+Titolu III – Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li jużaw is -Sistema ta’ Informazzjoni tal- ASE
---+12. Meta t -tfittxija fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal- ASE tindika li l - informazzjoni rilevanti …
---+13. L- awtorità rikjedenti għandha tistabbilixxi r - raġuni għat -talba, l-informazzjoni mitluba u …
---+15. L- iskambju attwali ta’ informazzjoni sottostanti li hija rilevanti għall -valutazzjoni …
---+16. L-awtorità li ssirilha t- talba għandha, f’konformità mal - prinċipju ta’ kooperazzjoni leali …
---+17. L-awtorità li ssirilha t- talba ma għandhiex tipprovdi l -informazzjoni mitluba meta r- …
---+18. Meta l -iskambju ta’ informazzjoni jkun impossibbli f’konformità mal-paragrafu 17, l-awtorità …
---+19. L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ titlob kjarifiki mill-awtorità rikjedenti rigward it- …
---+20. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw l - informazzjoni kollha li jirċievu …

Titolu III – Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li jużaw is -Sistema ta’ Informazzjoni tal- ASE

Bgħit ta’ talbiet għal informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
12. Meta t -tfittxija fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal- ASE tindika li l - informazzjoni rilevanti …

Meta t -tfittxija fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal- ASE tindika li l - informazzjoni rilevanti għall -fini ta’ valutazzjoni hija disponibbli, l- awtorità kompetenti għandha, qabel ma tagħmel il - valutazzjoni, tissottometti talba għal informazzjoni permezz tas -Sistema ta’ Informazzjoni tal-ASE lill -awtoritajiet kompetenti identifikati f’konformità mal-paragrafu 11 li jkollhom informazzjoni rilevanti dwar il- persuna ta’ interess.

13. L- awtorità rikjedenti għandha tistabbilixxi r - raġuni għat -talba, l-informazzjoni mitluba u …

L- awtorità rikjedenti għandha tistabbilixxi r - raġuni għat -talba, l-informazzjoni mitluba u d-dispożizzjonijiet settorjali tal - Unjoni li abbażi tagħhom tkun qed issir il - valutazzjoni.

15. L- iskambju attwali ta’ informazzjoni sottostanti li hija rilevanti għall -valutazzjoni …

L- iskambju attwali ta’ informazzjoni sottostanti li hija rilevanti għall -valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza ta’ persuna ta’ interess se jsir b’mod bilaterali, bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità li ssirilha t-talba barra mis-Sistema ta’ Informazzjoni tal- ASE.

16. L-awtorità li ssirilha t- talba għandha, f’konformità mal - prinċipju ta’ kooperazzjoni leali …

L-awtorità li ssirilha t- talba għandha, f’konformità mal - prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl- Artikolu 4(3) tat -Trattat dwar l- Unjoni Ewropea (TUE) u rifless fl - Artikoli 2(4) tar -Regolamenti ta’ Twaqqif, u filwaqt li tqis id- dispożizzjonijiet set torjali tal-Unjoni u kwalunkwe att legali applikabbli ieħor relatat mad - dispożizzjonijiet settorjali, twieġeb għat - talba fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tat-talba u tipprovdi l- informazzjoni jew tispjega għaliex l - informazzjoni tista’ tiġi pprovduta biss f’ data aktar tard u tispeċifika dik id - data. Fil - każ ta’ valutazzjoni negattiva jew irtirar tal- applikazzjoni għal valutazzjoni, l -informazzjoni disponibbli dwar ir- raġunijiet għall - valutazzjoni negattiva jew l- irtirar għandha tiġi pprovduta wkoll.

17. L-awtorità li ssirilha t- talba ma għandhiex tipprovdi l -informazzjoni mitluba meta r- …

L-awtorità li ssirilha t- talba ma għandhiex tipprovdi l -informazzjoni mitluba meta r- rekwiżiti tal - kunfidenzjalità jew tal-protezzjoni tad- data personali stabbiliti fid- dispożizzjonijiet settorjali tal - Unjoni jew fi kwalunkwe dispożizzjoni legali applikabbli oħra jżommuha milli tagħmel dan jew meta l-awtorità li ssirilha t- talba ma tkunx tista’, għal raġunijiet oġġettivi, tipprovdi l - informazzjon i mitluba.

18. Meta l -iskambju ta’ informazzjoni jkun impossibbli f’konformità mal-paragrafu 17, l-awtorità …

Meta l -iskambju ta’ informazzjoni jkun impossibbli f’konformità mal-paragrafu 17, l-awtorità li ssirilha t- talba għandha, mill - aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn ġimagħtejn minn meta tirċievi t -talba, tinforma lill-awtorità rikjedenti u tispjega r- raġunijiet għal dan. Jekk ikun parzjalment impossibbli li tiġi pprovduta l -informazzjoni kollha mitluba, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipprovdi lill -awtorità rikjedenti bil-parti tal-informazzjoni li l- forniment tagħha huwa permess u tispjega r- raġunijiet għaż - żamma ta’ partijiet oħra tal - informazzjoni.

19. L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ titlob kjarifiki mill-awtorità rikjedenti rigward it- …

L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ titlob kjarifiki mill-awtorità rikjedenti rigward it- talba riċevuta. L- awtorità rikjedenti għandha twieġeb għal kwalunkwe talba ta’ kjarifika bħal din mingħajr dewmien żejjed. Jekk jintalbu kjarifiki, il - perjodu ta’ żm ien skont il- paragrafi 16 u 18 għandu jibda wara li jiġu pprovduti l -kjarifiki mill- awtorità rikjedenti.

Kunfidenzjalità

20. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw l - informazzjoni kollha li jirċievu …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw l - informazzjoni kollha li jirċievu f’konformità ma’ dawn il- Linji Gwida bħala kunfidenzjali u jittrattawha f’konformità mas -segretezza professjonali u mar- rekwiżiti tal -protezzjoni tad- data personali stabbiliti fil- leġiżlazzjoni tal -Unjoni u l- liġi nazzjonali applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/