+8.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+361. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji materjali ta’ likwidità u finanzjament …
---+362. Meta jivvalutaw ir-riskju inerenti ta’ likwidità u ta’ finanzjament, u l-adegwatezza tal-qafas …
---+363. Il-metodoloġija tinkludi sitt komponenti prinċipali: a. valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità …
---+364. Il-fluss tal-valutazzjoni huwa ddokumentat grafikament fl-Illustrazzjoni 3. Illustrazzjoni 3. …
---+365. Fil-valutazzjoni tar-riskji għal-likwidità u l-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti …
---+366. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tagħti attenzjoni lil kif …
---+367. Sabiex jassistu fil-valutazzjoni kwantitattiva tar-riskji u tal-adegwatezza tal-likwidità u …
---+368. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw ukoll kwalunkwe informazzjoni b’impatt potenzjali …
---+369. Meta jirrevedu l-kwalità tal-arranġamenti organizzazzjonali u ta’ ġestjoni tar-riskju …
---+370. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-impatt tar-riskji tal-ESG fuq ir-riskji inerenti …
---+371. L-eżitu tal-valutazzjoni ta’ kull riskju individwali għandu jiġi rifless f’sommarju …
|
8.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
8.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
361. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji materjali ta’ likwidità u finanzjament …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji materjali ta’ likwidità u finanzjament tal-istituzzjoni u jekk il-likwidità u l-finanzjament tal-istituzzjoni jipprovdux kopertura xierqa tar-riskji vvalutati. L-iskop ta’ dan it-titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu vvalutati r-riskji individwali, u l-ġestjoni u l-kontrolli tar-riskju. Ma huwiex maħsub biex ikun eżawrjenti, u jagħti lok lill-awtoritajiet kompetenti biex jikkunsidraw kriterji addizzjonali oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti fuq il-bażi tal-esperjenza tagħhom u l-karatteristiċi speċifiċi tal-istituzzjoni fil-valutazzjoni tagħhom tal-likwidità u l-finanzjament tal-istituzzjoni.
|
|
362. Meta jivvalutaw ir-riskju inerenti ta’ likwidità u ta’ finanzjament, u l-adegwatezza tal-qafas …
|
Meta jivvalutaw ir-riskju inerenti ta’ likwidità u ta’ finanzjament, u l-adegwatezza tal-qafas ta’ kontroll intern tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw inter alia l-konformità globali tal-istituzzjoni mal-atti legali ppubblikati separatament fuq is-sit web tal-EBA kif imsemmi fil-paragrafu 12.
|
|
363. Il-metodoloġija tinkludi sitt komponenti prinċipali: a. valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità …
|
Il-metodoloġija tinkludi sitt komponenti prinċipali: - a. valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità inerenti (taqsima 8.2);
- b. valutazzjoni tar-riskju ta’ finanzjament inerenti (taqsima 8.3);
- c. valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament (taqsima 8.4);
- d. sommarju tas-sejbiet u punteġġ għall-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament (taqsima 8.5);
- e. determinazzjoni ta’ miżuri tar-riskju potenzjali ta’ likwidità u finanzjament tal-SREP (taqsima 8.6);
- f. valutazzjoni komparattiva u stabbiliment ta’ rekwiżiti kwantitattivi ta’ likwidità u ta’ finanzjament (taqsima 8.7).
|
|
364. Il-fluss tal-valutazzjoni huwa ddokumentat grafikament fl-Illustrazzjoni 3. Illustrazzjoni 3. …
|
Il-fluss tal-valutazzjoni huwa ddokumentat grafikament fl-Illustrazzjoni 3. Illustrazzjoni 3. Elementi tal-valutazzjoni tar-riskji għal-likwidità u l-finanzjament | Valutazzjoni Valutazzjoni finanzjament | tar-riskju ta’ likwidità inerenti tar-riskju ta’ inerenti Punteġġ tal- |
Valutazzjoni tar- adegwatezza riskji għal- tal-likwidità u likwidità tal-finanzjament | ġestjoni | Valutazzjoni adegwatezza | tal-qafas ta’ u kontroll tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament u tal-tal-likwidità |
|
|
365. Fil-valutazzjoni tar-riskji għal-likwidità u l-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti …
|
Fil-valutazzjoni tar-riskji għal-likwidità u l-finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu, fost l-oħrajn, il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) tal-istituzzjoni, kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/6144 u l-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett (NSFR), kif stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) 575/2013, u l-ILAAP tal-istituzzjoni. Huma għandhom jikkunsidraw ukoll ir-rakkomandazzjonijiet, linji gwida u gwida inklużi fir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-LCR u tal-NSFR maħruġa mill-EBA, kif ukoll it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa minn awtoritajiet makroprudenzjali jew mill-BERS. Madankollu, dawn il-linji gwida jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi, bil-għan li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiffurmaw fehma komprensiva tar-riskji.
|
|
366. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tagħti attenzjoni lil kif …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tagħti attenzjoni lil kif il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni jimpatta l-profil tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament tagħha, filwaqt li jitqies l-eżitu tal-analiżi tal-mudell tan-negozju mwettqa taħt it-Titolu 4. Fil-proċess, għandhom joqgħodu attenti għal kif il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni nbidel maż-żmien u jekk dan wassalx għal xi riskji miżjuda. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-indikaturi kwantitattivi ewlenin biex jaqbdu x-xejriet u jinfurmaw din l-analiżi.
|
|
367. Sabiex jassistu fil-valutazzjoni kwantitattiva tar-riskji u tal-adegwatezza tal-likwidità u …
|
Sabiex jassistu fil-valutazzjoni kwantitattiva tar-riskji u tal-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għall-gwida addizzjonali disponibbli fit-taqsima 8.7 dwar il-valutazzjoni komparattiva u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti kwantitattivi għal-likwidità u l-finanzjament.
|
|
368. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw ukoll kwalunkwe informazzjoni b’impatt potenzjali …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw ukoll kwalunkwe informazzjoni b’impatt potenzjali fuq il-pożizzjoni ta’ likwidità u finanzjament (eż. mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-AML/CFT).
|
|
369. Meta jirrevedu l-kwalità tal-arranġamenti organizzazzjonali u ta’ ġestjoni tar-riskju …
|
Meta jirrevedu l-kwalità tal-arranġamenti organizzazzjonali u ta’ ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawn ikopru l-entitajiet legali materjali, il-fergħat u s-sussidjarji kollha tagħha.
|
|
370. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-impatt tar-riskji tal-ESG fuq ir-riskji inerenti …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-impatt tar-riskji tal-ESG fuq ir-riskji inerenti ta’ likwidità u ta’ finanzjament kif ukoll l-adegwatezza tal-qafas ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskji ta’ likwidità u ta’ finanzjament relatat mar-riskji tal-ESG, filwaqt li jagħtu prijorità lir-riskji ambjentali.
|
|
371. L-eżitu tal-valutazzjoni ta’ kull riskju individwali għandu jiġi rifless f’sommarju …
|
L-eżitu tal-valutazzjoni ta’ kull riskju individwali għandu jiġi rifless f’sommarju tas-sejbiet u spjegazzjoni tal-motivaturi ewlenin tar-riskju u punteġġ, kif spjegat fit-taqsimiet li ġejjin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|