+5. Il- proċess ta’ identifikazzjoni
---+92. Hija r-responsabbiltà tad-ditti ta’ investiment li jidentifikaw il-membri tal-persunal li …
---+93. L- awtovalutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il -kriterji kwalitattivi u kwantitattivi …
---+94. Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi bbażati fuq remunerazzjoni tal -membri tal-persunal …
---+95. Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi definiti f’EUR, id - ditti ta’ investiment li jagħtu …
---+96. L- awtovalutazzjoni għandha tkun ċara, konsistenti, dokumentata kif suppost u aġġornata …
---+97. L- informazzjoni li ġejja għandha tal - inqas tkun inkluża fid -dokumentazzjoni …
---+98. Id- ditti ta’ investiment għandhom iżommu rekords tal - proċess ta’ identifikazzjoni u tar - …
---+99. Id-dokumentazzjoni tal- awtovalutazzjoni għandha tal - inqas tinkludi n -numru tal-persunal …
---+100. Id- dokumentazzjoni għandha tinkludi wkoll membri tal - persunal li ġew identifikati skont il …

5. Il- proċess ta’ identifikazzjoni

5. Il- proċess ta’ identifikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
92. Hija r-responsabbiltà tad-ditti ta’ investiment li jidentifikaw il-membri tal-persunal li …

Hija r-responsabbiltà tad-ditti ta’ investiment li jidentifikaw il-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew l- assi li tiġġestixxi (persunal identifikat). Id - ditti ta’ investiment kollha għandhom iwettqu awtovalutazzjoni kull sena sabiex jidentifikaw il -persunal kollu li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom jew jista’ jkollhom impatt materajli fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment u l- assi taħt il - ġestjoni tagħha. Il - proċess ta’ identifikazzjoni għandu jkun parti mill-politika ta’ remunerazzjoni globali tad-ditta ta’ investiment. EBA Public

93. L- awtovalutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il -kriterji kwalitattivi u kwantitattivi …

L- awtovalutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il -kriterji kwalitattivi u kwantitattivi stabbiliti fl-RTS dwar il- persunal identifikat u fejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l -identifikazzjoni kompluta tal-persunal kollu li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment jew tal- assi taħt il - ġestjoni tagħha, il -kriterji addizzjonali stabbiliti mid-ditta ta’ investiment li jirriflettu l-livelli ta’ riskju ta’ attivitajiet differenti fl-istituzzjoni u l-impatt tal-membri tal- persunal fuq il -profil tar-riskju.

94. Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi bbażati fuq remunerazzjoni tal -membri tal-persunal …

Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi bbażati fuq remunerazzjoni tal -membri tal-persunal, għandhom jitqiesu r - remunerazzjoni fissa mogħtija għas - sena finanzjarja preċedenti u r - remunerazzjoni varjabbli mogħtija lill - persunal fi jew għas - sena finanzjarja preċedenti. Ir - remunerazzjoni varjabbli mogħtija fis - sena finanzjarja preċedenti hija r -remunerazzjoni varjabbli mogħtija fis - sena finanzjarja preċedenti b’referenza għall - prestazzjoni preċedenti. Id - ditti ta’ investim ent għandhom jiddefinixxu l -metodu applikabbli fil-politika ta’ remunerazzjoni tagħhom. Meta jiġu applikati l - kriterji kwantitattivi bbażati fuq ir -remunerazzjoni tal-persunal, id- ditti ta’ investiment għandhom iqisu l -komponenti tar-remunerazzjoni fissi u varjabbli monetarji u mhux monetarji kollha mogħtija għas -servizzi professjonali. Pakketti ta’ remunerazzjoni ta’ rutina li mhumiex kontabilizzati fuq livell individwali għandhom jiġu kkunsidrati skont is- somma globali maqsuma skont il - kriterji oġġettivi għall -membru tal-persunal individwali.

95. Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi definiti f’EUR, id - ditti ta’ investiment li jagħtu …

Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi definiti f’EUR, id - ditti ta’ investiment li jagħtu r - remunerazzjoni f’munita oħra li mhijiex l - ewro għandhom jikkonvertu l -limiti applikabbli jew permezz ta’ rata tal-kambju interna li tintuża għal konsolidazzjoni tal -kontijiet jew ir-rata tal-kambju li tintuża mill - Kummissjoni għall -ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għax - xahar meta r - remunerazzjoni ġiet mogħtija jew ir -rata tal- kambju għall - aħħar xahar tas -sena finanzjarja tad-ditta ta’ investiment . Id- ditta ta’ investiment għandha tiddokumenta l - metodu applikabbli biex tistabbilixxi r -rata tal-kambju fil- politika ta’ remunerazzjoni tagħha.

