+4.8 L-applikazzjoni ta’ programmi ta’ ttestjar tal-istress
---+187. Bħala parti mill - ICAAP u mill -ILAAP, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li għandhom …
---+188. Barra minn hekk, permezz tal -ittestjar tal-istress, l- istituzzjonijiet għandhom jevalwaw l - …
---+189. Minbarra r- rekwiżiti ġenerali relatati mal -programmi ta’ ttestjar tal-istress …
---+190. It-testijiet tal-istress tal- ICAAP u tal - ILAAP għandhom ikunu konsistenti mal - aptit għar …
---+191. Barra minn hekk, fit -test tal-istress tal- ICAAP tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+192. Meta jagħmlu testijiet tal -istress tas- solvenza għall -finijiet tal- ICAAP, l …
---+193. L-ittestjar tal- istress superviżorju li jsir skont l -Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE …
---+194. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw azzjonijiet ta’ ġestjoni kredibbli li jindirizzaw l …
---+195. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu firxa vasta ta’ azzjonijiet ta’ ġestjoni (inkluż fil …
---+196. Biex jivvalutaw ir - reazzjonijiet possibbli għal sitwazzjoni ta’ stress, l - istituzzjonijiet …
---+197. L- istituzzjonijiet għandhom jispjegaw l -impatti kwalitattivi u kwantitattivi tal- istress …
---+198. L-azzjonijie t ta’ ġestjoni aċċettabbli jkunu soġġetti għall -gwida u l- ġudizzju tal …
---+199. L- azzjonijiet ta’ ġestjoni antiċipati differenzjati skont ix - xenarju u aġġustati skont is …
|
4.8 L-applikazzjoni ta’ programmi ta’ ttestjar tal-istress
4.8.1 L- ittestjar tal - istress għal finijiet ta’ ICAAP/ILAAP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
187. Bħala parti mill - ICAAP u mill -ILAAP, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li għandhom …
|
Bħala parti mill - ICAAP u mill -ILAAP, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li għandhom biżżejjed riżorsi ta’ kapital u ta’ likwidità biex ikopru r -riskji li l- istituzzjonijiet huma, jew jistgħu jkunu, esposti għalihom u jiżguraw allokazzjoni xierqa tar - riżorsi ta’ kapital u ta’ likwidità fost l - entitajiet ta’ istituzzjoni fiċ - ċiklu ekonomiku. Din il - valutazzjoni għandha tkun riflessa fil - pjanijiet ta’ kapital u ta’ likwidità li l- istituzzjonijiet għandhom jissottomettu lill -awtoritajiet kompetenti bħala parti mill - informazzjoni ICAAP u ILAAP u bħala parti mill -valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u l-profili tal-likwidità.
|
|
188. Barra minn hekk, permezz tal -ittestjar tal-istress, l- istituzzjonijiet għandhom jevalwaw l - …
|
Barra minn hekk, permezz tal -ittestjar tal-istress, l- istituzzjonijiet għandhom jevalwaw l - affidabilità tal-pjan ijiet ta’ kapital tagħhom taħt kundizzjonijiet ta’ stress biex jiżguraw li jissodisfaw ir- rekwiżiti ta’ kapital applikabbli għalihom. Kwalunkwe evalwazzjoni tal -affidabilità tal- pjan ta’ kapital taħt kundizzjonijiet ta’ stress għandha tikkunsidra s -severit à tax - xenarju u l - probabilità ta’ okkorrenza. L- istituzzjonijiet għandhom jittestjaw ukoll l -affidabilità tal-pjanijiet ta’ likwidità tagħhom sabiex jiżguraw li jistgħu jissodisfaw obbligazzjonijiet dovuti taħt kundizzjonijiet ta’ stress. L-istituzzjonijie t għandhom jivvalutaw il -livell ta’ trasferibbiltà tar-riżorsi tal -kapital u tal- likwidità f’kundizzjonijiet taħt stress u jikkunsidraw kwalunkwe impediment possibbli, inklużi impedimenti legali, organizzattivi u operazzjonali. Fejn ikun xieraq, l -istituzz jonijiet għandhom jirrikonoxxu li ċerti elementi ta’ rekwiżiti ta’ kapital, kif ukoll ir- riżervi ta’ likwidità, jistgħu jintużaw f’kundizzjonijiet taħt stress (eż. elementi tar - rekwiżiti ta’ bafer ikkombinat kif speċifikat fil - Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE).
