+Ittestjar tal-istress speċifiku għal-likwidità u l-finanzjament tal-istituzzjoni
---+403. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk istituzzjoni tkunx implimentat ittestjar …
---+404. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk il-qafas jippermettix …
---+405. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tipprovdi l-impatt immudellat …
---+406. Aspett importanti li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw meta jivvalutaw il-qafas …
---+407. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk l-istituzzjoni tiħux approċċ …
---+408. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-qafas tal-ġestjoni tal-ittestjar …
---+409. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas intern ta’ …
---+410. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni għandhiex limiti biex …
---+411. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-limiti humiex approvati u jiġux riveduti …
---+412. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx implimentat sistema …
---+413. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex kontrolli adegwati …
---+414. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ kontinġenza tal-likwidità …
---+415. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-azzjonijiet deskritti fl-LCP humiex …
---+416. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-qafas ta’ governanza …
---+417. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ finanzjament ikunx fattibbli u …
---+418. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw: a. jekk l-istituzzjoni …
---+419. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni …
---+420. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni hijiex …
---+421. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-kwalità tal-proċessi tal-istituzzjoni …

Ittestjar tal-istress speċifiku għal-likwidità u l-finanzjament tal-istituzzjoni

Ittestjar tal-istress speċifiku għal-likwidità u l-finanzjament tal-istituzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
403. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk istituzzjoni tkunx implimentat ittestjar …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk istituzzjoni tkunx implimentat ittestjar tal-istress adegwat speċifiku għal-likwidità, f’konformità mal-Linji Gwida tal-EBA dwar l-ittestjar tal-istress tal-istituzzjonijiet46 :

  • a. biex tifhem l-impatt tal-avvenimenti negattivi fuq l-iskopertura għar-riskju tagħha u biex tkun kapaċi tivvaluta l-adegwatezza tal-assi likwidi, il-kapaċità ta’ kontrobilanċ u l-istruttura ta’ finanzjament tagħha;
  • b. biex tkopri r-riskji li jistgħu jikkristallizzaw matul diversi tipi ta’ xenarji ta’ stress u/jew biex tindirizza r-riskji li jinħolqu min-nuqqasijiet fil-kontroll, fil-governanza jew nuqqasijiet oħra.

46 EBA/GL/2018/04

404. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk il-qafas jippermettix …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk il-qafas jippermettix lill-istituzzjoni:

  • a. tiddetermina l-perjodu ta’ żmien ta’ sopravivenza tal-istituzzjoni fid-dawl tal-bafer ta’ likwidità eżistenti u s-sorsi stabbli ta’ finanzjament tagħha, u filwaqt li jitqies l-aptit għar-riskju tal-istituzzjoni, matul perjodu ta’ stress fuq il-likwidità sever iżda plawżibbli;
  • b. tanalizza l-impatt tax-xenarji ta’ stress fuq il-pożizzjoni konsolidata tagħha tal-likwidità fil-grupp kollu u fuq il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ entitajiet u linji operatorji individwali;
  • c. tifhem fejn jistgħu jinqalgħu r-riskji, irrispettivament mill-istruttura organizzazzjonali tagħha u l-grad tal-ġestjoni ċentralizzata tar-riskju tal-likwidità.
405. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tipprovdi l-impatt immudellat …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tipprovdi l-impatt immudellat ta’ tipi differenti ta’ xenarji ta’ stress (kif spjegat fil-Linji Gwida tal-EBA dwar l-ittestjar ta’ stress tal-istituzzjonijiet), kif ukoll numru ta’ testijiet tas-sensittività (fuq il-bażi tal-proporzjonalità). Ix-xenarji ta’ stress u x-xokkijiet simulati fihom ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-passat, iżda għandhom jagħmlu użu wkoll minn xenarji ta’ stress ipotetiċi bbażati fuq ġudizzju espert. L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw jekk ix-xenarji li ġejjin jitqisux bħala minimiu:

  • a. fuq terminu qasir u fit-tul;
  • b. speċifiċi għall-istituzzjoni u fis-suq kollu (iseħħu fl-istess ħin f’varjetà ta’ swieq);
  • c. kombinazzjoni ta’ (a) u (b).
406. Aspett importanti li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw meta jivvalutaw il-qafas …

Aspett importanti li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw meta jivvalutaw il-qafas tal-ittestjar tal-istress tal-istituzzjoni huwa l-immudellar tal-impatt tax-xenarju/i ta’ stress ipotetiku/ipotetiċi fuq il-flussi tal-flus tal-istituzzjoni u fuq il-kapaċità ta’ kontrobilanċ u l-perjodu ta’ żmien ta’ sopravivenza tagħha, u jekk l-immudellar jirriflettix l-impatti differenti li l-istress ekonomiku jista’ jkollu kemm fuq l-assi tal-istituzzjoni kif ukoll fuq id-dħul u l-ħruġ tagħha.

407. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk l-istituzzjoni tiħux approċċ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk l-istituzzjoni tiħux approċċ konservattiv għall-istabbiliment ta’ suppożizzjonijiet ta’ ttestjar tal-istress. Skont it-tip u s-severità tax-xenarju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, skont kif ikun rilevanti, l-adegwatezza ta’ għadd ta’ suppożizzjonijiet, b’mod partikolari:

  • a. il-waqfien naturali tal-finanzjament fil-livell tal-konsumatur;
  • b. it-tnaqqis tal-finanzjament bl-ingrossa garantit u mhux garantit;
  • c. il-korrelazzjoni bejn is-swieq ta’ finanzjament u d-diversifikazzjoni fi swieq differenti;
  • d. skoperturi kontinġenti addizzjonali li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali;
  • e. tenuri ta’ finanzjament (eż. fejn il-fornitur ta’ finanzjament ikollu għażliet ta’ sejħa);
  • f. l-impatt ta’ kwalunkwe deterjorament tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istituzzjoni;
  • g. konvertibbiltà tal-FX u aċċess għal swieq ta’ muniti barranin u kontijiet bankarji korrispondenti;
  • h. il-kapaċità li tiġi ttrasferita l-likwidità bejn entitajiet, setturi u pajjiżi;
  • i. l-istimi ta’ tkabbir futur tal-karta bilanċjali;
  • j. minħabba r-riskji reputazzjonali, rekwiżit impliċitu li l-istituzzjoni tirriporta l-assi u testendi jew tmantni forom oħra ta’ appoġġ ta’ likwidità.
408. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-qafas tal-ġestjoni tal-ittestjar …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-qafas tal-ġestjoni tal-ittestjar tal-istress speċifiku għal-likwidità tal-istituzzjoni huwiex xieraq u jekk huwiex integrat sew fl-istrateġija globali tal-ġestjoni tar-riskju. Huma għandhom iqisu:

  • a. jekk id-daqs u l-frekwenza tat-testijiet tal-istress humiex xierqa għan-natura u l-kumplessità tal-istituzzjoni, l-iskoperturi tar-riskju ta’ likwidità tagħha u l-importanza relattiva tagħha fis-sistema finanzjarja;
  • b. jekk l-eżiti tal-ittestjar tal-istress humiex integrati fil-proċess ta’ ppjanar strateġiku tal-istituzzjoni għal-likwidità u l-finanzjament u jekk humiex użati sabiex tiżdied l-effettività tal-ġestjoni tal-likwidità f’każ ta’ kriżi, inkluż fil-pjan ta’ kontinġenza u rkupru tal-likwidità tal-istituzzjoni;
  • c. jekk l-istituzzjoni għandhiex proċess adegwat għall-identifikazzjoni ta’ fatturi tar-riskju adattati għat-twettiq ta’ testijiet tal-istress, b’kunsiderazzjoni tal-vulnerabbiltajiet materjali kollha li jistgħu jimminaw il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni partikolari;
  • d. jekk is-suppożizzjonijiet u x-xenarji humiex riveduti u aġġornati b’mod frekwenti biżżejjed;
  • e. meta l-ġestjoni tal-likwidità ta’ grupp tkun qiegħda tiġi vvalutata, jekk l-istituzzjoni tagħtix attenzjoni adegwata lil kwalunkwe ostaklu potenzjali għat-trasferiment tal-likwidità fi ħdan il-grupp.

Qafas ta’ kontroll intern tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament

409. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas intern ta’ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas intern ta’ limiti u kontrolli b’saħħtu u komprensiv, u salvagwardji sodi biex timmitiga r-riskji ta’ likwidità u ta’ finanzjament tagħha f’konformità mal-aptit tagħha għar-riskju u biex tiżgura d-disponibbiltà ta’ struttura ta’ finanzjament diversifikata. Għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk il-qafas tal-limiti u tal-kontrolli huwiex adegwat għall-kumplessità, id-daqs u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni u jirriflettix il-motivaturi materjali differenti tar-riskju ta’ likwidità u l-eżiti tat-testijiet tal-istress fuq il-likwidità.

410. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni għandhiex limiti biex …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni għandhiex limiti biex tiżgura konsistenza bejn id-denominazzjoni tal-munita tal-assi likwidi tagħha u d-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ nett tal-likwidità tagħha f’konformità mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61.

411. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-limiti humiex approvati u jiġux riveduti …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-limiti humiex approvati u jiġux riveduti b’mod regolari mill-korpi kompetenti tal-istituzzjoni u jiġux ikkomunikati lil kull linja operatorja rilevanti. Dan il-proċess, flimkien ma’ kif l-istituzzjoni timmonitorja l-konformità mal-limiti u l-proċess ta’ eskalazzjoni għall-ksur, għandhom jiġu ddokumentati b’mod ċar fil-proċeduri tagħha.

412. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx implimentat sistema …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx implimentat sistema adegwata ta’ pprezzar ta’ trasferiment bħala parti mill-qafas ta’ kontroll tar-riskju ta’ likwidità, li jinkorpora l-kostijiet, il-benefiċċji u r-riskji ta’ likwidità rilevanti kollha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk il-mekkaniżmu tal-ipprezzar ta’ trasferiment jippermettix lill-maniġment jagħti inċentivi xierqa għall-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità, u jekk is-sistema u l-kalibrazzjoni tagħha humiex riveduti u aġġornati kif xieraq minħabba d-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-politika tal-istituzzjoni dwar l-inkorporazzjoni tal-metodoloġija tal-ipprezzar tat-trasferiment tal-fondi (FTP) fil-qafas tal-ipprezzar intern hijiex użata għall-valutazzjoni u d-deċiżjoni dwar tranżazzjonijiet mal-klijenti (dan jinkludi ż-żewġ naħat tal-karta bilanċjali, eż. l-għoti ta’ self u t-teħid ta’ depożiti).

413. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex kontrolli adegwati …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex kontrolli adegwati fir-rigward tal-bafer ta’ assi likwidi, inklużi limiti ta’ konċentrazzjoni u monitoraġġ kontinwu xieraq tal-adegwatezza tal-bafer u għal bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li tillikwida l-assi tagħha malajr.

Pjanijiet ta’ kontinġenza tal-likwidità

414. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ kontinġenza tal-likwidità …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ kontinġenza tal-likwidità tal-istituzzjoni (LCP) jispeċifikax b’mod adegwat il-politiki, il-proċeduri u l-pjanijiet ta’ azzjoni għar-rispons għal tfixkil potenzjali sever fil-kapaċità tal-istituzzjoni biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha u tiffinanzja lilha nnifisha. Huma għandhom jikkunsidraw il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ finanzjament ta’ kontinġenza inklużi fl-LCP, u b’mod partikolari fatturi bħal:

  • a. jekk l-LCP jispjegax b’mod adegwat arranġamenti ta’ governanza għall-attivazzjoni u ż-żamma tiegħu;
  • b. jekk l-LCP jirriflettix b’mod xieraq il-profil tar-riskju speċifiku għal-likwidità u għall-finanzjament, u dak usa’, tal-istituzzjoni;
  • c. jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas ta’ indikaturi ta’ twissija bikrija dwar il-likwidità, li jinkludu fost l-oħrajn dawk stabbiliti bħala indikaturi tal-likwidità fil-Linji Gwida tal-EBA dwar l-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru li x’aktarx ikunu effettivi billi jippermettu lill-istituzzjoni tidentifika ċirkostanzi tas-suq li qegħdin jiddeterjoraw b’mod f’waqtu u tiddetermina malajr liema azzjonijiet għandhom jittieħdu;
  • d. jekk l-LCP jiddeskrivix b’mod ċar li l-bafer ta’ likwidità tal-LCR huwiex imfassal biex jintuża f’każ ta’ stress, anki jekk dan iwassal għal valuri tal-LCR taħt il-100%, inkluż li huwa parti mill-ġestjoni mistennija tar-riskju ta’ likwidità taħt stress li jseħħu komunikazzjonijiet sussegwenti lill-maniġment superjuri jekk jintlaħqu valuri tal-LCR aktar baxxi stabbiliti. L-LCP għandu jirrifletti u jiddeskrivi b’mod ċar kif ir-riskju tal-likwidità għandu jiġi mmaniġġjat taħt stress biex jimxi viċin kemm jista’ jkun lejn il-livelli mmirati tal-LCR;
  • e. jekk l-LCP jartikolax b’mod ċar is-sorsi ta’ finanzjament materjali (potenzjali) kollha, inklużi l-ammonti stmati disponibbli għas-sorsi differenti tal-likwidità u l-ħin stmat meħtieġ biex jinkisbu fondi minnhom;
  • f. jekk il-miżuri humiex konformi mal-istrateġija tar-riskju globali u l-aptit għar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni;
  • g. l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet rigward ir-rwol tal-finanzjament tal-bank ċentrali f’LCP tal-istituzzjoni. Eżempji ta’ fatturi li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jistgħu jinkludu l-opinjonijiet tal-istituzzjoni dwar:

