+17. Elementi komuni għall -valutazzjoni tal-idoneità individwali u kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni
---+134. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil - Linji Gwida, il - korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni …
---+135. B’deroga mill-paragrafu 134, il -valutazzjonijiet tal-idoneità individw ali u kollettivi …
---+136. Il-valutazzjonijiet tal- idoneità għandhom iqisu l- kwistjonijiet rilevanti u disponibbli …
---+137. Fejn il- membri jinħatru mil - laqgħa ġenerali tal - azzjonisti u meta l -valutazzjoni …
---+138. Fe jn, fil - każijiet debitament iġġustifikati msemmija fil -paragrafu 135, il - membri …
---+139. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - azzjonisti jkollhom aċċess sħiħ għal …
---+140. Meta xi membri jinħatru mill - korp ta’ ġestjoni, tali valutazzjonijiet għandhom isiru qabel …
---+141. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riżultati tal -valutazzjoni tal-idoneità tal-membru …
---+142. L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw ir - riżultati tal -valutazzjoni tal-idoneità …
---+143. L- istituzzjonijiet għandhom jittrażmettu lill -awtoritajiet kompetenti l- eżitu tal - …
---+144. L- istituzzjonijiet għandhom, fuq talba tal - awtoritajiet kompetenti, jipprovdu informazzjoni …
|
17. Elementi komuni għall -valutazzjoni tal-idoneità individwali u kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni
17. Elementi komuni għall -valutazzjoni tal-idoneità individwali u kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
134. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil - Linji Gwida, il - korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni …
|
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil - Linji Gwida, il - korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni superviżorja tiegħu jew, meta jkun stabbilit, il -kumitat tan- nomina, għandu jiżgura li l - valutazzjonijiet tal-idoneità individwali u kollettivi tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni jsiru qabel ma dawn jinħatru. Dawn jistgħu jikkomunikaw ma’ kumitati (pereżempju l -kumitat tar- riskju u tal- awditjar) u funzjonijiet interni oħrajn (pereżempju r - riżorsi umani, funzjonijiet legali jew ta’ kontroll). Il - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli mid - determinazzjoni tal-valutazzjonijiet finali tal-idoneità.
|
|
135. B’deroga mill-paragrafu 134, il -valutazzjonijiet tal-idoneità individw ali u kollettivi …
|
B’deroga mill-paragrafu 134, il -valutazzjonijiet tal-idoneità individw ali u kollettivi jistgħu jsiru wara li jinħatar membru f’xi wieħed mill - każijiet li ġejjin li għalih l - istituzzjoni pprovdiet ġustifikazzjoni kif xieraq: - a. azzjonisti, sidien jew membri tal - istituzzjoni jinnominaw u jaħtru membri tal -korp ta’ ġestjoni fil -la qgħa tal - azzjonisti jew ekwivalenti li ma ġewx proposti mill - istituzzjoni jew mill- korp ta’ ġestjoni, pereżempju sistema slate;
- b. valutazzjoni tal- idoneità kompluta qabel il - ħatra ta’ membru xxekkel il -funzjonament tajjeb tal- korp ta’ ġestjoni, inkluż bħala riżultat tas - sitwazzjonijiet li ġejjin:
- i. meta tinqala’ l - ħtieġa għal għarrieda u mhux mistennija li jiġu sostitwiti l - membri, pereżempju mewt ta’ membru; u
- ii. meta jitneħħa membru minħabba li ma jibqax adattat.
|
|
136. Il-valutazzjonijiet tal- idoneità għandhom iqisu l- kwistjonijiet rilevanti u disponibbli …
|
Il-valutazzjonijiet tal- idoneità għandhom iqisu l- kwistjonijiet rilevanti u disponibbli kollha għall -valutazzjonijiet. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riskji, inkluż ir - riskju għar - reputazzjoni, li jirriżultaw f’każ li tiġi identifikata kwalunkwe dgħufija li taffettwa l -idoneità individwali jew kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni.
|
|
137. Fejn il- membri jinħatru mil - laqgħa ġenerali tal - azzjonisti u meta l -valutazzjoni …
|
Fejn il- membri jinħatru mil - laqgħa ġenerali tal - azzjonisti u meta l -valutazzjoni tal-idoneità individwali u kollettiva tal- membri tkun saret qabel il - laqgħa ġenerali tal - azzjonisti, l - istituzzjonijiet għandhom jipp rovdu informazzjoni adegwata dwar ir- riżultati tal -valutazzjoni lill- azzjonisti qabel il - laqgħa. Fejn ikun xieraq, il - valutazzjoni għandha tinkludi diversi kompożizzjonijiet alternattivi tal - korp ta’ ġestjoni li jistgħu jiġu introdotti lill - azzjonisti.
