - klijenti tal - istituzzjoni finanzjarja, f’konformità mad - dispożizzjonijiet tal -Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849;
  • b. informazzjoni minn korpi internazzjonali, il - gvern, l - awtoritajiet nazzjonali kompetenti inklużi s - superviżuri fil - qasam tal -AML/CFT, l- unitajiet tal - intelligence finanzjarja (FIUs) u l- awtoritajiet tal - infurzar tal - liġi (LEAs), bħal tipoloġiji aġġornati dwar iċ - ċirkomvenzjoni tal- miżuri restrittivi;
  • c. informazzjoni minn sorsi miftuħa kredibbli u affidabbli, bħal rapporti f’gazzetti ta’ reputazzjoni tajba u mezzi tal - media oħra ta’ reputazzjoni tajba;
  • d. informazzjoni minn organizzazzjonijiet kummerċjali kredibbli u affidabbli, bħal rapporti ta’ riskju;
  • e. fejn dan ikun disponibbli, analiżi ta’ allerti preċedenti tal - miżuri restrittivi fir - rigward ta’ konkordanzi pożittivi veri u konkordanzi pożittivi foloz sabiex jiġu identifikati sitwazzjonijiet fejn huwa l - aktar probabbli li jseħħu konkordanzi pożittivi v eri.
25. Meta jwettqu valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, l - istituzzjonijiet …

Meta jwettqu valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkunsidraw jekk l - iskrinjar retroattiv tal - bażi tad - data tal- klijenti tagħhom u r - rekords tat- tranżazzjonijiet tal - passat jistgħux ikunu utli u proporzjonati. Dan jista’ jkun il - każ fejn l - istituzzjoni finanzjarja tkun identifikat jew ikollha raġunijiet raġonevoli biex tissuspetta li s- sistema ta’ skrinjar preċedenti tagħha kienet inadegwata jew ineffettiva.

26. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l - valutazzjoni tagħhom tal - esponiment …

L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l - valutazzjoni tagħhom tal - esponiment għall - miżuri restrittivi tibqa’ aġġornata u rilevanti. Sabiex jinkiseb dan, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrieżaminawha tal - inqas darba fis - sena u fejn meħtieġ, jaġġornawha. Barra minn hekk, kif meħtieġ, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw il - valutazzjoni tagħhom tal- esponiment għall - miżuri restrittivi fis - sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • a. meta jadottaw miżuri restrittivi ġodda u bidliet sinifikanti fil - miżuri restrittivi eżistenti;
  • b. qabel ma jipprovdu prodotti ġodda, joffru kanali ġodda ta’ konsenja tal - prodotti, jagħtu servizz lil gruppi ġodda ta’ klijenti, jidħlu f’żoni ġeografiċi ġodda;
  • c. meta jwettqu bidliet sinifikanti fil - profil tal - attività, fil - bażi tal - klijenti, fl -istruttura organizzazzjonali jew fil - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni;
  • d. meta jidentifikaw in - nuqqas ta’ implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi u ċ - ċirkomvenzjoni tal- miżuri restrittivi, li jiżvela l - inadegwatezza tal - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi;
  • e. meta jkun hemm defiċjenzi fil - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi eżistenti kif identifikati mill - istituzzjoni finanzjarja jew mill - awtorità kompetenti responsabbli għas - superviżjoni tal -politiki, tal- proċeduri u tal - kontrolli interni biex tiġi żgurata l - implimentazzjoni tal - miżuri restrittivi tal - Unjoni u dawk nazzjonali.
27. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw il - metodoloġija tagħhom għat - twettiq …

L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddokumentaw il - metodoloġija tagħhom għat - twettiq u r- rieżami tal - valutazzjoni tagħhom tal - esponiment għall - miżuri restrittivi u l - eżitu ta’ dik il - valutazzjoni u jagħmluhom disponibbli għall - awtorità kompetenti tagħhom fuq talba.

28. Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - …

Meta l- istituzzjoni finanzjarja tkun l - impriża omm ta’ grupp, il - korp maniġerjali tal - grupp għandu jiżgura li s - sussidjarji tal - grupp iwettqu l - valutazzjoni tal - esponiment għall - miżuri restrittivi tiegħu stess b’mod koordinat u abbażi ta’ metodoloġija komuni filwaqt li jirriflettu l - ispeċifiċitajiet tiegħu stess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/