+22. Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli …

22. Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli …

Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli mill - AML/CFT għandu jiżgura li l - korp maniġerjali kollu, jew il - maniġment superjuri fejn ma jkun fis - seħħ l - ebda korp maniġerjali, ikunu konxji tal - impatt tar - riskji tal - ML/TF fuq il - profil tar - riskju tagħhom man - negozju kollu. Ir - responsabbiltajiet tal - membru tal - korp maniġerjali, jew tal - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli mill - AML/CFT, fid - dawl tat - twettiq tal - kompitu tiegħu kif imsemmi fl - Artikolu 46(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849, u b’mod partikolari fir - rigward tal - implimentazzjoni ta’ politiki, kontrolli u proċeduri biex jiġu mmitigati u ġestiti b’mod effettiv ir - riskji tal - ML/TF kif imsemmi fl - Artikolu 8 ta’ dik id - Direttiva, għandu jinkludu mill - inqas:

  • a) l - iżgurar li l - politiki, il - proċeduri u l - miżuri ta’ kontroll intern tal - AML/CFT ikunu adegwati u proporzjonati, filwaqt li jitqiesu l - karatteristiċi tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u r - riskji tal - ML/TF li għalihom tkun esposta;
  • b) it- twettiq mal - korp maniġerjali tal - valutazzjoni ta’ jekk ikunx xieraq li jinħatar uffiċjal ta’ konformità tal - AML/CFT separat fil - livell ta’ ġestjoni, kif imsemmi fit - taqsima 4.2.2.;
  • c) l - appoġġ lill - korp maniġerjali fil - valutazzjoni tal - ħtieġa għal unità ddedikata tal - AML/CFT biex tassisti lill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT fit - twettiq tal - funzjonijiet tiegħu, filwaqt li jitqiesu l - iskala u l - kumplessità tal - operazzjonijiet tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u l - iskopertura għar - riskji tal - ML/TF. Il - persunal f’din l - unità għandu jkollu l - kompetenza esperta, il - ħiliet u l - għarfien meħtieġa biex jassisti lill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT, li għandu jkun involut fil - proċess ta’ reklutaġġ;
  • d) l - iżgurar li jkun hemm rapportar perjodiku lill - korp maniġerjali dwar l - attivitajiet imwettqa mill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT u li l - korp maniġerjali jiġi pprovdut b’informazzjoni u data komprensivi u f’waqthom biżżejjed dwar ir - riskji tal - ML/TF u l - konformità tal - AML/CFT, li huwa meħtieġ biex il - korp maniġerjali jkun jista’ jwettaq ir - rwol u l - funzjonijiet fdati lilu. Tali informazzjoni għandha tkopri wkoll l - impenji tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja mal - awtorità nazzjonali kompetenti u l - komunikazzjonijiet mal - FIU, mingħajr preġudizzju għall - kunfidenzjalità tal - STRs, u kwalunkwe sejba relatata mal - ML/TF tal - awtorità kompetenti kontra l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja inklużi miżuri jew sanzjonijiet imposti;
  • e) l - infurmar tal - korp maniġerjali dwar kwalunkwe kwistjoni u ksur serju jew sinifikanti tal - AML/CFT u tirrakkomanda azzjonijiet biex jiġu rrimedjati;
  • f) l - iżgurar li l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT (i) ikollu aċċess dirett għall - informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq il - kompiti tiegħu/tagħha, (ii) ikollu biżżejjed riżorsi umani u tekniċi u għodod biex ikun jista’ jwettaq b’mod adegwat il - kompiti assenjati lilu, u (iii) huwa infurmat sew bl - inċidenti u n - nuqqasijiet relatati mal - AML/CFT identifikati mis - sistemi ta’ kontroll intern u mill - awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fil - każ ta’ gruppi, minn awtoritajiet superviżorji barranin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/