|
|
189. Minbarra r- rekwiżiti ġenerali relatati mal -programmi ta’ ttestjar tal-istress …
|
Minbarra r- rekwiżiti ġenerali relatati mal -programmi ta’ ttestjar tal-istress tal-istituzzjonijiet speċifikati f’dawn il -linji gwida, it-testijiet tal- istress użati għal finijiet ta’ ICAAP jew ILAAP għandhom jissodisfaw dawn ir -rekw iżiti speċifiċi li ġejjin: - a) l-istituzzjonijiet għandhom ikopru l-kategoriji (u s-subkategoriji) ta’ riskju materjali kollha li l-istituzzjonijiet huma esposti għalihom kemm fir-rigward tal-assi u l-obbligazzjonijiet fuq il-karta bilanċjali b’rabta mal-portafolli materjali jew mas-setturi/mal- ġeografiji, inklużi entitajiet strutturati rilevanti;
- b) għandha titqies firxa ta’ xenarji inkluż tal- inqas xenarju ekonomiku avvers li huwa sever iżda plawżibbli, bħal tnaqqis ekonomiku sever u/jew xokk fis- suq kollu u idjosinkratiku għal - likwidità;
- c) L-ittestjar tal-istress tal- ICAAP u tal-ILAAP għandu jsir permezz ta’ ttestjar tal-istress komprensiv fl-istituzzjoni kollha u jirrifletti l-entitajiet kollha li għalihom huma meħtieġa ICAAPs jew ILAAPs;
- d) It-testijiet tal-istress tal- ICAAP u tal-ILAAP għandhom ikopru l-istess perjodu prospettiv bħall - ICAAP u l-ILAAP tal-istituzzjoni rispettivament, u jkunu aġġornati tal- inqas b’mod regolari bħall - ICAAP u l- ILAAP; it-testijiet tal-istress tal- ICAAP għandhom ikopru perjodu ta’ mill- inqas sentejn.
|
|
190. It-testijiet tal-istress tal- ICAAP u tal - ILAAP għandhom ikunu konsistenti mal - aptit għar …
|
It-testijiet tal-istress tal- ICAAP u tal - ILAAP għandhom ikunu konsistenti mal - aptit għar -riskju u mal- istrateġija globali (inkluża l - istrateġija tan -negozju) tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom juru konnessjoni ċara bejn l - aptit għ ar- riskju tagħhom, l - istrateġija tan -negozju tagħhom u t -testijiet tal-istress tal- ICAAP u tal - ILAAP tagħhom. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - pjanijiet ta’ kapital u ta’ likwidità tagħhom, u kwalunkwe ppjanar tal-kapital intern , inklużi bafers kapitali ta’ ġestjoni, konsistenti mal - aptit għar -riskju ddikjarat u mal- istrateġija tagħhom, u l - ħtiġijiet ta’ kapital intern globali tagħhom, u jibnu l - pożizzjonijiet tal - likwidità tagħhom mill - ġdid wara li jużaw riżervi ta’ likwidità sabiex jissodisfaw l- obbligazzjonijiet tagħhom waqt perjodu ta’ stress.
|
|
191. Barra minn hekk, fit -test tal-istress tal- ICAAP tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
Barra minn hekk, fit -test tal-istress tal- ICAAP tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il- kapaċità tagħhom li jibqgħu ’l fuq mir - rekwiżiti ta’ kapital regolatorji u superviżorji applikabbli (eż. rekwiżiti ta’ kapital SREP totali - TSCR) f’kundizzjonijiet taħt stress.
|
|
192. Meta jagħmlu testijiet tal -istress tas- solvenza għall -finijiet tal- ICAAP, l …
|
Meta jagħmlu testijiet tal -istress tas- solvenza għall -finijiet tal- ICAAP, l -istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll l - impatt tax - xenarji fuq il - proporzjon ta' ingranaġġ tal-istituzzjoni kif ukoll obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma għall - finijiet ta’ rekwiżiti minimi għall - obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL).
|
|
193. L-ittestjar tal- istress superviżorju li jsir skont l -Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE …
|
L-ittestjar tal- istress superviżorju li jsir skont l -Artikolu 100 tad-Direttiva 2013/36/UE jew ix - xenarji jew is -s uppożizzjonijiet preskritti għal istituzzjoni minħabba l -kontestazzjonijiet superviżorji u l -valutazzjonijiet tat-testijiet tal-istress tal- istess istituzzjoni m’għandux jitqies bħala sostituzzjoni tal -obbligi tal- istituzzjonijiet li jwettqu testijiet tal - istress bħala parti mill - ICAAPs u l - ILAAPs tagħhom. 4.8.2 Azzjonijiet ta’ ġestjoni
|
|
194. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw azzjonijiet ta’ ġestjoni kredibbli li jindirizzaw l …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw azzjonijiet ta’ ġestjoni kredibbli li jindirizzaw l -outputs tat-testijiet tal- istress u li huma mmirati biex jiżguraw is -solvenza kontinw a tagħhom permezz tax - xenarju tal -istress.