96. L- awtovalutazzjoni għandha tkun ċara, konsistenti, dokumentata kif suppost u aġġornata …

L- awtovalutazzjoni għandha tkun ċara, konsistenti, dokumentata kif suppost u aġġornata perjodikament matul is- sena għall - inqas fir -rigward tal-kriterji kwalitattivi skont l-RTS dwar il-persunal identifikat u fejn xieraq, b’żieda fuq il - bażi tal -kriterji tad-ditta ta’ investiment. Id-ditti ta’ investiment għandhom jiżguraw li l -persunal li j aqa’ jew li aktarx jaqa’ taħt il -kriterji fl-Artikolu 3 tal-RTS dwar il- persunal identifikat għal perjodu ta’ mill - inqas tliet xhur f’sena finanzjarja jkun indirizzat bħala persunal identifikat.

97. L- informazzjoni li ġejja għandha tal - inqas tkun inkluża fid -dokumentazzjoni …

L- informazzjoni li ġejja għandha tal - inqas tkun inkluża fid -dokumentazzjoni tal-awtovalutazzjoni li ssir rigward l-identifikazzjoni tal- persunal:

  • a. il- loġika wara l -awtovalutazzjoni u l- kamp ta’ applikazzjoni tagħha;
  • b. l- approċċ użat sabiex jiġu vvalutati r - riskji li joħorġu mill - istrateġija tan -negozju u l-attivitajiet tad- ditta ta’ investiment, inkluż f’postijiet ġeografiċi differenti;
  • c. kif inhuma vvalutati persuni li jaħdmu fid - ditti ta’ investiment u f’entitajiet oħrajn fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni, is-sussidjarji u l- fergħat, inklużi dawk li jinsabu f’pajjiżi terzi; EBA Public
  • d. ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-korpi korporattivi u l-funzjonijiet interni differenti involuti fit-tfassil, is-sorveljanza, ir- rieżami u l -applikazzjoni tal- proċess ta’ awtovalutazzjoni; u
  • e. l- eżitu tal-identifikazzjoni.
98. Id- ditti ta’ investiment għandhom iżommu rekords tal - proċess ta’ identifikazzjoni u tar - …

Id- ditti ta’ investiment għandhom iżommu rekords tal - proċess ta’ identifikazzjoni u tar - riżultati tiegħu u għandhom ikunu kapaċi juru lill - awtorità superviżorja kompetenti tagħhom kif il - persunal ġie identifikat skont il -kriterji kwalitattivi u kwantitattivi previsti fl-RTS dwar persunal identifikat u kwalunkwe kriterju addizzjonali użat mid -ditti ta’ investiment

99. Id-dokumentazzjoni tal- awtovalutazzjoni għandha tal - inqas tinkludi n -numru tal-persunal …

Id-dokumentazzjoni tal- awtovalutazzjoni għandha tal - inqas tinkludi n -numru tal-persunal identifikat inkluż in -numru ta’ pers unal identifikat għall -ewwel darba, ir-responsabbilatjiet u l-attivitajiet tal-impjieg, l- ismijiet jew identifikatur uniku ieħor u l -allokazzjoni fid-ditta ta’ investiment tal- persunal identifikat għall - oqsma tan - negozju u tqabbil mar - riżultati tal - awtovalutazzjoni tas- sena preċedenti.

100. Id- dokumentazzjoni għandha tinkludi wkoll membri tal - persunal li ġew identifikati skont il …

Id- dokumentazzjoni għandha tinkludi wkoll membri tal - persunal li ġew identifikati skont il - kriterji kwantitattivi, iżda li l - attivitajiet professjonali tagħhom huma vvalutati bħala li m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment jew l- assi taħt il - ġestjoni tagħha, f’konformità mal -RTS dwar il-persunal identifikat. Id-ditti ta’ investiment għandhom iżommu d - dokumentazzjoni għal perjodu ta’ żmien xieraq sabiex jippermettu li jsir ir- rieżami mil l-awtoritajiet kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/