+8.4 Bonusijiet ta’ żamma
---+136. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu jistgħu jissostanzjaw l - interess leġittimu tagħhom …
---+137. Bħala prinċipju ġenera li, id- ditti ta’ investiment m’għandhomx jagħtu bonusijiet ta’ żamma …
---+138. Bonus għaż - żamma għandu jkun f’konformità mar - rekwiżiti biex tinżamm bażi kapitali soda …
---+139. Meta jevalwaw u jqisu jekk l - għoti ta’ bonus ta’ żamma lil persunal identifikat huwiex …
---+140. Bonus ta’ żamma għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet speċifiċi li huma differenti mill - …
---+141. Bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx jingħataw sabiex jikkumpensaw biss għal remunerazzjoni …
---+142. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu l - perjodu ta’ żamma bħala l - punt fiż - …
---+143. Bonusijiet ta’ żamma huma remunerazzjoni varjabbli u għaldaqstant jekk jingħataw lill - …
---+144. Indipendentement mill-fatt li l- bonus ta’ żamma jingħata biss wara t -tmiem tal-perjodu ta’ …

8.4 Bonusijiet ta’ żamma

8.4 Bonusijiet ta’ żamma

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
136. Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu jistgħu jissostanzjaw l - interess leġittimu tagħhom …

Id- ditti ta’ investiment għandhom ikunu jistgħu jissostanzjaw l - interess leġittimu tagħhom fl - għoti tal - bonusijiet ta’ żamma sabiex iżommu membru tal -persunal identifikat. Pereżempju, il - bonusijiet ta’ żamma jistgħu jintużaw f’ristrutturazzjonijiet, fi stralċ, wara bidla tal -kontroll jew biex jiżguraw it - tlestija ta’ proġetti kbar fi ħdan ditta ta’ investiment. Id -ditti ta’ investiment għandhom jiddokumentaw l -avveniment jew il- ġustifikazzjoni li wasslu għall - ħtieġa li jingħata bonus ta’ żamma u l - perjodu ta’ żmien, inkluż id -data tal-bidu u t- tmiem, li għalih huwa preżunt li teżisti raġuni. Id - ditti ta’ investiment għandhom jiddefinixxu l - kundizzjonijiet taż - żam ma u l-kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni applikabbli. Id- ditti ta’ investiment għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żamma u data jew avveniment li warajh jiġi stabbilit jekk il -kundizzjonijiet ta’ żamma u l - prestazzjoni ġewx issodisfati.

137. Bħala prinċipju ġenera li, id- ditti ta’ investiment m’għandhomx jagħtu bonusijiet ta’ żamma …

Bħala prinċipju ġenera li, id- ditti ta’ investiment m’għandhomx jagħtu bonusijiet ta’ żamma multipli lil membru tal- persunal; f’każijiet ta’ eċċezzjoni u ġġustifikati b’mod korrett, jista’ jitħallas aktar minn bonus ta’ żamma wieħed lil membru tal - persunal, iżda fi żminijiet dif ferenti u skont il- kundizzjonijiet speċifikati f’din it - taqsima fir - rigward ta’ kull bonus ta’ żamma. Il - bonusijiet ta’ żamma għandhom jingħataw biss wara li l - kundizzjonijiet ta’ żamma u l - kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni applikabbli jiġi ssodisfati. Barra minn hekk, il - bonus ta’ żamma għandu jingħata biss jekk m’hemm l - ebda raġuni li twassal għal sitwazzjoni fejn il -bonus ta’ żamma m’għandux jingħata, eż. ksur ta’ konformità tal - materjal, imġiba ħażina jew nuqqasijiet oħrajn ta’ dak il -membru tal-persunal.

138. Bonus għaż - żamma għandu jkun f’konformità mar - rekwiżiti biex tinżamm bażi kapitali soda …

Bonus għaż - żamma għandu jkun f’konformità mar - rekwiżiti biex tinżamm bażi kapitali soda skont l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2034/2019 u s- setgħat superviżorji rispettivi skont l-Artikolu 39(2)(g) tad-Direttiva (UE) 2034/2019 li j istgħu jwasslu għal sitwazzjoni fejn jista’ jkun meħtieġ il - bonus taż - żamma għandu jitnaqqas, possibbilment anke għal żero.

