+5.1 Stabbiliment ta’ kumitati
---+40. Il- president għandu jistabbilixxi l - aġendi tal - laqgħat u jiżgura li kwistjonijiet …
---+41. Il-president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jikkontribwixxi għal allokazzjoni ċara tad …
---+42. Skont l-Artikolu 109(1) tad-Direttiva 2013/36/UE flimkien mal-Artikoli 76(3), 88(2), u 95(1) …
---+43. Fejn ma jkunx hemm kumitat tar -riskju jew tan-nomina stabbilit, ir- referenzi għ al dawk …
---+44. L- istituzzjonijiet jistgħu, filwaqt li jitiqiesu l -kriterji stabbiliti fit-Titolu I ta’ dawn …
---+45. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw allokazzjoni u distribuzzjoni ċari tad -dmirijiet u …
|
5.1 Stabbiliment ta’ kumitati
5.1 Stabbiliment ta’ kumitati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
40. Il- president għandu jistabbilixxi l - aġendi tal - laqgħat u jiżgura li kwistjonijiet …
|
Il- president għandu jistabbilixxi l - aġendi tal - laqgħat u jiżgura li kwistjonijiet strateġiċi jiġu diskussi bi prijorità. Huwa jew hija għandu/għandha jiżgura/tiżgura li d - deċiżjonijiet tal -korp ta’ ġestjoni jittieħdu fuq bażi soda u infurmata tajjeb u li d -dokumenti u l- informazzjoni jaslu f’ħin propizju qabel il - laqgħa.
|
|
41. Il-president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jikkontribwixxi għal allokazzjoni ċara tad …
|
Il-president tal- korp ta’ ġestjoni għandu jikkontribwixxi għal allokazzjoni ċara tad -dmirijiet bejn il-membri tal- korp ta’ ġestjoni u l - eżistenza ta’ fluss effiċjenti ta’ informazzjoni bejniethom, sabiex il -membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu jkunu jistgħu jikkontribwixxu b’mod kostruttiv għad - diskussjonijiet u biex jitfgħu l - voti tagħhom fuq bażi soda u infurmata tajjeb.
|
|
42. Skont l-Artikolu 109(1) tad-Direttiva 2013/36/UE flimkien mal-Artikoli 76(3), 88(2), u 95(1) …
|
Skont l-Artikolu 109(1) tad-Direttiva 2013/36/UE flimkien mal-Artikoli 76(3), 88(2), u 95(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet kollha li huma stess sinifikanti, filwaqt li jitqies il -livell individwali, subkonsolidat u dak konsolidat, iridu jistabbilixxu kumitati tar -riskju, tan-nomina12 u tar-remunerazzjoni13 biex jagħtu pariri lill - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu u sabiex iħejju d - deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn dan il - korp. Istituzzjonijiet mhux sinifikanti, inkluż meta jaqgħu taħt il -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni li hija sinifikanti f’sitwazzjoni subkonsolidata jew konsolidata, mhumiex obbligati jistabbilixxu dawk il -kumitati.
12 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE. 13 Fir-rigward tal-kumitat tar-remune razzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal -linji gwida tal-EBA dwar prattiki sodi ta’ remunerazzjoni.
|
|
43. Fejn ma jkunx hemm kumitat tar -riskju jew tan-nomina stabbilit, ir- referenzi għ al dawk …
|
Fejn ma jkunx hemm kumitat tar -riskju jew tan-nomina stabbilit, ir- referenzi għ al dawk il-kumitati f’dawn il- linji gwida għandhom jiġu interpretati li japplikaw għall - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità kif stabbilit fit-Titolu I.
|
|
44. L- istituzzjonijiet jistgħu, filwaqt li jitiqiesu l -kriterji stabbiliti fit-Titolu I ta’ dawn …
|
L- istituzzjonijiet jistgħu, filwaqt li jitiqiesu l -kriterji stabbiliti fit-Titolu I ta’ dawn il-linji gwida, jistabbilixxu kumitati oħra (eż. kumitati kontra l - ħasil tal -flus/il-finanzjament tat- terroriżmu (AML/CTF), l -etika, il-kondotta u l-konformità).
|
|
45. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw allokazzjoni u distribuzzjoni ċari tad -dmirijiet u …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw allokazzjoni u distribuzzjoni ċari tad -dmirijiet u tal-kompiti bejn il- kumitati speċjalizzati tal - korp ta’ ġestjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|