+3. Speċifikazzjonijiet ġenerali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin
---+22. Id - ditti għandhom jissottomettu data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal kull …
---+23. Id - ditti għandhom jibagħtu l - informazzjoni meħtieġa bl - użu taċ - ċifri finanzjarji ta’ …
---+24. Il - persunal kollu li qala’ EUR 1 miljun jew aktar għas - sena finanzjarja għandu jiġi …
---+25. Meta d - data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin tiġi rrappurtata minn ditti li …
---+26. L- għadd ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandu jiġi rrappurtat bħala l - għadd ta’ …
---+27. L- għadd ta’ individwi fir - ringiela “għadd ta’ individwi f’funzjonijiet ta’ kontroll” għandu …
---+28. Il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandhom jiġu kklassifikati taħt l - Istat Membru, il - …
---+29. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir - remunerazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi …
---+30. Persuni li jaqilgħu pagi għoljin li jwettqu attivitajiet professjonali kemm fl - UE kif ukoll …
---+31. L- allokazzjoni tar - remunerazzjoni għall - parti fissa u varjabbli tar - remunerazzjoni …
---+32. L- entrati mhux monetarji ta’ remunerazzjoni għandhom jiġu rrappurtati bl - ekwivalenti …
---+33. Il - pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - remunerazzjoni varjabbli garantita u l - …
---+34. Għall - eżerċizzju tal - ġbir tad - data għall - persuni li jaqilgħu pagi għoljin, il - persuni …

3. Speċifikazzjonijiet ġenerali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin

3. Speċifikazzjonijiet ġenerali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
22. Id - ditti għandhom jissottomettu data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal kull …

Id - ditti għandhom jissottomettu data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal kull Stat Membru fejn jinsabu persuni li jaqilgħu pagi għoljin u għal kull kategorija ta’ pagament ta’ EUR 1 miljun (eż. EUR 1 miljun sa inqas minn EUR 2 miljun; EUR 2 miljun sa inqas minn EUR 3 miljun, eċċ.). Kull persuna li taqla’ paga għolja għandha tiġi allokata għall - kategorija ta’ pagamenti abbażi tar - remunerazzjoni totali tal - membru tal - persunal mogħtija għas - sena finanzjarja.

23. Id - ditti għandhom jibagħtu l - informazzjoni meħtieġa bl - użu taċ - ċifri finanzjarji ta’ …

Id - ditti għandhom jibagħtu l - informazzjoni meħtieġa bl - użu taċ - ċifri finanzjarji ta’ tmiem is - sena ddenominati f’euro. L - ammonti għandhom jiġu rrappurtati bħala ammonti sħaħ, jiġifieri mhux bħala ammonti arrotondati (eż. EUR 1 234 567.00 minflok EUR 1.2 miljun).

24. Il - persunal kollu li qala’ EUR 1 miljun jew aktar għas - sena finanzjarja għandu jiġi …

Il - persunal kollu li qala’ EUR 1 miljun jew aktar għas - sena finanzjarja għandu jiġi rrappurtat, anke jekk il - membru tal - persunal ikun telaq mid - ditta qabel tmiem is - sena finanzjarja jew jekk l - ammont ta’ EUR 1 miljun jintlaħaq biss minħabba l - għoti ta’ remunerazzjoni varjabbli garantita jew pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg.

25. Meta d - data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin tiġi rrappurtata minn ditti li …

Meta d - data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin tiġi rrappurtata minn ditti li jiżvelaw ċifri finanzjarji f’munita oħra għajr l - euro, ir - rata tal - kambju użata mill - Kummissjoni għall - ippjanar finanzjarju u l - baġit għal Diċembru tas - sena rappurtata għandhom jintużaw għall - konverżjoni taċ - ċifri li għandhom jiġu rrappurtati.

26. L- għadd ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandu jiġi rrappurtat bħala l - għadd ta’ …

L- għadd ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandu jiġi rrappurtat bħala l - għadd ta’ persuni fiżiċi (in - numru ta’ ħaddiema), indipendentement mill - għadd ta’ sigħat tax - xogħol li fuqhom huwa bbażat il - kuntratt tagħhom. Għall - persuni li jaqilgħu pagi għoljin, għandhom jiġu rrappurtati r - remunerazzjoni mogħtija f’euro, l - elementi ta’ remunerazzjoni, l - Istat Membru, il - funzjoni jew il - qasam tan - negozju u r - responsabbiltà.

27. L- għadd ta’ individwi fir - ringiela “għadd ta’ individwi f’funzjonijiet ta’ kontroll” għandu …

L- għadd ta’ individwi fir - ringiela “għadd ta’ individwi f’funzjonijiet ta’ kontroll” għandu jinkludi l - persuni kollha li jaqilgħu pagi għoljin f’funzjonijiet ta’ kontroll fi ħdan l - unitajiet kummerċjali u l - konformità indipendenti, il - kontroll tar - riskju u l - funzjoni tal - awditjar intern.