139. Meta jevalwaw u jqisu jekk l - għoti ta’ bonus ta’ żamma lil persunal identifikat huwiex …

Meta jevalwaw u jqisu jekk l - għoti ta’ bonus ta’ żamma lil persunal identifikat huwiex xieraq, id-ditti ta’ investiment u l-awtorita jiet kompetenti jistgħu jqisu tal - inqas dawn li ġejjin:

  • a. it- tħassib li jwassal għar - riskju li ċertu persunal jista’ jagħżel li jitlaq mid -ditta ta’ investiment;
  • b. ir- raġunijiet għaliex iż - żamma ta’ dawk il -membri tal- persunal hija kruċjali għad -ditta ta’ investiment; EBA Public
  • c. il-konsegwenza jekk il-membru tal- persunal ikkonċernat jitlaq mid -ditta ta’ investiment;
  • d. jekk l-ammont tal- bonus ta’ żamma mogħti huwiex neċessarju u proporzjonat biex jinżamm il -membru tal-persunal fil-mira.
140. Bonus ta’ żamma għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet speċifiċi li huma differenti mill - …

Bonus ta’ żamma għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet speċifiċi li huma differenti mill - kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni applikati lil partijiet oħrajn tar -remunerazzjoni varjabbli u jinkludu kundizzjoni ta’ żamma u kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni speċifiċi. Il -kundizzjonijiet speċifiċi għal bonus ta’ żamma għandhom iwasslu għall - iskop ta’ żamma (jiġifieri, iż - żamma ta’ persunal fid- ditta ta’ investiment għal perjodu ta’ żmien predefinit jew sa eventwalità partikolari). Il- kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni speċifiċi għandhom jinkludu kundizzj onijiet li huma relatati mal - interess leġittimu li għalih il -membru tal- persunal għandu jinżamm, l - imġiba tal-persunal u jkunu kompatibbli mad- dispożizzjonijiet fil -paragarafu 139. Il-bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx iwasslu għal sitwazzjoni fejn ir -remunerazzjoni varjabbli totali, li tikkonsisti f’remunerazzjoni varjabbli relatata mal-prestazzjoni u mal- bonus ta’ żamma, tal - membru tal- persunal ma tibqax marbuta mal -prestazzjoni tal-individwu, mal-unità tan-negozju kkonċernata u mar - riżultati ġenerali tad -d itta ta’ investiment kif meħtieġ skont l - Artikoli 30(j)(ii) u 32(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2034/2019.

141. Bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx jingħataw sabiex jikkumpensaw biss għal remunerazzjoni …

Bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx jingħataw sabiex jikkumpensaw biss għal remunerazzjoni relatata mal- prestazzjoni mhux imħallsa minħabba prestazzjoni insuffiċjenti jew minħabba s - sitwazzjoni finanzjarja tad-ditta ta’ investiment.

142. Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu l - perjodu ta’ żamma bħala l - punt fiż - …

Id- ditti ta’ investiment għandhom jistabbilixxu l - perjodu ta’ żamma bħala l - punt fiż - żmien tal - avveniment jew bħala l -perjodu bejn id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-avveniment meta għandha tiġi ssodisfata l - kundizzjoni ta’ żamma. Il - bonusijiet ta’ żamma għandhom jingħataw wara li jintemm il- perjodu ta’ żamma. Matul il - perjodu ta’ żamma ma għandu jsir l -ebda premju pro rata.

143. Bonusijiet ta’ żamma huma remunerazzjoni varjabbli u għaldaqstant jekk jingħataw lill - …

Bonusijiet ta’ żamma huma remunerazzjoni varjabbli u għaldaqstant jekk jingħataw lill - persunal identifikat, għandhom ikunu konformi mar - rekwiżiti dwar ir -remunerazzjoni varjabbli skont l-Artikolu 32 tal- IFD, inkluż il -proporzjon massimu bejn ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa, l- allinjament għar - riskju ex po st, il- ħlas fi strumenti, differiment, żamma, malus u rkupru.

144. Indipendentement mill-fatt li l- bonus ta’ żamma jingħata biss wara t -tmiem tal-perjodu ta’ …

Indipendentement mill-fatt li l- bonus ta’ żamma jingħata biss wara t -tmiem tal-perjodu ta’ żamma, il - bonus ta’ żamma għandu jitqies fil -kalkolu tal-proporzjon bejn il-parti tar-remunerazzjoni va rjabbli u fissa skont wieħed mill - metodi speċifikati hawn taħt:

  • a. il- bonus ta’ żamma jinqasam f’ammonti annwali għal kull sena tal - perjodu ta’ żamma kkalkulat fuq bażi pro rata lineari. Meta t - tul eżatt tal - perjodu ta’ żamma ma jkunx magħruf minn qabel, id -d itta ta’ investiment għandha tistabbilixxi u tiddokumenta kif xieraq perjodu b’kunsiderazzjoni tas -sitwazzjoni u l- miżuri meħudin li jiġġustifikaw il - ħlas tal- bonus ta’ żamma. Il -kalkolu tal- proporzjon għandu jkun ibbażat fuq il -perjodu stabbilit, jew EBA Public
  • b. l-am mont sħiħ tal - bonus ta’ żamma jiġi kkunsidrat fis - sena meta tiġi ssodisfata l - kundizzjoni ta’ żamma.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/