+124. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata …

124. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw u jirrieżaminaw permezz ta’ evidenza adegwata li l- porzjon tal - kapital imħallas kollu kemm hu skont l - ittri a) jew b) hawn fuq huwa effettivament imħallas kollu, huwa ta’ oriġini leġittima u huwa rreġistrat fir - rekords tal - impriża qabel l - għoti tal - awtorizzazzjoni. Sabiex jiġi vvalutat is - sors leġittimu tal -fondi24 , l-awtoritajiet k ompetenti għandhom japplikaw il - kriterji stabbiliti fil -paragrafi 14.5 u 14.6 tal- Linji Gwida Konġunti tal -ASE dwar il- valutazzjoni prudenzjali tal - akkwiżizzjoni proposta ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti25 , relatati mal- attività li ġġenerat il -fondi u l- mezzi li bihom ġew trasferiti, filwaqt li jitqies jekk dawn jistgħux iwasslu għal riskju akbar ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu.


24 “Sors tal - fondi” tfisser l - oriġini tal - fondi involuti f’relazzjoni ta’ negozju jew tranżazzjoni okkażjonali. Dan jinkludi kemm l- attività li ġġenerat il - fondi użati fir - relazzjoni tan - negozju, pereżempju s - salarju tal -klijent, kif ukoll il-me zzi li permezz tagħhom ġew trasferiti l -fondi tal-klijent. Il- fondi jistgħu jiġu wkoll minn “sors ta’ ġid”, jiġifieri l - oriġini tal - ġid totali tal - klijent, pereżempju l -wirt jew it-tfaddil, ara l-paragrafu 12, l-ittri (n) u (o) tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il- Fattur tar - Riskju ta’ ML/TF, EBA/GL/2021/02 tat - 1 ta’ Marzu 2021, disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/anti-money-laundering-and-e- money/revised - guidelines -on-ml-tf- risk - factors

25 JC/GL/2016/01 tal - 20 ta’ Diċembru 2016 dwar il - valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwiżizzjonijiet u żidiet ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fis - settur finanzjarju, disponibbli fuq: https://eba.europa.eu/regulation -and-policy/other - topics/joint - guidelines -for- the -prudential- assessment -of- acquisitions -of- qualifying - holdings

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/