+6.3.2.3 Treatment of incomplete recovery processes
---+153. Għall-finijiet tal-ittra (a) tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fir-rigward …
---+154. jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-LGD medju osservat għal kull grad ta’ faċilità …
---+155. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw b’mod ċar il-mument tal-għeluq tal-proċessi ta’ …
---+156. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddefinixxu l-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru għal tip …
---+157. Sabiex jiġi kkalkolat l-LGD medju osservat, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu …
---+158. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiksbu l-LGD medju fuq perjodu twil billi jaġġustaw l-LGD medju …
---+159. Jenħtieġ li l-istima msemmija fil-paragrafu 158(b) tikkonforma mal-prinċipji li ġejjin: (a) …

6.3.2.3 Treatment of incomplete recovery processes

6.3.2.3 Treatment of incomplete recovery processes

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
153. Għall-finijiet tal-ittra (a) tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fir-rigward …

Għall-finijiet tal-ittra (a) tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fir-rigward tal-użu tal-inadempjenzi kollha osservati matul il-perjodu ta’ osservazzjoni storika fis-sorsi tad-data għall-istima tal-LGD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti minn proċessi ta’ rkupru inkompleti tiġi kkunisdrata b’mod konservattiv. Jenħtieġ li l-istima tal-LGD tkun ibbażata fuq l-LGD medju fuq perjodu twil.

154. jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-LGD medju osservat għal kull grad ta’ faċilità …

jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-LGD medju osservat għal kull grad ta’ faċilità jew aggregazzjoni u fil-livell tal-portafoll kopert mill-mudell tal-LGD filwaqt li jiġu kkunsidrati l-LGDs realizzati fuq l-inadempjenzi kollha osservati fil-perjodu ta’ osservazzjoni storika relatati ma’ proċessi ta’ rkupru magħluqin skont il-paragrafi 155 sa 157, mingħajr l-inklużjoni ta’ xi rkupru futur mistenni. Jenħtieġ li l-LGD medju osservat ikun ippeżat mill-għadd ta’ inadempjenzi li jiġu inklużi fil-kalkolu.

155. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw b’mod ċar il-mument tal-għeluq tal-proċessi ta’ …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw b’mod ċar il-mument tal-għeluq tal-proċessi ta’ rkupru fil-politiki interni tagħhom. Jenħtieġ li l-proċessi ta’ rkupru kollha li ngħalqu jiġu trattati bħala tali sabiex jiġi kkalkolat l-LGD medju osservat.

156. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddefinixxu l-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru għal tip …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddefinixxu l-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru għal tip ta’ skoperturi partikolari mill-mument tal-inadempjenza li jirrifletti l-perjodu ta’ żmien mistenni osservat fil-proċessi ta’ rkupru magħluqin li matulhom l-istituzzjoni tirrealizza l-maġġoranza kbira tal-irkupri, mingħajr ma tikkunsidra l-osservazzjonijiet esterni bi proċessi ta’ rkupru sinifikament itwal. Jenħtieġ li l-perjodu massimu tal-proċessi ta’ rkupru jiġi speċifikat b’tali mod li tiġi żgurata biżżejjed data għall-istima tal-irkupri f’dan il-perjodu għal proċessi ta’ rkupru mhux kompleti. It-tul tal-perjodu massimu tal-proċessi ta’ rkupru jista’ jkun differenti għal tipi differenti ta’ skoperturi. Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru tiġi dokumentata u appoġġata minn evidenza tal-mudelli ta’ rkupru osservati, u tkun koerenti man-natura tat-tranżazzjonijiet u mat-tip ta’ skoperturi. L-ispeċifikazzjoni tal-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru għall-finijiet tal-LGD medju fuq perjodu twil ma għandhiex tipprevjeni lill-istituzzjonijiet milli jieħdu azzjonijiet ta’ rkupru fejn ikunu meħtieġa, anki fir-rigward ta’ skoperturi li jibqgħu f’inadempjenza għal perjodu ta’ żmien li jaqbeż il-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru speċifikat għal dan it-tip ta’ skoperturi.

157. Sabiex jiġi kkalkolat l-LGD medju osservat, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu …

Sabiex jiġi kkalkolat l-LGD medju osservat, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu mingħajr dewmien żejjed bħala proċessi ta’ rkupru magħluqin l-iskoperturi kollha f’inadempjenza li jaqgħu f’mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin:

  • (a) skoperturi li għalihom l-istituzzjoni ma tistenniex li tieħu xi azzjoni ta’ rkupru ulterjuri;
  • (b) skoperturi li jibqgħu fi stat ta’ inadempjenza għal perjodu ta’ żmien itwal mill-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru speċifikat għal dan it-tip ta’ skoperturi;
  • (c) skoperturi li tħallsu lura jew li tħassru kompletament;
  • (d) skoperturi li jkunu ġew ikklassifikati mill-ġdid għal stat mhux inadempjenti.

