+4.1 Ir - rwol u r - responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali fil - qafas tal - AML/CFT u tal - maniġer superjuri responsabbli mill -AML/CFT
---+11. Il - korp maniġerjali jeħtieġ li jkun responsabbli mil - approvazzjoni tal - istrateġija …
---+12. Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli mis - …
---+13. Minbarra d - dispożizzjonijiet stabbiliti fil - linji gwida tal - ESA dwar il - governanza …
---+14. Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jiżgura li l - membru tal - …
---+15. Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollu aċċess għal u jqis id - …
---+16. Fir - rigward tal - politiki, il - kontrolli u l - proċeduri interni msemmija fl - Artikoli …
---+17. il - membru tal - korp maniġerjali li għandu jiġi identifikat f’konformità mal - Artikolu 46(4) …
---+18. Il - membru tal - korp maniġerjali msemmi fl - Artikolu 46(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849 …
---+19. Meta ma jkun hemm l - ebda korp maniġerjali fis - seħħ, l - istituzzjoni ta’ kreditu jew …
---+20. Il - maniġer superjuri msemmi fil - paragrafu 19 għandu jkollu biżżejjed għarfien, ħiliet u …
---+21. Mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltà ġenerali u kollettiva tal - korp maniġerjali, meta …
---+22. Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli …
---+23. Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli …
|
4.1 Ir - rwol u r - responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali fil - qafas tal - AML/CFT u tal - maniġer superjuri responsabbli mill -AML/CFT
4.1 Ir - rwol u r - responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali fil - qafas tal - AML/CFT u tal - maniġer superjuri responsabbli mill -AML/CFT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
11. Il - korp maniġerjali jeħtieġ li jkun responsabbli mil - approvazzjoni tal - istrateġija …
|
Il - korp maniġerjali jeħtieġ li jkun responsabbli mil - approvazzjoni tal - istrateġija globali tal - AML/CFT tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u mis - sorveljanza tal - implimentazzjoni tagħha. Għal dan il - għan, jeħtieġ li jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza adegwati b’mod kollettiv biex ikun jista’ jifhem ir - riskji tal - ML/TF relatati mal - attivitajiet u l - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, inkluż l - għarfien tal - qafas legali u regolatorju nazzjonali relatat mal - prevenzjoni tal -ML/TF. 4.1.1 Ir- rwol tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu fil - qafas tal -AML/CFT
|
|
12. Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli mis - …
|
Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli mis - sorveljanza u l - monitoraġġ tal - implimentazzjoni tal - qafas ta’ governanza interna u kontroll intern biex tiġi żgurata l - konformità mar - rekwiżiti applikabbli fil - kuntest tal - prevenzjoni tal - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF).
|
|
13. Minbarra d - dispożizzjonijiet stabbiliti fil - linji gwida tal - ESA dwar il - governanza …
|
Minbarra d - dispożizzjonijiet stabbiliti fil - linji gwida tal - ESA dwar il - governanza interna2 , kif applikabbli, korp maniġerjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu: - a) jiġu informati bir - riżultati tal - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF madwar in - negozju kollu;
- b) jiġi ssorveljat u mmonitorjat sa liema punt il - politiki u l - proċeduri tal - AML/CFT huma adegwati u effettivi fid - dawl tar - riskji tal - ML/TF li għalihom hija esposta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u tieħu l - passi xierqa biex tiżgura li jittieħdu miżuri ta’ rimedju fejn meħtieġ;
- c) mill - inqas darba fis - sena, tirrieżamina r - rapport tal - attività tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT u tikseb aġġornamenti interim b’mod aktar frekwenti għal attivitajiet li jesponu lill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għal riskji ogħla tal - ML/TF;
- d) mill - inqas darba fis - sena, jiġi vvalutat il - funzjonament effettiv tal - funzjoni ta’ konformità tal - AML/CFT, inkluż billi jitqiesu l - konklużjonijiet ta’ kwalunkwe awditjar intern u/jew estern relatat mal - AML/CFT li seta’ twettaq, inkluż fir - rigward tal - adegwatezza tar - riżorsi umani u tekniċi allokati lill - uffiċjal tal - konformità tal -AML/CFT.
