+9.3.2 Flussi ta’ flus futuri mistennija
---+209. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistmaw il - fluss tal - flus skontat b’mod …
---+210. Il - kalkolu tal - fluss tal - flus skontat għandu jqis il - każijiet fejn: a) il - fluss tal …
---+211. Meta l - istima tkun ibbażata fuq is - suppożizzjoni li l - fluss tal - flus operattiv tal - …
---+212. Meta l - istima tkun ibbażata fuq is - suppożizzjoni li l - fluss tal - flus operattiv tal - …
---+213. Minbarra l - kostijiet tal - likwidazzjoni msemmija hawn fuq, jekk ikun xieraq, għandu jiġi …
---+214. Il - prezz tal - proprjetà fil - mument tal - likwidazzjoni għandu jqis il - kundizzjonijiet …
---+215. Għandhom jiġu inklużi wkoll kunsiderazzjonijiet dwar iż - żmien tal - bejgħ relatat mar - rimi …
---+216. L- eżekuzzjoni tal - kollateral tista’ tinkludi kemm strateġiji konsenswali u mhux kunsenswali …
---+217. L- iskont tal - kost tal - likwidazzjoni għandu jirrifletti l - mod ta’ eżekuzzjoni tal - …
---+218. L- iskont tal - prezz tas - suq għandu jirrifletti l - likwidità tas - suq u l - istrateġija …
---+219. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw skontijiet adegwati tal - prezz tas - suq …
---+220. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha għandhom jiżviluppaw is - suppożizzjonijiet tagħhom …
|
9.3.2 Flussi ta’ flus futuri mistennija
9.3.2 Flussi ta’ flus futuri mistennija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
209. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistmaw il - fluss tal - flus skontat b’mod …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistmaw il - fluss tal - flus skontat b’mod prudenzjali u f’konformità mal - istandards tal - kontabilità applikabbli.
|
|
210. Il - kalkolu tal - fluss tal - flus skontat għandu jqis il - każijiet fejn: a) il - fluss tal …
|
Il - kalkolu tal - fluss tal - flus skontat għandu jqis il - każijiet fejn: - a) il - fluss tal - flus operattiv tal - mutwatarju jkompli u jista’ jintuża biex jitħallas lura d - dejn finanzjarju, u jista’ jiġi eżerċitat kollateral sal - punt li dan ma jinfluwenzax il - fluss tal - flus operattiv; u
- b) il - fluss tal - flus operattiv tal - mutwatarju jieqaf u jiġi eżerċitat kollateral.
|
|
211. Meta l - istima tkun ibbażata fuq is - suppożizzjoni li l - fluss tal - flus operattiv tal - …
|
Meta l - istima tkun ibbażata fuq is - suppożizzjoni li l - fluss tal - flus operattiv tal - mutwatarju se jkompli, inkluż il - fluss tal - flus li jkun ġej mill - kollateral, tkun meħtieġa informazzjoni aġġornata u affidabbli dwar il - fluss tal - flus.
|
|
212. Meta l - istima tkun ibbażata fuq is - suppożizzjoni li l - fluss tal - flus operattiv tal - …
|
Meta l - istima tkun ibbażata fuq is - suppożizzjoni li l - fluss tal - flus operattiv tal - mutwatarju jispiċċa, ir - rikavat mill - bejgħ futur mill - eżekuzzjoni tal - kollateral jenħtieġ li jiġi aġġustat biex iqis il - kostijiet xierqa tal - likwidazzjoni u l - iskont tal - prezz tas - suq.
|
|
213. Minbarra l - kostijiet tal - likwidazzjoni msemmija hawn fuq, jekk ikun xieraq, għandu jiġi …
|
Minbarra l - kostijiet tal - likwidazzjoni msemmija hawn fuq, jekk ikun xieraq, għandu jiġi applikat skont fuq il - prezz tas - suq għall - valutazzjoni aġġornata kif deskritt hawn taħt.
|
|
214. Il - prezz tal - proprjetà fil - mument tal - likwidazzjoni għandu jqis il - kundizzjonijiet …
|
Il - prezz tal - proprjetà fil - mument tal - likwidazzjoni għandu jqis il - kundizzjonijiet attwali u dawk mistennija tas - suq.
|
|
215. Għandhom jiġu inklużi wkoll kunsiderazzjonijiet dwar iż - żmien tal - bejgħ relatat mar - rimi …
|
Għandhom jiġu inklużi wkoll kunsiderazzjonijiet dwar iż - żmien tal - bejgħ relatat mar - rimi ta’ proprjetajiet ipotekata, abbażi ta’ prattiki ta’ infurzar tad - dejn u esperjenzi minn proċeduri ġudizzjarji fil - livell nazzjonali u fuq evidenza empirika, u testijiet retrospettivi kif xieraq. Dawn il - kunsiderazzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe kost operazzjonali jew nefqa kapitali li għandhom jiġġarrbu qabel iż - żmien tal - bejgħ.
|
|
216. L- eżekuzzjoni tal - kollateral tista’ tinkludi kemm strateġiji konsenswali u mhux kunsenswali …
|
L- eżekuzzjoni tal - kollateral tista’ tinkludi kemm strateġiji konsenswali u mhux kunsenswali (sfurzati) ta’ likwidazzjoni.
|
|
217. L- iskont tal - kost tal - likwidazzjoni għandu jirrifletti l - mod ta’ eżekuzzjoni tal - …
|
L- iskont tal - kost tal - likwidazzjoni għandu jirrifletti l - mod ta’ eżekuzzjoni tal - kollateral, jiġifieri jekk huwiex konsenswali jew mhux kunsenswali.
|
|
218. L- iskont tal - prezz tas - suq għandu jirrifletti l - likwidità tas - suq u l - istrateġija …
|
L- iskont tal - prezz tas - suq għandu jirrifletti l - likwidità tas - suq u l - istrateġija ta’ likwidazzjoni. Dan ma għandux jirrifletti l - kundizzjonijiet tal - bejgħ tan - nar sakemm l - istrateġija ta’ likwidazzjoni antiċipata ma tinvolvix attwalment bejgħ bl - għaġla.
|
|
219. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw skontijiet adegwati tal - prezz tas - suq …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw skontijiet adegwati tal - prezz tas - suq għall - finijiet tal - IFRS 9, għall - kalkolu tal - kapital regolatorju u għall - finijiet ta’ kontroll tar - riskju. Skont tal - prezz tas - suq jista’ jkun qrib iż - żero biss għal tipi ta’ kollateral likwidi ħafna u mhux f’diffikultà li mhumiex affettwati minn xi riskji sinifikanti ta’ korrelazzjoni.
|
|
220. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha għandhom jiżviluppaw is - suppożizzjonijiet tagħhom …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha għandhom jiżviluppaw is - suppożizzjonijiet tagħhom stess tal - kost ta’ likwidazzjoni u ta’ skont tas - suq ibbażati fuq evidenza empirika osservata. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed evidenza empirika, is - suppożizzjonijiet ta’ skont għandhom ikunu bbażati, tal - inqas, fuq il - likwidità, il - mogħdija taż - żmien, u l - kwalità/it - tixjiħ tal - valutazzjoni. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tiffaċċja s - sitwazzjoni ta’ suq tal - proprjetà ffriżat u nbiegħu numru żgħir biss ta’ proprjetajiet jew l - istorja tal - bejgħ għandha titqies bħala insuffiċjenti, għandu japplika skont aktar konservattiv tal - prezz tas - suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|