+7. Valutazzjoni tar - rekwiżit tal - likwidità
---+41. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu opinjoni ċara dwar il - bżonnijiet ta' finanzjament …
---+42. Ir- rieżami għandu wkoll jiffoka fuq l - istruttura tal - obbligazzjonijiet, billi jqis is - …
---+43. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - arranġamenti ta' finanzjament …
---+44. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu opinjoni ċara dwar il -profil tal- likwidità u l - …
---+45. Fejn, abbażi tar - rieżami mill - awtoritajiet kompetenti tal - applikazzjoni skont l - …
---+46. Fir-rigward tal- istruttura tal - obbligazzjonijiet, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+47. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - assi biex jiġu ssodisfati r - rekwiżiti …
---+48. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - assi likwidi huma jew se jiġu …
---+49. Skont l - eżitu tal - valutazzjoni dwar jekk it - TCB prevista hijiex se tissodisfa l - …
---+50. B'mod konsistenti mal - prinċipju tal - proporzjonalità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+51. Sabiex tivvaluta t - tħejjija ġenerali biex tiffaċċja l - kriżi tal - likwidità, l - awtorità …

7. Valutazzjoni tar - rekwiżit tal - likwidità

7. Valutazzjoni tar - rekwiżit tal - likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
41. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu opinjoni ċara dwar il - bżonnijiet ta' finanzjament …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu opinjoni ċara dwar il - bżonnijiet ta' finanzjament tan- negozju tat - TCB u jivvalutaw il -profil tal- likwidità abbażi tal -pjan ta’ direzzjoni tan- negozju, inklużi l - previżjonijiet finanzjarji tat - TCB prevista.

42. Ir- rieżami għandu wkoll jiffoka fuq l - istruttura tal - obbligazzjonijiet, billi jqis is - …

Ir- rieżami għandu wkoll jiffoka fuq l - istruttura tal - obbligazzjonijiet, billi jqis is - sorsi differenti ta' finanzjament – b'mod partikolari kwalunkwe impenn mill - impriża ewlenija, it -tipi ta'

18 obbligazzjonijiet, l - istrumenti u l - kontrapartijiet –, il- kostijiet relatati u l - perjodi ta’ maturità tagħhom.

43. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - arranġamenti ta' finanzjament …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - arranġamenti ta' finanzjament intragrupp transfruntieri ppjanati humiex fi ħdan il - limiti tal - eċċezzjoni stabbilita fl - Artikolu 48c(4), il - punt (d) tas - CRD u ma jaħbux attivitajiet kummerċjali transfruntieri li jiksru l - kamp ta' applikazzjoni territorjali tal -awtorizzazzjoni. Dan ir- rieżami għandu, pereżempju, iqis jekk ftehimiet ma' TCBs fi Stati Membri oħra - li jappartjenu għall - istess impriża ewlenija - jippre vedu l- provvista jew ir - riċeviment ta' finanzjament intragrupp bħala skambju għal kondiviżjoni sħiħa jew parzjali tar- riskji u r - redditi ekonomiċi marbuta ma' assi speċifiku.

44. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu opinjoni ċara dwar il -profil tal- likwidità u l - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu opinjoni ċara dwar il -profil tal- likwidità u l - istruttura tal - obbligazzjonijiet anke biex jivvalutaw il - proġezzjonijiet għall -proporzjonijiet regolatorji tal- likwidità, u l - kapaċità tat - TCB prevista li “żżomm f’kull ħin volum ta’ assi likwidi u mhux aggravati li jkunu biżżejjed biex ikopru l - flussi ta’ ħruġ tal - likwidità fuq perjodu minimu ta’ 30 jum” f’konformità mal - Artikolu 48f(1) tas - CRD, għall - perjodu ta’ żmien ta’ tliet snin tal - pjan ta’ direzzjoni tan- negozju. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu attenti wkoll, fejn rilevanti, għaż - żieda gradwali fl - attivitajiet kummerċjali u l - implimentazzjoni tal- istruttura ta’ finanzjament fil - fażi tal - istabbiliment.