|
|
195. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu firxa vasta ta’ azzjonijiet ta’ ġestjoni (inkluż fil …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iqisu firxa vasta ta’ azzjonijiet ta’ ġestjoni (inkluż fil -pjanijiet ta’ kontinġenza tal - likwidità) kontra firxa ta’ kundizzjonijiet taħt stress plawżibbli waqt li jiffukaw fuq tal - inqas xenarju wieħed sever iżda plawżibbli.
|
|
196. Biex jivvalutaw ir - reazzjonijiet possibbli għal sitwazzjoni ta’ stress, l - istituzzjonijiet …
|
Biex jivvalutaw ir - reazzjonijiet possibbli għal sitwazzjoni ta’ stress, l - istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw l- azzjonijiet kredibbli li huma l - iktar rilevanti u meta jkollhom joħduhom. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li ċerti azzjonijiet ta’ ġestjoni jkunu meħtieġa immedjatament u li oħrajn jiddependu minn jekk iseħħux avvenimenti speċifiċi, f’liema każ għandhom jiġu identifikati minn qabel skattaturi ta’ azzjoni definiti b’mod ċar. L -azzjonijiet ta’ ġ est joni għandhom ikunu konsistenti mal - istrateġiji u l - politiki ddikjarati, pereżempju fil - kuntest ta’ politiki ta’ dividend7 iddikjarati. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu konservattivi rigward il- kapaċità tagħhom li jieħdu azzjonijiet ta’ ġestjoni mitiganti, billi jirrikonoxxu l -impatt possibbli tax - xenarju taħt stress fuq swieq oħrajn.
7 Pereżempju, ara l -Artikolu 141 CRD (ammont massimu distribwibbli).
|
|
197. L- istituzzjonijiet għandhom jispjegaw l -impatti kwalitattivi u kwantitattivi tal- istress …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jispjegaw l -impatti kwalitattivi u kwantitattivi tal- istress qabel u wara azzjonijiet ta’ ġestjoni mitiganti. L - impatt qabel l - azzjonijiet ta’ ġestjoni għandu jinkludi s - suppożizzjonijiet dwar l - istrateġija, it -tkabbir u r- rikavat assoċjat, iżda jeskludi azzjonijiet ta’ ġestjoni li ma jkunux disponibbli f’avveniment ta’ stress bħall - istralċ ta’ linja ta’ negozju jew il - ġ bir ta’ kapital.
|
|
198. L-azzjonijie t ta’ ġestjoni aċċettabbli jkunu soġġetti għall -gwida u l- ġudizzju tal …
|
L-azzjonijie t ta’ ġestjoni aċċettabbli jkunu soġġetti għall -gwida u l- ġudizzju tal -awtoritajiet kompetenti, u jistgħu jinkludu dan li ġej: - a) Ir- rieżami tal-aptit għar -riskju intern u l-limiti tar- riskju;
- b) Ir- rieżami tal- użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar- riskju;
- c) ir-re viżjoni ta’ politiki, bħal dawk relatati mal-likwidità u l-finanzjament jew l-adegwatezza kapitali;
- d) it- tnaqqis tad-distribuzzjonijiet lill- azzjonisti;
- e) il-bidliet fl- istrateġija globali u fil-pjan tan-negozju u l-aptit għar - riskju; u
- f) il- ġbir ta’ kapital jew finanzjament.
|
|
199. L- azzjonijiet ta’ ġestjoni antiċipati differenzjati skont ix - xenarju u aġġustati skont is …
|
L- azzjonijiet ta’ ġestjoni antiċipati differenzjati skont ix - xenarju u aġġustati skont is -severità tax - xenarju għandhom ikunu ddokumentati. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw it - tnaqqis tal - effiċjenza bħala konsegwenza tas -sitwazzjonijiet ta’ stress estremament severi. Fl-informazzjoni tal- ICAAP u tal - ILAAP li jridu jagħtu lill -awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet għandhom jispjegaw ukoll l - azzjonijiet ta’ ġestjoni diġà meħuda abbażi tar - riżultati tat -testijiet tal-istress.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|