2 Il - linji gwida tal - EBA dwar il - governanza interna skont id - Direttiva 2013/36/UE: EBA/GL/2021/05; linji gwida tal -ESMA dwar ċerti aspetti tar - rekwiżiti tal - funzjoni ta’ konformità tal - MiFID II: ESMA35 -36- 1946; il - linji gwida tal - EIOPA dwar is - sistema ta’ governanza: EIOPA - BoS -14/253 EN
|
|
14. Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jiżgura li l - membru tal - …
|
Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jiżgura li l - membru tal - korp maniġerjali msemmi fit - taqsima 4.1.3. jew fejn applikabbli l - maniġer superjuri msemmi fit - taqsima 4.1.4., li huwa responsabbli mill - implimentazzjoni tal - liġijiet, ir - regolamenti u d - dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall - konformità mad - Direttiva (UE) 2015/849: - a) ikollu l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza meħtieġa biex jidentifika, jivvaluta u jiġġestixxi r - riskji tal - ML/TF li għalihom hija esposta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, u l - implimentazzjoni tal - politiki, tal - kontrolli u tal - proċeduri tal - AML/CFT;
- b) ikollu fehim tajjeb tal - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u tas - settur li fih topera u l - punt sa fejn dan il - mudell ta’ negozju jesponi lill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għal riskji tal - ML/TF;
- c) ikun infurmat fil - ħin b’deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwaw ir - riskji li għalihom tkun esposta l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja.
|
|
15. Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollu aċċess għal u jqis id - …
|
Il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollu aċċess għal u jqis id - data u l - informazzjoni ta’ dettall u kwalità suffiċjenti biex ikun jista’ jwettaq il - funzjonijiet tiegħu tal - AML/CFT b’mod effettiv. Mill - inqas, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollu aċċess f’waqtu u dirett għar - rapport tal - attività tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT, ir - rapport tal - funzjoni tal - awditjar intern, is - sejbiet u l - osservazzjonijiet tal - awdituri esterni, fejn applikabbli, kif ukoll is - sejbiet tal - awtorità kompetenti, il - komunikazzjonijiet rilevanti mal - FIU u l - miżuri jew s - sanzjonijiet superviżorji imposti. 4.1.2 Ir- rwol tal - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu fil - qafas tal -AML/CFT
|
|
16. Fir - rigward tal - politiki, il - kontrolli u l - proċeduri interni msemmija fl - Artikoli …
|
Fir - rigward tal - politiki, il - kontrolli u l - proċeduri interni msemmija fl - Artikoli 8(3) u 8(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849, korp maniġerjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja fil - funzjoni maniġerjali tagħha għandu: - a) jimplimenta l - istruttura organizzazzjonali u operazzjonali xierqa u effettiva meħtieġa għall - konformità mal - istrateġija tal - AML/CFT adottata mill - korp maniġerjali, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lill - awtorità suffiċjenti u lill - adegwatezza tar - riżorsi umani u tekniċi allokati għall - funzjoni tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT, inkluża l - ħtieġa għal unità tal - AML/CFT dedikata biex tassisti lill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT;
- b) jiżgura l - implimentazzjoni tal - politiki u l - proċeduri interni tal - AML/CFT;
- c) jirrieżamina r - rapport tal - attività tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT, mill - inqas kull sena;
- d) jiżgura rapportar tal - AML/CFT adegwat, f’waqtu u dettaljat biżżejjed, lill - awtorità kompetenti;
- e) fejn il - funzjonijiet operazzjonali tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT jiġu esternalizzati, trid tiġi żgurata l - konformità mal - linji gwida tal - ASE dwar l - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni3 u mal - linji gwida tal - ASE dwar il - governanza interna4 , fejn applikabbli, u jiġi riċevut rapportar regolari mill - fornitur tas - servizz biex jinforma lill - korp maniġerjali.
