+7.3 Kriterji għall - istimaturi
---+231. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li stimatur li jwettaq il - valwazzjoni jew il …
---+232. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tariffa jew is - salarju tal - istimatur u r- …
---+233. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw il - prestazzjoni tal - istimaturi, b’mod …
---+234. Sabiex l - istituzzjonijiet jimmitigaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess b’mod suffiċjenti …
---+235. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw rotazzjoni adegwata tal - istimaturi u jiddefinixxu …

7.3 Kriterji għall - istimaturi

7.3 Kriterji għall - istimaturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
231. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li stimatur li jwettaq il - valwazzjoni jew il …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li stimatur li jwettaq il - valwazzjoni jew il -kompiti ta’ rivalwazzjoni:

  • a. ikun professjonalment kompetenti u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit nazzjonali jew internazzjonali u standard professjonali aċċettat li japplikaw għall - istimatur jew għat - twettiq ta’ kompitu ta’ valwazzjoni partikolari;
  • b. ikollu l - ħiliet tekniċi u l - esperjenza xierqa sabiex iwettaq l - kompitu;
  • c. ikollu l - għarfien meħtieġ, jiġifieri għarfien dwar is - suġġett tal - valwazzjoni, is - suq tal - proprjetà rilevanti u l - iskop tal - valwazzjoni;
  • d. ikun indipendenti mill - proċess ta’ deċiżjoni ta’ kreditu.
232. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tariffa jew is - salarju tal - istimatur u r- …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tariffa jew is - salarju tal - istimatur u r- riżultat tal - valwazzjoni ma jkunux marbuta b’mod li joħloq kunflitt ta’ interess.

233. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw il - prestazzjoni tal - istimaturi, b’mod …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw il - prestazzjoni tal - istimaturi, b’mod partikolari l - preċiżjoni tal - valwazzjonijiet ipprovduti, eż. permezz ta’ ttestjar retrospettiv fuq il - valur tal - kollateral permezz ta’ mudelli statistiċi avvanzati. Bħala parti minn valutazzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iħarsu wkoll lejn il - konċentrazzjoni ta’ valwazzjonijiet imwettqa mill - istimaturi speċifiċi u t - tariffi mħallsa lilhom.

234. Sabiex l - istituzzjonijiet jimmitigaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess b’mod suffiċjenti …

Sabiex l - istituzzjonijiet jimmitigaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess b’mod suffiċjenti, jenħtieġ li jieħdu passi raġonevoli, eż. permezz ta’ termini kuntrattwali, sabiex jiżguraw li l - istimaturi li jkunu ser iwettqu l - valutazzjoni proprja ta’ proprjetà partikolari u l - qraba tal - ewwel grad tagħhom jissodisfaw il - kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. ma jkunux involuti fl - applikazzjoni, fil - valutazzjoni, fid - deċiżjoni jew fl - amministrazzjoni tas - self;
  • b. ma jkunux iggwidati jew influwenzati mill - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju;
  • c. ma jkollhomx kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali rigward il - proprjetà inkwistjoni, il- proċess ta’ valwazzjoni u r - riżultat tal - valwazzjoni;
  • d. ma jkollhomx interess dirett jew indirett fil - proprjetà;
  • e. ma jkunux relatati max - xerrej u lanqas mal - bejjiegħ tal - proprjetà.
235. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw rotazzjoni adegwata tal - istimaturi u jiddefinixxu …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw rotazzjoni adegwata tal - istimaturi u jiddefinixxu n - numru ta’ valwazzjonijiet individwali sekwenzjali tal - istess proprjetà li jistgħu jitwettqu mill - istess stimatur. Jenħtieġ li kwalunkwe rivalwazzjoni ulterjuri lil hinn minn dan in - numru tirriżulta fir - rotazzjoni tal - istimatur, li tirriżulta fil - ħatra ta’ stimatur intern differenti jew ta’ stimatur estern differenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/