28. Il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandhom jiġu kklassifikati taħt l - Istat Membru, il - …

Il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandhom jiġu kklassifikati taħt l - Istat Membru, il - funzjoni jew il - qasam tan - negozju u r - responsabbiltà fejn huma jwettqu l - parti ewlenija tal - attivitajiet ta’ negozju tagħhom. L - ammont sħiħ ta’ remunerazzjoni mogħti lill - persuna rilevanti li taqla’ paga għolja fi ħdan il - grupp jew id - ditta li tirrapporta għandu jiġi rrapportat taħt dan l - Istat Membru, il - funzjoni jew il - qasam tan - negozju u r - responsabbiltà. Jekk żewġ oqsma jew aktar għal persuna li taqla’ paga għolja jkollhom l - istess piż, id - ditta għandha talloka l - persuna li taqla’ paga għolja u r - remunerazzjoni tagħha billi tqis l - allokazzjoni ta’ persuni oħrajn li jaqilgħu pagi għoljin, sabiex b’hekk ir - rapport ikun jirrifletti bl - aħjar mod id - distribuzzjoni tal - persuni li jaqilgħu pagi għoljin fid - ditta.

29. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir - remunerazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi …

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir - remunerazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin u l - elementi speċifiċi ta’ remunerazzjoni varjabbli għall - persuni kollha li jaqilgħu pagi għoljin, irrispettivament minn jekk il - persuna li taqla’ paga għolja hijiex identifikata bħala persunal jew le. L - istess għandu japplika għal persuni li jaqilgħu pagi għoljin inklużi fl - Anness I li huma soġġetti għal qafas ta’ remunerazzjoni speċifiku f’konformità mal - Artikolu 109(4) tad - Direttiva 2013/36/UE u huma rrappurtati wkoll fl - Anness II, fejn ir - remunerazzjoni mogħtija fi “strumenti mhux fi flus li jirriflettu l - istrumenti tal - portafolli ġestiti” jew ir - remunerazzjoni mogħtija skont “arranġamenti alternattivi approvati” għandha tiġi allokata lil “strumenti oħrajn” fl - Anness I.

30. Persuni li jaqilgħu pagi għoljin li jwettqu attivitajiet professjonali kemm fl - UE kif ukoll …

Persuni li jaqilgħu pagi għoljin li jwettqu attivitajiet professjonali kemm fl - UE kif ukoll barra minnha għandhom jiġu kklassifikati taħt Stat Membru biss jekk iwettqu l - parti prinċipali tal - attivitajiet professjonali tagħhom fl - UE. Inkella, il - membru tal - persunal ma għandux jiġi rrappurtat bħala persuna li taqla’ paga għolja.

31. L- allokazzjoni tar - remunerazzjoni għall - parti fissa u varjabbli tar - remunerazzjoni …

L- allokazzjoni tar - remunerazzjoni għall - parti fissa u varjabbli tar - remunerazzjoni għandha ssir, kif applikabbli, skont it - Taqsima 7 tal - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki ta’ remunerazzjoni sodi skont id - Direttiva 2013/36/UE u t - Taqsima 7 skont il - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki ta’ remunerazzjoni sodi skont id - Direttiva (UE) 2019/2034.

32. L- entrati mhux monetarji ta’ remunerazzjoni għandhom jiġu rrappurtati bl - ekwivalenti …

L- entrati mhux monetarji ta’ remunerazzjoni għandhom jiġu rrappurtati bl - ekwivalenti monetarju tagħhom (eż. l - ammont intaxxat) u jiġu inklużi bħala “forom oħrajn” ta’ remunerazzjoni.

33. Il - pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - remunerazzjoni varjabbli garantita u l - …

Il - pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - remunerazzjoni varjabbli garantita u l - benefiċċji diskrezzjonarji tal -pe nsjoni għandhom jiġu inklużi fir - remunerazzjoni varjabbli totali u għandhom jiġu pprovduti wkoll fil - parti tat - tabella li fiha informazzjoni addizzjonali.

34. Għall - eżerċizzju tal - ġbir tad - data għall - persuni li jaqilgħu pagi għoljin, il - persuni …

Għall - eżerċizzju tal - ġbir tad - data għall - persuni li jaqilgħu pagi għoljin, il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandhom jiġu rrappurtati bħala persunal “identifikat” jekk jiġu ttrattati minn ditti bħala “persunal identifikat” fil - livell konsolidat jew fil - livell individwali, meta jitqiesu dawn li ġejjin:

  • a. fl - Anness I,
i.il - li applikazzjoni Direttivapersunal identifikat għandu jinkludi l - persunal identifikat tal - istituzzjoni tissottometti d - data u fis - sussidjarji tagħha li huwa soġġett għall - tar - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni skont l - Artikoli 92 u 94 tad - 2013/36/UE fuq bażi individwali jew konsolidata; u
ii.persunal speċifiku li ta’ Direttiva;f’sussidjarji li huma soġġetti għal qafas ta’ remunerazzjoni f’konformità mal - Artikolu 109(4) tad - Direttiva 2013/36/UE, iżda huma soġġetti għar - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni skont l - Artikoli 92 u 94 dik id - Direttiva f’konformità mal - Artikolu 109(5) jew 109(6) ta’ dik id -
  • b. fl - Anness II,
i.il - persunal identifikat għandu jinkludi l - persunal identifikat ta’ ditti tal - investiment li huma soġġetti għall - applikazzjoni tar - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni skont l - Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 fuq bażi individwali; u
ii.meta r - rekwiżiti fl - Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 japplikaw fuq bażi konsolidata f’konformità mal - Artikolu 7 tar - Regolament (UE) 2019/2033, il - membri tal - persunal f’sussidjarji li huma stess ma humiex soġġetti għall - Artikoli 30 u 32 ta’ dik id - Direttiva li l - attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment jew fuq l - assi li timmaniġġja fuq bażi konsolidata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/