4.1.3 Identifikazzjoni tal - membru tal - korp maniġerjali responsabbli mill -AML/CFT
3 Il - linji gwida tal - EBA dwar arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni: EBA/GL/2019/02; il - linji gwida tal - EIOPA dwar l - esternalizzazzjoni lill - fornituri tas - servizzi tal - cloud: EBA/GL/2019/02; il - linji gwida tal - ESMA dwar l - esternalizzazzjoni lil fornituri tas - servizz tal - cloud: ESMA50 -157-2403 4 Il - linji gwida dwar il - governanza interna tal - EBA skont id - Direttiva 2013/36/UE, EBA/GL/2021/05 tat-2 ta’ Lulju 2021.
|
|
17. il - membru tal - korp maniġerjali li għandu jiġi identifikat f’konformità mal - Artikolu 46(4) …
|
il - membru tal - korp maniġerjali li għandu jiġi identifikat f’konformità mal - Artikolu 46(4) tad - Di rettiva (UE) 2015/849 għandu, b’mod partikolari, ikollu għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti fir - rigward tar - riskji tal - ML/TF, u l - implimentazzjoni ta’ politiki, kontrolli u proċeduri tal -AML/CFT, b’fehim tajjeb tal - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u tas - settur li fih topera l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja.
|
|
18. Il - membru tal - korp maniġerjali msemmi fl - Artikolu 46(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849 …
|
Il - membru tal - korp maniġerjali msemmi fl - Artikolu 46(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849 għandu/għandha jimpenja/timpenja biżżejjed żmien u jkollu/jkollha riżorsi suffiċjenti biex iwettaq/twettaq id - dmirijiet tiegħu/tagħha ta’ AML/CFT b’mod effettiv. Huwa/Hija għandu/għandha jirrapporta/tirrapporta b’mod komprensiv dwar il - kompiti tiegħu/tagħha kif imsemmi fit - taqsima 4.1.5. u jinforma/tinforma regolarment, fejn meħtieġ u mingħajr dewmien żejjed, lill - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu. 4.1.4 Identifikazzjoni ta’ maniġer superjuri responsabbli mill - AML/CFT fejn ma jkun hemm l - ebda korp maniġerjali
|
|
19. Meta ma jkun hemm l - ebda korp maniġerjali fis - seħħ, l - istituzzjoni ta’ kreditu jew …
|
Meta ma jkun hemm l - ebda korp maniġerjali fis - seħħ, l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja jeħtieġ li taħtar maniġer superjuri li fl - aħħar mill - aħħar ikun responsabbli mill - implimentazzjoni tal - liġijiet, ir - regolamenti u d - dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma mad - Direttiva (UE) 2015/849, b’biżżejjed ħin, riżorsi u awtorità biex iwettaq id - dmirijiet tiegħu b’mod effettiv.
|
|
20. Il - maniġer superjuri msemmi fil - paragrafu 19 għandu jkollu biżżejjed għarfien, ħiliet u …
|
Il - maniġer superjuri msemmi fil - paragrafu 19 għandu jkollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza rigward ir - riskji tal - ML/TF, u l - implimentazzjoni ta’ politiki, kontrolli u proċeduri tal - AML/CFT, b’fehim tajjeb tal - mudell tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u tas - settur li fih topera l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja. Barra minn hekk, għandhom jingħataw biżżejjed żmien, riżorsi u awtorità biex iwettqu id - dmirijiet tagħhom b’mod effettiv. 4.1.5 Il - kompiti u r - rwol tal - membru tal - korp maniġerjali jew tal - maniġer superjuri responsabbli mill -AML/CFT
|
|
21. Mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltà ġenerali u kollettiva tal - korp maniġerjali, meta …
|
Mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltà ġenerali u kollettiva tal - korp maniġerjali, meta jinħatar il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri msemmi fil - paragrafi 17 u 19, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji għandhom jidentifikaw u jqisu l - kunflitti ta’ interess potenzjali u jieħdu passi biex jevitaw jew jimmitigaw dawn il - kunflitti.