Fir-rigward ta’ skoperturi inadempjenti li jaqgħu fil-kategoriji fil-punti (a) u (b), jenħtieġ li l-irkupri u l-ispejjeż kollha realizzati qabel jew waqt l-istima jiġu kkunsidrati sabiex jiġi kkalkolat l-LGD medju osservat, inkluż kwalunkwe rkupru realizzat wara l-perjodu massimu tal-proċessi ta’ rkupru.

158. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiksbu l-LGD medju fuq perjodu twil billi jaġġustaw l-LGD medju …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiksbu l-LGD medju fuq perjodu twil billi jaġġustaw l-LGD medju osservat filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni relatata mal-proċessi li ma kinux ingħalqu (“proċessi ta’ rkupru mhux kompleti”) u fejn iż-żmien mill-mument tal-inadempjenza sal-mument tal-istima jkun iqsar mill-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru speċifikat għal dan it-tip ta’ skoperturi. Għal dawn il-proċessi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkonformaw ma’ dawn it-tnejn li ġejjin:

  • (a) jenħtieġ li huma jikkunsidraw l-ispejjeż u l-irkupri kollha osservati;
  • (b) huma għandhom jagtħu stima tal-ispejjeż u tal-irkupri futuri, kemm dawk li jiġu mir-realizzazzjoni tal-kollaterali eżistenti kif ukoll dawk li għandhom jiġu realizzati mingħajr l-użu ta’ kollaterali fi żmien il-perjodu massimu tal-proċessi ta’ rkupru.
159. Jenħtieġ li l-istima msemmija fil-paragrafu 158(b) tikkonforma mal-prinċipji li ġejjin: (a) …

Jenħtieġ li l-istima msemmija fil-paragrafu 158(b) tikkonforma mal-prinċipji li ġejjin:

  • (a) sabiex tingħata stima tal-ispejjeż u tal-irkupri futuri, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw l-ispejjeż u l-irkupri realizzati fuq dawn l-iskoperaturi sal-mument tal-istima, meta mqabbla mal-ispejjeż u mal-irkupri medji realizzati matul perjodu ta’ żmien simili fuq skoperturi simili; għaldaqstant, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet josservaw il-mudelli ta’ rkupru li ġew osservati kemm fuq proċessi ta’ rkupru magħluqin kif ukoll fuq dawk mhux kompleti, filwaqt li jiġu kkunsidrati biss l-ispejjeż u l-irkupri realizzati sal-mument tal-istima;
  • (b) jenħtieġ li s-suppożizzjonijiet li jkunu bbażati fuq l-ispejjeż u l-irkupri futuri mistennija kif ukoll l-aġġustament għal-LGD medju osservat ikunu:
  • i. ippruvati li jkunu xierqa permezz ta’ ttestjar retrospettiv;
  • ii. ibbażati fuq raġuni ekonomika raġonevoli;
  • iii. proporzjonati, filwaqt li jikkunsidraw li l-istimi tal-LGD jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-LGD medju fuq perjodu twil li jirrifletti l-LGDs medji ppeżati bin-numru ta’ inadempjenzi li jużaw l-inadempjenzi kollha osservati matul perjodu ta’ osservazzjoni storika.
  • (c) fl-istima tagħhom tal-irkupri futuri, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw il-preġudizzju potenzjali li ġej minn proċessi ta’ rkupru mhux kompleti li jiġu kkaratterizzati minn proċessi ta’ rkupru medji itwal jew irkupri medji aktar baxxi minn proċessi ta’ rkupru magħluqin;
  • (d) fl-istima tagħhom tal-irkupri futuri li jiġu mir-realizzazzjoni tal-kollaterali eżistenti, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw iċ-ċertezza legali tad-dikjarazzjonijiet fuq il-kollateral u s-suppożizzjonijiet realistiċi li jirrigwardaw il-possibbiltà tar-realizzazzjoni tagħha;
  • (e) l-aġġustament tal-LGD medju osservat jista’ jiġi stmat fil-livell ta’ skoperturi individwali, fil-livell tal-grad jew tal-aggregazzjoni jew fil-livell tal-portafoll kopert mill-mudell tal-LGD;
  • (f) jenħtieġ li kwalunkwe inċertezza relatata mal-istima tal-irkupri futuri dwar il-proċessi ta’ rkupru mhux kompleti tiġi riflessa f’MoC adegwat applikat skont it-taqsima 4.4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/