+8.3 Kwalità, ħlas u disponibbiltà tal -kapital
---+121. L- awtorità kompetenti għandha tivverifika l - adegwatezza tal - kapital iddeterminat skont it …
---+122. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l -kapital tal- istituzzjoni ta’ kreditu …
---+123. Il- porzjon tal -livell tal- kapital li għandu jitħallas kollu qabel l - għoti tal - …
---+124. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata …
---+125. Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, f’dawk il - ġurisdizzjonijiet fejn il - porzjon …
---+126. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu …
|
8.3 Kwalità, ħlas u disponibbiltà tal -kapital
8.3 Kwalità, ħlas u disponibbiltà tal -kapital
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
121. L- awtorità kompetenti għandha tivverifika l - adegwatezza tal - kapital iddeterminat skont it …
|
L- awtorità kompetenti għandha tivverifika l - adegwatezza tal - kapital iddeterminat skont it - taqsima 8.2 f’konformità mal- kwalità mitluba skont id - dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fit - Titolu I, Parti Tnejn u Tlieta tas - CRR. B’mod partikolari, skont l -Artikolu 12(2) tas - CRD, il -kapital inizjali huwa magħmul minn “wieħed jew iżjed mill - elementi imsemmija fl - Artikolu 26(1)(a) sa
|
|
122. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l -kapital tal- istituzzjoni ta’ kreditu …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l -kapital tal- istituzzjoni ta’ kreditu jkun separat mill - assi tas - sid u jkun disponibbli b’mod sħiħ, immedjat u mingħajr restrizzjonijiet għall - użu uniku tal - istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
123. Il- porzjon tal -livell tal- kapital li għandu jitħallas kollu qabel l - għoti tal - …
|
Il- porzjon tal -livell tal- kapital li għandu jitħallas kollu qabel l - għoti tal - awtorizzazzjoni huwa l - ogħla minn dawn li ġejjin: - a) il- porzjon tal - kapital iddeterminat skont it - taqsima 8.2 li huwa meħtieġ biex ikopri bis - sħiħ l- ewwel sena ta’ attività (jiġifieri l - fondi proprji meħtieġa biex ikopru konformità sħiħa mar - rekwiżiti prudenzjali matul u fl - aħħar tal - ewwel tnax - il xahar, filwaqt li jitqies it - telf mistenni għal dak il - perjodu ta’ żmien); jew
- b) il- kapital inizjali flimkien mat -telf tal- ewwel sena.
|
|
124. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata li l- porzjon tal - kapital imħallas kollu kemm hu skont l - ittri a) jew b) hawn fuq huwa effettivament imħallas kollu, huwa ta’ oriġini leġittima u huwa rreġistrat fir - rekords tal - impriża qabel l - għoti tal - awtorizzazzjoni. Sabiex jiġi vvalutat is - sors leġittimu tal -fondi24 , l-awtoritajiet k ompetenti għandhom japplikaw il - kriterji stabbiliti fil -paragrafi 14.5 u 14.6 tal- Linji Gwida Konġunti tal -ASE dwar il- valutazzjoni prudenzjali tal - akkwiżizzjoni proposta ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti25 , relatati mal- attività li ġġenerat il -fondi u l- mezzi li bihom ġew trasferiti, filwaqt li jitqies jekk dawn jistgħux iwasslu għal riskju akbar ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu.
24 “Sors tal - fondi” tfisser l - oriġini tal - fondi involuti f’relazzjoni ta’ negozju jew tranżazzjoni okkażjonali. Dan jinkludi kemm l- attività li ġġenerat il - fondi użati fir - relazzjoni tan - negozju, pereżempju s - salarju tal -klijent, kif ukoll il-me zzi li permezz tagħhom ġew trasferiti l -fondi tal-klijent. Il- fondi jistgħu jiġu wkoll minn “sors ta’ ġid”, jiġifieri l - oriġini tal - ġid totali tal - klijent, pereżempju l -wirt jew it-tfaddil, ara l-paragrafu 12, l-ittri (n) u (o) tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fattur tar - Riskju ta’ ML/TF, EBA/GL/2021/02 tat - 1 ta’ Marzu 2021, disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/anti-money-laundering-and-e- money/revised - guidelines -on-ml-tf- risk - factors 25 JC/GL/2016/01 tal - 20 ta’ Diċembru 2016 dwar il - valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwiżizzjonijiet u żidiet ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fis - settur finanzjarju, disponibbli fuq: https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/other - topics/joint - guidelines -for- the -prudential- assessment -of- acquisitions -of- qualifying - holdings
|
|
125. Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, f’dawk il - ġurisdizzjonijiet fejn il - porzjon …
|
Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, f’dawk il - ġurisdizzjonijiet fejn il - porzjon tal -kapital indikat fl-ittri a) jew b) tal-paragrafu 123 jrid jitħallas qabel ma jinbdew l - attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu, minflok qabel ma tingħata l - awtorizzazzjoni, l -awtoritajiet kompetenti, għall -fini tal- għoti tal - awtorizzazzjoni, għandhom jirrieżaminaw bir - reqqa l -pjan u l- iskadenza għall - implimentazzjoni ppreżentati mill - applikant skont l -Artikolu 6(2) tal-RTS dwar l-informazzjoni għall -awtorizzazzjoni26 sabiex jiġi żgurat li tali ammont kapitali jitħallas bis - sħiħ qabel ma jinbdew l - attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu u jkun ta’ oriġini leġittima. L- awtorità kompetenti għandha tinkludi kundizzjoni espressa fl - awtorizzazzjoni, li tissospendi l - effetti tal- awtorizzazzjoni tal - inqas sakemm isir il - ħlas attwali tal - porzjonijiet tal -kapital identifikati fiha.
26 “Fejn il - kapital inizjali ma jkunx tħallas kollu fiż - żmien tas - sottomissjoni tal - applikazzjoni lill -awtorità kompetenti, l-applikazzjoni għandha tistabbilixxi l - pjan previst u l - iskadenza għall - implimentazzjoni biex jiġi żgurat li l - kapital inizjali jitħallas kollu qabel l - awtorizzazzjoni biex tinbeda l -attività tal- istituzzjonijiet ta’ kreditu”.
|
|
126. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti għandha pjan ta’ implimentazzjoni tal - kapital fis - seħħ li jindirizza l -ammont pendenti ta’ kapital determinat skont it - taqsima 8.2 , li ma jkunx tħallas fiż - żmien tal - awtorizzazzjoni skont il - paragrafi 123 u 124 li jkun maħsub biex ikopri l -attivitajiet tat-tieni u t- tielet sena. Tali pjan ta’ implimentazzjoni tal - kapital għandu jindika t - tip ta’ sorsi ta’ finanzjament u ż - żmien tal - injezzjonijiet ta’ kapital sabiex jiġi evitat nuqqas potenzjali li jintlaħqu l -objettivi tan- negozju u tiġrib potenzjali ta’ telf li jaffettwa l -konformità mar- rekwiżiti minimi ta’ kapital mill - istituzzjoni ta’ kreditu. It- tip ta’ sorsi ta’ finanzjament – bħar - riżorsi finanzjarji privati tal - azzjonisti, l - istrumenti finanzjarji maħruġa jew li għandhom jinħarġu fis - swieq finanzjarji u kwalunkwe ftehim u kuntratt konklużi fir -rigward tal-fondi proprji – għandhom jiġu rieżaminati bir - reqqa bil- għan li jiġi żgurat li huma ta’ oriġini leġittima u, abbażi tat -termini u l- kundizzjonijiet tagħhom, ser ikunu disponibbli minnufih.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|