+6.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+109. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir-riskji għall-kapital li ġew …
---+110. L-iskop ta’ dan it-titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni li għandhom jiġu kkunsidrati …
---+111. Dan it-titolu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bi gwida għall-valutazzjoni u l-punteġġ …
---+112. It-titolu jidentifika wkoll sett ta’ sottokategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ …
---+113. Id-deċiżjoni dwar il-materjalità tiddependi fuq il-ġudizzju superviżorju. Madankollu …
---+114. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala …
---+115. L-elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill-awtoritajiet kompetenti meta jkunu …
---+116. Għar-riskju ta’ kreditu, tas-suq u dak operazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+117. Meta jevalwaw ir-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll …
---+118. Fl-implimentazzjoni tagħhom tal-metodoloġiji speċifikati f’dan it-titolu, l-awtoritajiet …
---+119. Għal kull riskju materjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu …
---+120. Dan il-fluss tal-valutazzjoni huwa rappreżentat fl-Illustrazzjoni 2 ta’ hawn taħt. …
---+121. Meta jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-sorsi ta’ …
---+122. Fil-valutazzjoni tar-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw ukoll …
---+123. L-eżitu tal-valutazzjoni ta’ kull riskju materjali għandu jiġi rifless f’sommarju tas-sejbiet …

6.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

6.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
109. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir-riskji għall-kapital li ġew …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir-riskji għall-kapital li ġew identifikati bħala materjali għall-istituzzjoni.

110. L-iskop ta’ dan it-titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni li għandhom jiġu kkunsidrati …

L-iskop ta’ dan it-titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tar-riskji individwali u l-ġestjoni u l-kontrolli tar-riskju. Ma huwiex maħsub biex ikun eżawrjenti u jagħti lok lill-awtoritajiet kompetenti biex jikkunsidraw kriterji addizzjonali oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti fuq il-bażi tal-esperjenza tagħhom u l-karatteristiċi speċifiċi tal-istituzzjoni.

111. Dan it-titolu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bi gwida għall-valutazzjoni u l-punteġġ …

Dan it-titolu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bi gwida għall-valutazzjoni u l-punteġġ tar-riskji għall-kapital li ġejjin:

  • a. riskju ta’ kreditu u tal-kontroparti;
  • b. riskju tas-suq;
  • c. riskju operazzjonali;
  • d. riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet mhux kummerċjali (IRRBB).
112. It-titolu jidentifika wkoll sett ta’ sottokategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ …

It-titolu jidentifika wkoll sett ta’ sottokategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ hawn fuq, li għandhom jitqiesu meta jiġu vvalutati r-riskji għall-kapital. Skont il-materjalità ta’ kwalunkwe waħda minn dawn is-sottokategoriji għal istituzzjoni partikolari, dawn jistgħu jiġu vvalutati u mogħtija punteġġ b’mod individwali. L-Annessi I-IV jippreżentaw listi mhux eżawrjenti ta’ sottokategoriji għar-riskju ta’ kreditu, ir-riskju tas-suq, ir-riskju operazzjonali u l-IRRBB li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta jkunu rilevanti.

113. Id-deċiżjoni dwar il-materjalità tiddependi fuq il-ġudizzju superviżorju. Madankollu …

Id-deċiżjoni dwar il-materjalità tiddependi fuq il-ġudizzju superviżorju. Madankollu, għar-riskju ta’ self FX, fid-dawl tar-Rakkomandazzjoni tal-ESRB dwar self f’muniti barranin27 , il-materjalità għandha tiġi ddeterminata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell limitu li ġej: self f’munita barranija mogħti lil mutwatarji mhux iħħeġġjati li jammonta għal mill-inqas 10% tal-portafoll ta’ self totali ta’ istituzzjoni (is-self totali mogħti lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u lil unitajiet domestiċi), fejn dan il-portafoll ta’ self totali jammonta għal mill-inqas 25% tal-assi totali tal-istituzzjoni.


27 Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-21 ta’ Settembru 2011 dwar is-self f’muniti barranin (ESRB/2011/1) (ĠU C 342, 22.11.2011, p. 1).

114. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala materjali għal istituzzjoni speċifika iżda li ma humiex elenkati hawn fuq (eż. riskju ta’ pensjoni, riskju strateġiku u tan-negozju, riskju step-in, konċentrazzjoni intra u interriskju). Dawn li ġejjin jistgħu jgħinu l-proċess ta’ identifikazzjoni:

  • a. fatturi ewlenin tat-TREA;
  • b. riskji identifikati fl-ICAAP tal-istituzzjoni;
  • c. riskji li jirriżultaw mill-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni (inklużi dawk identifikati minn istituzzjonijiet oħra li joperaw mudell tan-negozju simili);
  • d. informazzjoni li toħroġ mill-monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin;
  • e. sejbiet u osservazzjonijiet minn rapporti ta’ awditjar intern jew estern;
  • f. rakkomandazzjonijiet u linji gwida maħruġa mill-EBA, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet makroprudenzjali jew il-BERS.
115. L-elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill-awtoritajiet kompetenti meta jkunu …

L-elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill-awtoritajiet kompetenti meta jkunu qegħdin jippjanaw l-intensità tal-attività superviżorja tagħhom fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ riskju speċifiku.

