+16. Il- kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni u l - ħatra u s - suċċessjoni tal- membri tiegħu
---+128. Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali dwar il - kumpaniji, il - korp ta’ ġestjoni għandu …
---+129. Il- membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu adatti. Mingħajr preġudizzju għall - …
---+130. Mingħajr preġudizzju għad -drittijiet tal- azzjonisti li jaħtru l - membri, meta jirrekluta …
---+131. Id- deċiżjoni dwar ir - reklutaġġ għandha, fejn ikun possibbli, tqis lista mqassra li tinkludi …
---+132. Qabel ma jieħu l - pożizzjoni l -membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkun konxju tal - …
---+133. Mingħajr preġudizzju għad -drittijiet tal- azzjonisti li jaħtru u jissostitwixxu lill-membri …
|
16. Il- kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni u l - ħatra u s - suċċessjoni tal- membri tiegħu
16. Il- kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni u l - ħatra u s - suċċessjoni tal- membri tiegħu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
128. Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali dwar il - kumpaniji, il - korp ta’ ġestjoni għandu …
|
Mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali dwar il - kumpaniji, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkollu għadd suffiċjenti ta’ membri u kompożizzjoni adegwata u għandu jinħatar għal perjodu adegwat. In- nomini għall - ħatra mill - ġdid għandhom isiru biss wara li jitqies ir - riżultat tal - valutazzjoni dwar il- prestazzjoni tal - membru li ġie osservat matul l - aħħar terminu.
|
|
129. Il- membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu adatti. Mingħajr preġudizzju għall - …
|
Il- membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu adatti. Mingħajr preġudizzju għall - membri li jkunu eletti minn u li jirrappreżentaw lill - impjegati, il - korp ta’ ġestjoni għandu jidentifika u jagħżel membri kkwalifikati u esperjenzati u jiżgura ppjanar tas - suċċessjoni adegwat għall - korp ta’ ġestjoni li huwa konsistenti mar - rekwiżiti legali kollha dwar il - kompożizzjoni, il - ħatra jew is - suċċessjoni tal - korp ta’ ġestjoni.
|
|
130. Mingħajr preġudizzju għad -drittijiet tal- azzjonisti li jaħtru l - membri, meta jirrekluta …
|
Mingħajr preġudizzju għad -drittijiet tal- azzjonisti li jaħtru l - membri, meta jirrekluta membri tal- korp ta’ ġestjoni, il - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu jew, fejn ikun stabbilit, il -kumitat tan- nomina, għandu jikkontribwixxi b’mod attiv għall - ħatra tal -kandidati għal pożizzjonijiet vakanti tal - korp ta’ ġestjoni f’kooperazz joni mar- riżorsi umani u għandu: - a. iħejji deskrizzjoni tar -rwoli ta’ kariga partikolari u l- kapaċitajiet għaliha;
- b. jivvaluta l- bilanċ adegwat tal - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza tal - korp ta’ ġestjoni;
- c. jivvaluta l-impenn tal- ħin mistenni; u
- d. iqis l-objettivi tal- politika ta’ diversità.
|
|
131. Id- deċiżjoni dwar ir - reklutaġġ għandha, fejn ikun possibbli, tqis lista mqassra li tinkludi …
|
Id- deċiżjoni dwar ir - reklutaġġ għandha, fejn ikun possibbli, tqis lista mqassra li tinkludi preselezzjoni tal - kandidati adatti li tqis l -objettivi tad- diversità stabbiliti fil -politika tad-diversità tal - istituzzjoni u r- rekwiżiti fit -Titolu V ta’ dawn il-Linji Gwida. Id- deċiżjoni għandha tqis il - fatt li korp ta’ ġestjoni aktar divers irawwem sfida kostruttiva u diskussjoni bbażata fuq fehmiet differenti. Madankollu, l - istituzzjonijiet ma għandhomx jirreklutaw membri t al-korp ta’ ġestjoni bl - għan waħdieni li jżidu d - diversità għad -detriment tal-funzjonament u l-idoneità tal- korp ta’ ġestjoni kollettivament, jew għad -detriment tal-idoneità tal-membri individwali tal- korp ta’ ġestjoni.
|
|
132. Qabel ma jieħu l - pożizzjoni l -membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkun konxju tal - …
|
Qabel ma jieħu l - pożizzjoni l -membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkun konxju tal - kultura, il- valuri, l - imġiba u l - istrateġija assoċjati ma’ dik l - istituzzjoni u mal - korp ta’ ġestjoni tagħha, fejn ikun possibbli.
|
|
133. Mingħajr preġudizzju għad -drittijiet tal- azzjonisti li jaħtru u jissostitwixxu lill-membri …
|
Mingħajr preġudizzju għad -drittijiet tal- azzjonisti li jaħtru u jissostitwixxu lill-membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni simultanjament, meta jistabbilixxi pjan ta’ suċċessjoni għall - membri tiegħu, il - korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura l -kontinwità tat- teħid tad - deċiżjonijiet u jipprevjeni, fejn ikun possibbli, li jiġu sostitwiti wisq membri simultanjament. L - ippjanar tas - suċċessjoni għandu jistabbilixxi l - pjanijiet, il -politiki u l- proċessi tal - istituzzjoni sabiex jiġu indirizzati assenzi jew tluq tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni li jkunu saru f’daqqa jew li ma jkunux mistennija, inkluż kwalunkwe arranġament interim rilevanti. L - ippjanar tas - suċċessjoni għandu jqis ukoll l -objettivi u l-miri ddefiniti fil- politika ta’ diversità tal - istituzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|