I. id-disponibbiltà kurrenti u futura ta’ sorsi potenzjali ta’ finanzjament alternattiv marbutin ma’ programmi ta’ self tal-bank ċentrali; II. it-tipi ta’ faċilitajiet ta’ self, il-kollateral aċċettabbli u l-proċeduri operazzjonali għall-aċċess għall-fondi tal-bank ċentrali; III. iċ-ċirkostanzi li fihom ikun meħtieġ finanzjament mill-bank ċentrali, l-ammont meħtieġ u l-perjodu li għalih probabbilment ikun meħtieġ tali użu ta’ finanzjament mill-bank ċentrali.

415. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-azzjonijiet deskritti fl-LCP humiex …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-azzjonijiet deskritti fl-LCP humiex fattibbli b’rabta max-xenarji ta’ stress li fihom huma intiżi sabiex jittieħdu. Huma għandhom iqisu fatturi bħal:

  • a. il-livell ta’ konsistenza u interazzjoni bejn it-testijiet tal-istress relatati mal-likwidità tal-istituzzjoni, l-LCP tagħha, l-indikaturi ta’ twissija bikrija tal-likwidità tagħha u, fejn applikabbli, il-pjan ta’ rkupru relatat mal-likwidità tagħha;
  • b. jekk l-azzjonijiet iddefiniti fl-LCP jidhrux probabbli li jippermettu lill-istituzzjoni tirreaġixxi b’mod adegwat għal firxa ta’ xenarji possibbli ta’ stress sever fuq il-likwidità, inkluż stress speċifiku għall-istituzzjoni u stress fuq is-suq kollu, kif ukoll l-interazzjoni potenzjali bejniethom; u jekk l-azzjonijiet iddefiniti fl-LCP humiex kwantifikati b’mod prudenti f’termini ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ likwidità taħt kundizzjonijiet ta’ stress u ż-żmien meħtieġ biex jiġu eżegwiti, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni rekwiżiti operazzjonali bħall-għoti b’rahan ta’ kollateral ma’ bank ċentrali.
416. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-qafas ta’ governanza …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-qafas ta’ governanza tal-istituzzjoni fir-rigward tal-LCP tagħha. Huma għandhom iqisu fatturi bħal:

  • a. -l-adegwatezza tal-proċeduri ta’ eskalazzjoni u prijoritizzazzjoni li jipprovdu dettalji dwar meta u kif kull waħda mill-azzjonijiet tista’ u għandha tiġi attivata;
  • b. jekk l-istituzzjoni għandhiex politiki u proċeduri adegwati fir-rigward tal-komunikazzjoni fi ħdan l-istituzzjoni u mal-partijiet esterni;
  • c. il-grad ta’ konsistenza bejn l-LCP47 u l-pjanijiet għall-kontinwità tal-operat tal-istituzzjoni.

Pjanijiet ta’ finanzjament


47 F’każ li l-LCP ikun integrat b’mod sħiħ fil-pjan ta’ rkupru, dan se jiġi inkorporat fil-punteġġ tal-likwidità tal-ORC. F’każ li l-LCP ma jkunx inkorporat fil-pjan ta’ rkupru u ż-żewġ dokumenti jkunu separati, l-LCP għandu jiġi analizzat separatament.

417. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ finanzjament ikunx fattibbli u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ finanzjament ikunx fattibbli u xieraq fir-rigward tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-istituzzjoni, l-attivitajiet kurrenti u pproġettati tagħha u l-profil tagħha tal-likwidità u l-finanzjament. Huma għandhom iqisu fatturi bħal:

  • a. jekk il-pjan ta’ finanzjament jindirizzax xenarji alternattivi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-robustezza tal-pjan għall-appoġġ tal-attivitajiet kummerċjali proġettati f’xenarji negattivi;
  • b. il-bidla mistennija fil-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni li tirriżulta mill-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ finanzjament u jekk din hijiex xierqa fid-dawl tal-attivitajiet u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni;
  • c. jekk il-pjan ta’ finanzjament jappoġġax kwalunkwe titjib meħtieġ jew mixtieq fil-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni;
  • d. il-fehma tagħhom stess dwar l-attività tas-suq (jew il-bidliet fiha) ippjanata mill-istituzzjonijiet fil-ġuriżdizzjoni tagħhom fuq livell aggregat, u dak xi jfisser għall-fattibbiltà ta’ pjanijiet individwali ta’ finanzjament; u
  • e. jekk il-pjan ta’ finanzjament huwiex:

I. integrat mal-pjan strateġiku globali tal-istituzzjoni;

II. konsistenti mal-mudell tan-negozju tagħha;

III. konsistenti mal-aptit għar-riskju tal-likwidità tagħha;

418. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw: a. jekk l-istituzzjoni …

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw:

  • a. jekk l-istituzzjoni tanalizzax b’mod adegwat u hijiex konxja tal-adegwatezza tal-pjan ta’ finanzjament fid-dawl tal-pożizzjonijiet kurrenti ta’ likwidità u ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u l-iżvilupp ipproġettat tagħhom. Bħala parti minn dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jekk il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni jistax jispjega għaliex il-pjan ta’ finanzjament huwa fattibbli u fejn jinsabu d-dgħufijiet tiegħu;
  • b. il-politika tal-istituzzjoni għad-determinazzjoni ta’ liema dimensjonijiet ta’ finanzjament u liema swieq huma sinifikanti għall-istituzzjoni (u jekk hijiex adegwata);
  • c. il-perjodu ta’ żmien previst mill-istituzzjoni għall-migrazzjoni lejn profil ta’ finanzjament differenti, jekk meħtieġ jew mixtieq, meta wieħed iżomm f’moħħu li jista’ jkun hemm riskji involuti jekk il-migrazzjoni lejn l-istat aħħari tkun wisq mgħaġġla jew bil-mod wisq; u
  • d. jekk il-pjan ta’ finanzjament ikollux strateġiji differenti u proċeduri ta’ ġestjoni ċari għall-implimentazzjoni f’waqtha tal-bidliet fl-istrateġija.
419. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-pjan ta’ finanzjament tal-istituzzjoni huwiex implimentat b’mod xieraq. Bħala minimu, huma għandhom iqisu:

  • a. jekk il-pjan ta’ finanzjament huwiex dokumentat u kkomunikat lill-persunal rilevanti kollu;
  • b. jekk il-pjan ta’ finanzjament huwiex inkorporat fl-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-istituzzjoni, speċjalment fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-finanzjament.
420. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni hijiex …

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni hijiex kapaċi tirrikonċilja l-pjan ta’ finanzjament mad-data pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fil-mudell tal-pjan ta’ finanzjament.

421. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-kwalità tal-proċessi tal-istituzzjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-kwalità tal-proċessi tal-istituzzjoni għall-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ finanzjament u l-kapaċità tagħha li tirreaġixxi għal devjazzjonijiet b’mod f’waqtu. Għal din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni fatturi bħal:

  • a. il-kwalità tal-aġġornamenti għall-maniġment (superjuri) rigward l-istatus kurrenti tal-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ finanzjament;
  • b. jekk il-pjan ta’ finanzjament jipprevedix miżuri alternattivi ta’ riżerva biex jiġu implimentati jekk ikun hemm bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq; u
  • c. il-politika u l-prattika tal-istituzzjoni rigward ir-reviżjoni regolari, l-ittestjar retrospettiv u l-aġġornament tal-pjan ta’ finanzjament meta l-finanzjament attwali miżjud b’mod sinifikanti jkun differenti mill-pjan ta’ finanzjament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.