116. Għar-riskju ta’ kreditu, tas-suq u dak operazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Għar-riskju ta’ kreditu, tas-suq u dak operazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw inter alia l-konformità tal-istituzzjoni mal-atti legali ppubblikati separatament fuq is-sit web tal-EBA kif imsemmi fil-paragrafu 12. Madankollu, dawn il-linji gwida jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiffurmaw perspettiva komprensiva dwar ir-riskji għall-kapital.

117. Meta jevalwaw ir-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll …

Meta jevalwaw ir-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll l-impatt potenzjali tar-riskju tal-kostijiet tal-ksib tal-fondi skont il-metodoloġija inkluża fit-Titolu 8 u jistgħu jiddeċiedu dwar il-ħtieġa ta’ miżuri li jimmitigaw dan ir-riskju.

118. Fl-implimentazzjoni tagħhom tal-metodoloġiji speċifikati f’dan it-titolu, l-awtoritajiet …

Fl-implimentazzjoni tagħhom tal-metodoloġiji speċifikati f’dan it-titolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw indikaturi kwantitattivi rilevanti u metriċi oħrajn, li jistgħu jintużaw ukoll għall-monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin, kif speċifikat fit-Titolu 3, u għandhom iqisu wkoll, fejn xieraq, il-miżuri tar-riskju intern tal-istituzzjonijiet.

119. Għal kull riskju materjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu …

Għal kull riskju materjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu fil-punteġġ tar-riskju:

  • a. ir-riskju inerenti (skoperturi għar-riskju);
  • b. il-kwalità u l-effettività tal-ġestjoni u tal-kontrolli tar-riskju.
120. Dan il-fluss tal-valutazzjoni huwa rappreżentat fl-Illustrazzjoni 2 ta’ hawn taħt. …

Dan il-fluss tal-valutazzjoni huwa rappreżentat fl-Illustrazzjoni 2 ta’ hawn taħt. Illustrazzjoni 2. Fluss tax-xogħol tal-valutazzjoni tar-riskji għall-kapital

Valutazzjoni tar-riskji u l-Valutazzjoni tar-riskji individwali inerenti Valutazzjoni riskjutar-inerenti

kontrolli individwali Punteġġ tar-riskju

Valutazzjoni tal-ġestjoni u l-kontrolli tar-riskjuValutazzjoni tal-ġestjoni u tal-kontrolli tar-riskju
121. Meta jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-sorsi ta’ …

Meta jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-sorsi ta’ informazzjoni disponibbli, inkluż rapportar regolatorju, il-metriċi u r-rapporti interni tal-istituzzjoni (eż. rapport tal-awditjar intern, rapporti ta’ ġestjoni tar-riskju, informazzjoni mill-ICAAP), rapporti ta’ spezzjoni fuq il-post u rapporti esterni (eż. il-komunikazzjonijiet tal-istituzzjoni lill-investituri, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikorru għal rapportar ad hoc fejn ikun strettament meħtieġ u proporzjonat biex iwettqu l-kompiti superviżorjii tagħhom, u fejn l-informazzjoni ma tkunx duplikattiva jew disponibbli b’mod ieħor, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(2) tas-CRD. Filwaqt li l-valutazzjoni hija maħsuba li tkun speċifika għal istituzzjoni, il-paragun mal-pari għandu jiġi kkunsidrat biex tiġi identifikata skopertura potenzjali għar-riskji għall-kapital. Għal tali finijiet, il-pari għandhom jiġu ddefiniti fuq bażi ta’ riskju b’riskju u jistgħu jvarjaw minn dawk identifikati għall-BMA jew analiżijiet oħrajn.

122. Fil-valutazzjoni tar-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw ukoll …

Fil-valutazzjoni tar-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw ukoll il-preċiżjoni u l-prudenza tal-kalkolu tar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji biex jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn il-kalkoli minimi tal-fondi proprji jistgħu jissottovalutaw il-livell attwali tar-riskju. Din il-valutazzjoni tinforma d-determinazzjoni tal-P2R kif previst fit-taqsima 7.2.3.

123. L-eżitu tal-valutazzjoni ta’ kull riskju materjali għandu jiġi rifless f’sommarju tas-sejbiet …

L-eżitu tal-valutazzjoni ta’ kull riskju materjali għandu jiġi rifless f’sommarju tas-sejbiet li jipprovdi spjegazzjoni tal-motivaturitar-riskju prinċipali, u punteġġ tar-riskju, kif speċifikat fit-taqsimiet li ġejjin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.