+5.1. Kanali ta’ trażmissjoni
---+22. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw, permezz ta’ osservazzjoni u ġudizzju, l - aktar …
---+23. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw sorsi ta’ data affidabbli, japplikaw metodoloġiji …
---+24. Sabiex jidentifikaw il - kanali ta’ trażmissjoni ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+25. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - punt sa fejn il - kontropartijiet tagħhom jistgħu …
---+26. Skont il - perjodu ta’ żmien tal - analiżi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw fatturi …
---+27. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif ir - riskji ta’ tranżizzjoni u dawk ambjentali …

5.1. Kanali ta’ trażmissjoni

5.1. Kanali ta’ trażmissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
22. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw, permezz ta’ osservazzjoni u ġudizzju, l - aktar …

L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw, permezz ta’ osservazzjoni u ġudizzju, l - aktar kanali ta’ trażmissjoni rilevanti li permezz tagħhom ir - riskji ambjentali jistgħu jaffettwaw l - esponimenti tagħhom. Sabiex jagħmlu dan, huma għandhom jadottaw proċess strutturat, dokumentat sew u rieżaminat regolarment.

23. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw sorsi ta’ data affidabbli, japplikaw metodoloġiji …

L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw sorsi ta’ data affidabbli, japplikaw metodoloġiji trasparenti, u suppożizzjonijiet artikolati b’mod ċar. F’konformità mat - Taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar il- ġestjoni tar - riskji tal -ESG, l- istituzzjonijiet għandhom jiġbru d - data meħtieġa abbażi tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom.

24. Sabiex jidentifikaw il - kanali ta’ trażmissjoni ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom …

Sabiex jidentifikaw il - kanali ta’ trażmissjoni ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il - motivaturi rilevanti tar - riskju billi jikkunsidraw kemm ir - riskji ta’ tranżizzjoni kif ukoll dawk fiżiċi. Lista mhux eżawrjenti ta’ kanali ta’ trażmissjoni potenzjali, kemm mikro kif ukoll makro, hija ppreżentata fl - Anness.

25. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - punt sa fejn il - kontropartijiet tagħhom jistgħu …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - punt sa fejn il - kontropartijiet tagħhom jistgħu jkunu esposti indirettament għal riskji ambjentali permezz tal - katina tal - valur tagħhom jew permezz ta’ effetti konsegwenzjali potenzjali fuq l - ekonomija lokali, bill i jibdew bl- akbar kontropartijiet jew bil - kontropartijiet l - aktar ikkonċentrati tagħhom. Fejn tali impatti indiretti jiġu vvalutati bħala materjali, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jirriflettuhom fil - kanali ta’ trażmissjoni rilevanti.

26. Skont il - perjodu ta’ żmien tal - analiżi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw fatturi …

Skont il - perjodu ta’ żmien tal - analiżi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw fatturi potenzjali ta’ mitigazzjoni jew amplifikazzjoni tar - riskju. Dawn jistgħu jinkludu:

  • a. kopertura tal - assigurazzjoni privata u pubblika - filwaqt li jiġu kkunsidrati d - diskrepanzi eżistenti u futuri potenzjali fil - protezzjoni tal - assigurazzjoni;
  • b. l- isforzi kontinwi tal - kontropartijiet u l - istrateġiji li jħarsu ’l quddiem relatati mal - mitigazzjoni tat - tibdil fil - klima u/jew l - adattament għalih (eż. pjanijiet ta’ tranżizzjoni fejn disponibbli), inklużi r - riskji li jirriżultaw minn falliment jew dewmien potenzjali fit - twettiq effettiv ta’ tali tranżizzjoni/adattament; u
  • c. miżuri ta’ adattament lokali jew governattivi rilevanti, filwaqt li jkunu kawti biex ma jiddependux minn azzjonijiet governattivi ottimisti żżejjed jew skemi ta’ appoġġ finanzjarju mmexxija mill - Istat.
27. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif ir - riskji ta’ tranżizzjoni u dawk ambjentali …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif ir - riskji ta’ tranżizzjoni u dawk ambjentali fiżiċi jippropagaw permezz ta’ kanali rilevanti ta’ trażmissjoni, u jimmaterjalizzaw f’kategoriji stabbiliti ta’ riskju, inklużi:

  • a. il-mudell tan- negozju u r - riskju strateġiku (eż. kost ogħla tar - riskju u profittabbiltà aktar baxxa);
  • b. riskju ta’ kreditu (eż. inadempjenza tal - kontropartijiet jew probabbiltà miżjuda ta’ inadempjenza, impatt fuq il - valuri kollaterali);
  • c. ir- riskju tas - suq (eż. telf fil -valur tal- assi finanzjarji, żieda fil - volatilità, twessigħ tal - firxiet tal- kreditu fuq ċerti assi);
  • d. riskju ta’ likwidità (eż. diffikultajiet fl - aċċess għall - finanzjament jew il - likwidazzjoni tal - assi, żieda fil - ħtiġijiet ta’ likwidità tal - klijenti); u
  • e. riskju operazzjonali (eż. tfixkil f’daqqa jew gradwali fil - proċessi, inkluż in - nuqqas ta’ persunal u qtugħ tal -IT).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/