+Kamp ta’ applikazzjoni
---+8. Dawn il-linji gwida japplikaw fir-rigward tal- arranġamenti ta’ governanza tad -ditti …
---+9. Dawn il- linji gwida japplikaw fuq bażi individwali u konsolidata fil -kamp ta’ applikazzjoni …
---+10. Il-linji gwid a huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux …
---+11. It- termini “korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp maniġerjali fil …
---+12. Fi Stati Membri fejn il- korp maniġerjali jiddelega parti mill - funzjonijiet eżekuttivi, jew …
---+13. Fi Stati Membri fejn ċerti responsabbiltajiet jiġu eżerċitati direttament minn azzjonisti …
---+14. Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ uffiċjal kap finanzjar ju (CFO) u ta’ detentur ta’ funzjoni …

Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
8. Dawn il-linji gwida japplikaw fir-rigward tal- arranġamenti ta’ governanza tad -ditti …

Dawn il-linji gwida japplikaw fir-rigward tal- arranġamenti ta’ governanza tad -ditti tal-investiment kif meħtieġ skont id - Direttiva (UE) 2019/2034, inkluż l -istruttura organizzazzjonali tagħhom u l -linji ta’ responsabbiltà korrispondenti, kif ukoll il- proċessi għall -identifikazzjoni, għall - ġestjoni, għall - monitoraġġ u għar -rapportar tar-riskji kollha3 l i huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, u għall - qafas ta’ kontroll intern.


3 Kwalunkwe referenza għar -riskji f’dawn il- linji gwida għandha tinkludi r - riskji kollha li għalihom id -ditti tal-investiment huma jew jistgħu jkunu esposti, inklużi r - riskji għall -klijenti, ir- riskji għas - suq, ir - riskji għad -ditta tal-investiment u r-riskji tal-likwidità, ir- riskji operattivi inklużi r -riskji legali u tal-IT u r- riskji għar -reputazzjoni, ir-riskji tal-ESG u r- riskji ta’ ħasil tal - flus u ta’ finanzjament tat- terroriżmu.

9. Dawn il- linji gwida japplikaw fuq bażi individwali u konsolidata fil -kamp ta’ applikazzjoni …

Dawn il- linji gwida japplikaw fuq bażi individwali u konsolidata fil -kamp ta’ applikazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

10. Il-linji gwid a huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux …

Il-linji gwid a huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux struttura partikolari. Il-linji gwida ma jinterferixxux mal- allokazzjoni ġenerali tal -kompetenzi f’konformità mad- dritt soċjetarju nazzjonali. Għaldaqstant, għandhom jiġu applika ti irrispettivament mill-istruttura tal- bord użata (struttura unitarja u/jew ta’ bord fuq żewġ binarji u/jew struttura oħra) fost l -Istati Membri kollha. Il- korp maniġerjali, kif definit fil - Punti (23) u (24) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, għandu jinftiehem bħala li għandu funzjonijiet maniġerjali (eżekuttivi) u superviżorji (mhux eżekuttivi)4 .


4 Ara wkoll il-premessa 27 tad-Direttiva 2019/2034/UE

11. It- termini “korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp maniġerjali fil …

It- termini “korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp maniġerjali fil -funzjoni superviżorja tiegħu” li jintużaw matul dawn il- linji gwida ma jirreferux għal xi struttura ta’ governanza speċifika u r- referenzi għall - funzjoni maniġerjali (eżekuttiva) jew superviżorja (mhux eżekuttiva) għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw għall - korpi jew għall -membri tal-korp maniġerjali respon sabbli minn dik il-funzjoni f’konformità mal- liġi nazzjonali. Meta jimplimentaw dawn il-linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu d - dritt soċjetarju nazzjonali tagħhom u, fejn meħtieġ, jispeċifikaw għal liema korp jew membri tal -korp maniġerjali għandhom japplikaw dawk il -funzjonijiet.

12. Fi Stati Membri fejn il- korp maniġerjali jiddelega parti mill - funzjonijiet eżekuttivi, jew …

Fi Stati Membri fejn il- korp maniġerjali jiddelega parti mill - funzjonijiet eżekuttivi, jew il - funzjonijiet eżekuttivi kollha lil persuna jew lil korp eżekuttiv intern (eż. uffiċjal kap eżekuttiv (CEO), tim maniġerjali jew kumitat eżekuttiv), il - persuni li jwettqu dawn il -funzjonijiet eżekuttivi u jmexxu n -negozju tal- istituzzjoni abbażi ta’ dik id - delega għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu l- funzjoni maniġerjali tal - korp maniġerjali. Għall -finijiet ta’ dawn il-linji gwida, kwalunkwe referenza għall - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandha tinftiehem li tinkludi wkoll il-membri tal- korp eżekuttiv jew is -CEO, kif definit f’dawn il-linji gwida, anke jekk ma jkunux ġew proposti jew maħtura bħala membri f ormali tal-korp jew tal-korpi governattiv/i tad-ditta tal-investiment skont il- liġi nazzjonali.

13. Fi Stati Membri fejn ċerti responsabbiltajiet jiġu eżerċitati direttament minn azzjonisti …

Fi Stati Membri fejn ċerti responsabbiltajiet jiġu eżerċitati direttament minn azzjonisti, membri jew sidien tal-ditta tal-investiment minflok mill- korp maniġer jali, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li, kemm jista’ jkun, dawn ir -responsabbiltajiet u d- deċiżjonijiet relatati jkunu konformi ma’ dawn il- linji gwida applikabbli għall - korp maniġerjali.

14. Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ uffiċjal kap finanzjar ju (CFO) u ta’ detentur ta’ funzjoni …

Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ uffiċjal kap finanzjar ju (CFO) u ta’ detentur ta’ funzjoni ewlenija użati f’dawn il - linji gwida huma purament funzjonali u mhumiex maħsuba biex jimponu l - ħatra ta’ dawk l- uffiċjali jew il - ħolqien ta’ dawn il - pożizzjonijiet sakemm ma jkunx preskritt bil - liġi nazzjonali jew bid-dritt tal-UE rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/