|
|
22. Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli …
|
Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli mill - AML/CFT għandu jiżgura li l - korp maniġerjali kollu, jew il - maniġment superjuri fejn ma jkun fis - seħħ l - ebda korp maniġerjali, ikunu konxji tal - impatt tar - riskji tal - ML/TF fuq il - profil tar - riskju tagħhom man - negozju kollu. Ir - responsabbiltajiet tal - membru tal - korp maniġerjali, jew tal - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli mill - AML/CFT, fid - dawl tat - twettiq tal - kompitu tiegħu kif imsemmi fl - Artikolu 46(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849, u b’mod partikolari fir - rigward tal - implimentazzjoni ta’ politiki, kontrolli u proċeduri biex jiġu mmitigati u ġestiti b’mod effettiv ir - riskji tal - ML/TF kif imsemmi fl - Artikolu 8 ta’ dik id - Direttiva, għandu jinkludu mill - inqas: - a) l - iżgurar li l - politiki, il - proċeduri u l - miżuri ta’ kontroll intern tal - AML/CFT ikunu adegwati u proporzjonati, filwaqt li jitqiesu l - karatteristiċi tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u r - riskji tal - ML/TF li għalihom tkun esposta;
- b) it- twettiq mal - korp maniġerjali tal - valutazzjoni ta’ jekk ikunx xieraq li jinħatar uffiċjal ta’ konformità tal - AML/CFT separat fil - livell ta’ ġestjoni, kif imsemmi fit - taqsima 4.2.2.;
- c) l - appoġġ lill - korp maniġerjali fil - valutazzjoni tal - ħtieġa għal unità ddedikata tal - AML/CFT biex tassisti lill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT fit - twettiq tal - funzjonijiet tiegħu, filwaqt li jitqiesu l - iskala u l - kumplessità tal - operazzjonijiet tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u l - iskopertura għar - riskji tal - ML/TF. Il - persunal f’din l - unità għandu jkollu l - kompetenza esperta, il - ħiliet u l - għarfien meħtieġa biex jassisti lill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT, li għandu jkun involut fil - proċess ta’ reklutaġġ;
- d) l - iżgurar li jkun hemm rapportar perjodiku lill - korp maniġerjali dwar l - attivitajiet imwettqa mill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT u li l - korp maniġerjali jiġi pprovdut b’informazzjoni u data komprensivi u f’waqthom biżżejjed dwar ir - riskji tal - ML/TF u l - konformità tal - AML/CFT, li huwa meħtieġ biex il - korp maniġerjali jkun jista’ jwettaq ir - rwol u l - funzjonijiet fdati lilu. Tali informazzjoni għandha tkopri wkoll l - impenji tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja mal - awtorità nazzjonali kompetenti u l - komunikazzjonijiet mal - FIU, mingħajr preġudizzju għall - kunfidenzjalità tal - STRs, u kwalunkwe sejba relatata mal - ML/TF tal - awtorità kompetenti kontra l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja inklużi miżuri jew sanzjonijiet imposti;
- e) l - infurmar tal - korp maniġerjali dwar kwalunkwe kwistjoni u ksur serju jew sinifikanti tal - AML/CFT u tirrakkomanda azzjonijiet biex jiġu rrimedjati;
- f) l - iżgurar li l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT (i) ikollu aċċess dirett għall - informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq il - kompiti tiegħu/tagħha, (ii) ikollu biżżejjed riżorsi umani u tekniċi u għodod biex ikun jista’ jwettaq b’mod adegwat il - kompiti assenjati lilu, u (iii) huwa infurmat sew bl - inċidenti u n - nuqqasijiet relatati mal - AML/CFT identifikati mis - sistemi ta’ kontroll intern u mill - awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fil - każ ta’ gruppi, minn awtoritajiet superviżorji barranin.
|
|
23. Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli …
|
Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli mill - AML/CFT għandu jkun il - punt ta’ kuntatt ewlieni għall - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT fi ħdan il - maniġment. Barra minn hekk, il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli mill - AML/CFT għandu jiżgura li kwalunkwe AML/CFT tikkonċerna li l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT ikun ġie indirizzat kif xieraq u, fejn dan ma jkunx possibbli, jitqies kif xieraq mill - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu jew mill - maniġment superjuri fejn applikabbli. Jekk il - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu jew fil - maniġment superjuri fejn applikabbli jiddeċiedi li ma jsegwix ir - rakkomandazzjoni tal - uffiċjal tal - konformità tal -AML/CFT, għandu jiġġustifika u jirreġistra kif xieraq id - deċiżjoni tiegħu fid - dawl tar - riskji u t - tħassib mqajma mill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT. Fil - każ ta’ inċident sinifikanti, l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT għandu jkollu aċċess dirett għall - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|