45. Fejn, abbażi tar - rieżami mill - awtoritajiet kompetenti tal - applikazzjoni skont l - …

Fejn, abbażi tar - rieżami mill - awtoritajiet kompetenti tal - applikazzjoni skont l - elementi elenkati fl- Artikolu 48a(1) u (2) tas - CRD, it - TCB prevista tiġi kklassifikata fil- klassi 1, l -awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu din il - valutazzjoni fir -rigward tar- rekwiżit ta' kopertura tal - likwidità stabbilit fil -Parti Sitta, it- Titolu I, tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 u fir - Regolament Delegat tal- Kummissjoni (UE) 2015/61 imsemmi fl - Artikolu 48f(2) tas - CRD.

46. Fir-rigward tal- istruttura tal - obbligazzjonijiet, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Fir-rigward tal- istruttura tal - obbligazzjonijiet, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw is - sorsi differenti ta’ finanzjament (tipi ta’ obbligazzjonijiet, strumenti u kontropartijiet), il - kostijiet relatat u l - perjodi ta’ maturità tagħhom.

47. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - assi biex jiġu ssodisfati r - rekwiżiti …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - assi biex jiġu ssodisfati r - rekwiżiti tal - likwidità jkunu likwidi u mhux aggravati. Għal dan il - għan, għandhom iqisu n - natura tal - assi, it - termini u l - kundizzjonijiet tal - ftehimiet li minnhom joriġinaw l - assi, u kwalunkwe karatteristika rilevanti oħra. F'dan il - kuntest, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - istrumenti eliġibbli li jikkostitwixxu d - dotazzjoni kapitali u ddepożitati fil- kont miżmum minn terzi ma jingħaddux fir -rigward tar- rekwiżit tal - likwidità, peress li dawn l - istrumenti għandhom jitqiesu bħala aggravati u għaldaqstant mhumiex disponibbli biex jissodisfaw il - flussi ta’ ħruġ tal - likwidità tat - TCBs. Bl - istess mod, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - assi li jissodisfaw ir - rekwiżit tal - likwidità ma jingħaddux fir -rigward tar- rekwiżit tad -dotazzjoni kapitali.

48. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - assi likwidi huma jew se jiġu …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - assi likwidi huma jew se jiġu ddepożitati ma' istituzzjoni ta' kreditu li tinsab fl - Istat Membru fejn se tiġi awtorizzata l - fergħa, li mhijiex parti mill - grupp tal - impriża ewlenija tagħha jew, fejn permess skont il - liġi nazzjonali, mal - bank ċentrali tal - Istat Membru, u jiżguraw li l - kont użat ikun differenti minn dak fejn jiġu ddepożitati l- istrumenti eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir - rekwiżit tad - dotazzjoni kapitali f'kont miżmum minn terzi u li l - arranġamenti tal - kont ma jippermettux li l - assi likwidi jiġu aggravati.

49. Skont l - eżitu tal - valutazzjoni dwar jekk it - TCB prevista hijiex se tissodisfa l - …

Skont l - eżitu tal - valutazzjoni dwar jekk it - TCB prevista hijiex se tissodisfa l - kundizzjonijiet imsemmija fl - Artikolu 48b(1) tas - CRD biex tikkwalifika bħala TCB kwalifikanti, l -awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l - eżenzjoni tal - likwidità stabbilita fl - Artikolu 48f(4) tas - CRD anke fl - awtorizzazzjoni f’konformità mal - liġi nazzjonali.

19

50. B'mod konsistenti mal - prinċipju tal - proporzjonalità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

B'mod konsistenti mal - prinċipju tal - proporzjonalità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il- kapaċità u t - tħejjija tat - TCB prevista li tiffaċċja kriżi fil - finanzjament, u meta jkun rilevanti, jirrevedu l - impatt tax - xenarju ta’ kriżi tal - finanzjament u tal - likwidità sottomess, bħal żieda fil - kostijiet tal - finanzjament, fuq il -proporzjonijiet tal- likwidità u fuq il - miżuri korrettivi previsti mill - impriża ewlenija applikanti.

51. Sabiex tivvaluta t - tħejjija ġenerali biex tiffaċċja l - kriżi tal - likwidità, l - awtorità …

Sabiex tivvaluta t - tħejjija ġenerali biex tiffaċċja l - kriżi tal - likwidità, l - awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l - informazzjoni sottomessa f’konformità mat - Taqsima 6 tal -Parti I.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.