+Titolu I – Kamp ta’ applikazzjoni u prinċipji ġenerali
---+1. Kamp ta’ applikazzjoni
---+1. Dawn il-Linji gwida japplikaw għal: a. istituzzjonijiet oriġinaturi soġġetti għall-Artikolu 243 …
---+2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom japplikaw (i) ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f’dawn …
---+3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il-Linji gwida fis-sitwazzjonijiet li ġejjin …
---+4. Flimkien mad-dejta li għandha tingħata lill-EBA skont l-Artikoli 243(6) u 244(6) tar-Regolament …
---+1. Is-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) ta’ kwalunkwe wieħed …
---+2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu proċeduri għall-identifikazzjoni …
---+3. Il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-SRT lil partijiet terzi għandhom jiġu ssodisfati fuq bażi …
---+4. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw is-serħan fuq il-valutazzjonijiet esterni …

Titolu I – Kamp ta’ applikazzjoni u prinċipji ġenerali

Titolu I – Kamp ta’ applikazzjoni u prinċipji ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Dawn il-Linji gwida japplikaw għal: a. istituzzjonijiet oriġinaturi soġġetti għall-Artikolu 243 …

Dawn il-Linji gwida japplikaw għal:

  • a. istituzzjonijiet oriġinaturi soġġetti għall-Artikolu 243 u 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • b. awtoritajiet kompetenti.
2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom japplikaw (i) ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f’dawn …

L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom japplikaw (i) ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f’dawn il-Linji gwida għat-tranżazzjonijiet kollha li jiddikjaraw trasferiment tar-riskju sinifikanti (“SRT”) skont l-Artikolu 243 jew 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u (ii) r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’dawn il-Linji gwida biex jinkisbu SRT għal partijiet terzi, skont l-Artikolu 243(4) jew 244(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il-Linji gwida fis-sitwazzjonijiet li ġejjin …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il-Linji gwida fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • a. meta jidentifikaw dawk it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fejn ir-riskju tal-kreditu ma jitqiesx li ġie trasferit anke minkejja li dawn it-tranżazzjonijiet ikunu qed jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet skont l-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • b. meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni oriġinatriċi mar-rekwiżiti ġenerali tal-Linji gwida għat-tranżazzjonijiet kollha li jiddikjaraw SRT skont l-Artikolu 243 jew 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/213;
  • c. meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni oriġinatriċi mar-rekwiżiti skont l-Artikoli 243(4) u 244(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
4. Flimkien mad-dejta li għandha tingħata lill-EBA skont l-Artikoli 243(6) u 244(6) tar-Regolament …

Flimkien mad-dejta li għandha tingħata lill-EBA skont l-Artikoli 243(6) u 244(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dejta lill-EBA, fuq bażi annwali, dwar it-tranżazzjonijiet analizzati skont il-paragrafu 3(1) ta’ dawn il-Linji gwida bl-użu tal-mudell fl-Anness 1.

2. Prinċipji Ġenerali

1. Is-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) ta’ kwalunkwe wieħed …

Is-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) ta’ kwalunkwe wieħed mill-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jintitola lill-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali li teskludi l-iskoperturi titolizzati rispettivi mill-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju u, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, u jintitola lill-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika li tikkalkula l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju, u, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, għall-iskoperturi titolizzati skont l-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm l-awtorità kompetenti tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ każ b’każ li r-riskju tal-kreditu sinifikanti m’għandux jitqies li ġie trasferit lil partijiet terzi jew kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet skont l-Artikoli 243(5) jew 244(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma ġietx issodisfata fir-rigward ta’ din it-titolizzazzjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu proċeduri għall-identifikazzjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għandhom, minkejja l-konformità mal-punti (a) jew (b) tal-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu suġġetti għal iżjed analiżi mill-awtorità kompetenti skont it-Titolu III ta’ dawn il-Linji gwida sabiex jiġi vvalutat jekk verament it-tranżazzjoni kisbitx trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi.

3. Il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-SRT lil partijiet terzi għandhom jiġu ssodisfati fuq bażi …

Il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-SRT lil partijiet terzi għandhom jiġu ssodisfati fuq bażi kontinwa.

4. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw is-serħan fuq il-valutazzjonijiet esterni …

L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw is-serħan fuq il-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu fl-analiżi tagħhom tat-tranżazzjonijiet li jiddikjaraw SRT u r-relazzjoni bejn dawn il-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu u l-valutazzjonijiet interni tal-kreditu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/