+8.2 Human judgement in the application of risk parameters
---+201. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-ġudizzju uman fl-applikazzjoni tal-mudell fil-każijiet li …
---+202. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw kriterji ċari għall-użu ta’ inputs tal-mudell …
---+203. Għall-finijiet tal-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li …
---+204. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddokumentaw l-iskala u r-raġuni ta’ kull prevalazzjoni. Kull …
---+205. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw regolarment il-livell u l-ġustifikazzjonijiet …
---+206. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw regolarment il-prestazzjoni tal-iskoperturi …
---+207. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw regolarment il-prestazzjoni tal-mudell qabel u wara …

8.2 Human judgement in the application of risk parameters

8.2 Human judgement in the application of risk parameters

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
201. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-ġudizzju uman fl-applikazzjoni tal-mudell fil-każijiet li …

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-ġudizzju uman fl-applikazzjoni tal-mudell fil-każijiet li ġejjin:

  • (a) fl-applikazzjoni tal-varjabbli kwalitattivi li jintużaw fil-mudell;
  • (b) permezz ta’ prevalazzjonijiet tal-inputs tal-proċess tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni;
  • (c) permezz ta’ prevalazzjonijiet tal-outputs tal-proċess tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni.
202. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw kriterji ċari għall-użu ta’ inputs tal-mudell …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw kriterji ċari għall-użu ta’ inputs tal-mudell kwalitattiv u jiżguraw applikazzjoni konsistenti ta’ dawn l-inputs mill-persunal kollu rilevanti u assenjazzjoni konsistenti tad-debituri jew tal-faċilitajiet li jimponu riskju simili għall-istess grad jew aggregazzjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 171(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

203. Għall-finijiet tal-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li …

Għall-finijiet tal-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-politiki u l-kriterji għall-użu ta’ prevalazzjonijiet fil-proċess tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni. Jenħtieġ li dawn il-politiki jirreferu għal prevalazzjonijiet possibbli kemm ta’ inputs kif ukoll ta’ outputs ta’ dan il-proċess u jiġu speċifikati b’mod konservattiv sabiex l-iskala tal-prevalazzjonijiet konservattivi ma tkunx limitata. B’kuntrast ma’ dan, jenħtieġ li l-iskala tat-tnaqqis potenzjali tal-istimi li jirriżultaw mill-mudell, permezz tal-prevalazzjoni tal-inputs jew tal-outputs tal-proċess tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni, tiġi limitata. Fl-applikazzjoni tal-prevalazzjonijiet, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti u aġġornata kollha.

204. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddokumentaw l-iskala u r-raġuni ta’ kull prevalazzjoni. Kull …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddokumentaw l-iskala u r-raġuni ta’ kull prevalazzjoni. Kull fejn ikun possibbli, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw lista definita minn qabel tal-ġustifikazzjonijiet possibbli tal-prevalazzjonijiet li jistgħu jintgħażlu. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jaħżnu wkoll informazzjoni dwar id-data tal-prevalazzjoni u l-persuna li wettqitha u li approvatha.

205. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw regolarment il-livell u l-ġustifikazzjonijiet …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw regolarment il-livell u l-ġustifikazzjonijiet għall-prevalazzjonijiet tal-inputs u tal-outputs tal-proċess tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni. Fil-politiki tagħhom, jenħtieġ li huma jispeċifikaw ir-rata massima aċċettabbli ta’ prevalazzjonijiet għal kull mudell. Fejn dawk il-livelli massimi jiġu miksura, jenħtieġ li l-istituzzjoni tieħu miżuri adegwati. Jenħtieġ li r-rati tal-prevalazzjonijiet jiġu speċifikati u mmonitorjati fil-livell tas-segment tal-kalibrazzjoni. Fejn ikun hemm numru għoli ta’ prevalazzjonijiet, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jadottaw miżuri adegwati sabiex itejbu l-mudell.

206. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw regolarment il-prestazzjoni tal-iskoperturi …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw regolarment il-prestazzjoni tal-iskoperturi fir-rigward ta’ liema prevalazzjoni tal-input jew tal-output tal-proċess tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni tkun twettqet, skont l-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

207. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw regolarment il-prestazzjoni tal-mudell qabel u wara …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw regolarment il-prestazzjoni tal-mudell qabel u wara l-prevalazzjonijiet tal-outputs tal-proċess tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni. Fejn il-valutazzjoni tikkonkludi li l-użu ta’ prevalazzjonijiet naqqas b’mod sinifikanti l-kapaċità li l-mudell jikkwantifika b’mod preċiż il-parametri tar-riskju (“kapaċità ta’ tbassir tal-mudell”), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jadottaw miżuri adegwati sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-prevalazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/