|
|
138. Fe jn, fil - każijiet debitament iġġustifikati msemmija fil -paragrafu 135, il - membri …
|
Fe jn, fil - każijiet debitament iġġustifikati msemmija fil -paragrafu 135, il - membri jinħatru mill- azzjonisti qabel ma ssir il -valutazzjoni tal- idoneità, il - ħatra għandha tkun soġġetta għall - valutazzjoni pożittiva tal - idoneità tagħhom. F’dawn il - każijiet, l - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l-idoneità tal-membri u l- kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni malli jkun possibbli u mhux aktar tard minn xahar wara l - ħatra tal -membri. Jekk il- valutazzjoni sussegwenti mill - istituzzjoni wasslet biex membru jitqies li mhuwiex adatt għall - pożizzjoni tiegħu, il -membru u l- awtorità kompetenti għandhom ikunu infurmati mingħajr dewmien. L - istituzzjonijiet għandhom ukoll jinfurmaw lill - azzjonisti dwar il - valutazzjoni li tkun saret u l - ħtieġa li jinħatru membri differenti.
|
|
139. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - azzjonisti jkollhom aċċess sħiħ għal …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - azzjonisti jkollhom aċċess sħiħ għal informazzjoni rilevanti u prattika dwar l-obbligu li l-membri tal- korp ta’ ġestjoni u l - korp ta’ ġestjoni kollettivament għandhom ikunu adatti f’kull ħin. L - informazzjoni mogħtija li ll- azzjonisti dwar l-idoneità tal- korp ta’ ġestjoni u tal - membri tiegħu għandha tippermetti lill - azzjonisti jieħdu deċiżjonijiet infurmati u jindirizzaw kwalunkwe nuqqas fil - kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni jew tal- membri individwali tiegħu.
|
|
140. Meta xi membri jinħatru mill - korp ta’ ġestjoni, tali valutazzjonijiet għandhom isiru qabel …
|
Meta xi membri jinħatru mill - korp ta’ ġestjoni, tali valutazzjonijiet għandhom isiru qabel ma dawn iwettqu l - funzjoni tagħhom b’mod effettiv. Fil - każijiet debitament iġġustifikati msemmija fil -paragrafu 135, il -valutazzjoni tal- idoneità tista’ ssir wara l - ħatra tal -membru. Din għandha ssir malli jkun possibbli iżda mhux aktar tard minn xahar mid -data tal- ħatra.
|
|
141. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riżultati tal -valutazzjoni tal-idoneità tal-membru …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riżultati tal -valutazzjoni tal-idoneità tal-membru individwali tal- korp ta’ ġestjoni meta jivvalutaw l -idoneità kollettiva tal- korp ta’ ġestjoni u viċi versa. Id - dgħufijiet identifikati fil - kompożizzjoni globali tal - korp ta’ ġestjoni jew tal -kumitati tiegħu mhux bilfors għandhom iwasslu għall - konklużjoni li membru partikolari mhuwiex adatt.
|
|
142. L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw ir - riżultati tal -valutazzjoni tal-idoneità …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw ir - riżultati tal -valutazzjoni tal-idoneità tagħhom u b’mod partikolari kwalunkwe dgħufija identifikata bejn l - idoneità meħtieġa u l - idoneità individwali u kollettiva attwali tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni, u l -mi żuri li għandhom jittieħdu sabiex jingħelbu dawn in - nuqqasijiet.
|
|
143. L- istituzzjonijiet għandhom jittrażmettu lill -awtoritajiet kompetenti l- eżitu tal - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jittrażmettu lill -awtoritajiet kompetenti l- eżitu tal - valutazzjonijiet tal- idoneità għal membri ġodda tal - korp ta’ ġestjoni, inkluża l -valutazzjoni tal-istituzzjo ni tal- kompożizzjoni kollettiva tal - korp ta’ ġestjoni f’konformità mal - proċeduri speċifiċi msemmija fit - taqsima 23. Dan għandu jinkludi d -dokumentazzjoni u l-informazzjoni elenkati fl- Anness III22 .
22 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għall -abbozz tal- RTS skont l -Artikolu 7(4) tad -Direttiva 2014/65/UE u l -abbozz tal- ITS skont l -Artikolu 7(5) tad -Direttiva 2014/65/UE dwar l - informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl - awtorizzazzjoni: http://ec.europa.eu/finance/securities/docs/isd/mifid/rts/160714 - rts - authorisation_en.pdf u https://www.esma.europa.eu/sites/default/files/library/2015 - 1858_ - _final_report_ - _draft_implementing_technical_standards_under_mifid_ii.pdf . Ara wkoll id- Dokument ta’ Diskussjoni dwar l -abbozz tal- RTS dwar l -awtorizzazzjoni ppubblikat mill-EBA.
|
|
144. L- istituzzjonijiet għandhom, fuq talba tal - awtoritajiet kompetenti, jipprovdu informazzjoni …
|
L- istituzzjonijiet għandhom, fuq talba tal - awtoritajiet kompetenti, jipprovdu informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall -valutazzjoni tal-idoneità individwali jew kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni. F’każ ta’ ħatra mill - ġdid, din l -informazzjoni ti sta’ tkun limitata għal bidliet rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|