+120. Meta jirrevedu l - istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - qafas tal - …

120. Meta jirrevedu l - istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - qafas tal - …

Meta jirrevedu l - istrateġija tar - riskju, l - aptit għar - riskju u l - qafas tal - ġestjoni tar - riskju ta’ ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom tal - inqas jivvalutaw jekk:

  • a. id- ditti tal - investiment għandhomx qafas tal - ġestjoni tar - riskju olistiku fid - ditti kollha tal - investiment li jestendi fl - organizzazzjoni kollha, filwaqt li jirrikonoxxi bis -

38 sħiħ is - sustanza ekonomika tal - iskoperturi għar - riskju kollha tagħhom inklużi r - riskji li d- ditta tal - investiment toħloq għaliha nnifisha, il - klijenti u s - swieq tagħha u r - riskji tal - likwidità, b’mod partikolari dawk li jista’ jkollhom impatt materjali fuq jew inaqqsu l - livell ta’ fondi proprji disponibbli;

  • b. il- qafas tal - ġestjoni tar - riskju jinkludix ir - riskji rilevanti kollha b’kunsiderazzjoni xierqa kemm tar - riskji finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji;
  • c. id- ditta tal - investiment meta tidentifika u tkejjel jew tivvaluta ir - riskji, tużax biss metodoloġiji kwantitattivi ta’ valutazzjoni (inkluż ittestjar tal - istress), iżda wkoll għodod kwalitattivi ta’ valutazzjoni tar - riskju (inklużi ġudizzju espert u analiżi kritika);
  • d. hemmx rapportar effettiv tar - riskju li jinvolvi kunsiderazzjoni interna soda u komunikazzjoni tal - istrateġija tar - riskju u data rilevanti dwar ir - riskju kemm orizzontalment fost id - ditti tal - investiment kif ukoll ’il fuq u ’l isfel fil - katina ta’ ġestjoni;
  • e. il- qafas tal - ġestjoni tar - riskju ta’ ditta tal - investiment jinkludix politiki, proċeduri, limiti tar - riskji u kontrolli tar - riskji li jiżguraw identifikazzjoni, kejl jew valutazzjoni, monitoraġġ, ġestjoni, mitigazzjoni u rapportar adegwati, f’waqthom u kontinwi tar - riskji fil - linja operatorja, fil - livell tad - ditta tal - investiment u, meta rilevanti, fil -li vell konsolidat;
  • f. l- istrateġija tar - riskju u l - aptit għar - riskju jaqilbux ir - riskji materjali kollha f’limiti speċifiċi tar - riskju;
  • g. l- istrateġija u l - aptit għar - riskju jqisux b’mod xieraq l - aptit għar - riskju u r - riżorsi finanzjarji tad - ditta tal - investiment u jqisux l - fondi proprji superviżorji u r - rekwiżiti tal - likwidità u miżuri u rekwiżiti superviżorji oħrajn;
  • h. id- ditta tal - investiment stabbilietx proċessi għall - approvazzjoni ta’ deċiżjonijiet li dwarhom il - funzjoni ta’ verifika tal - konformità jew, meta rilevanti, il - funzjoni tal - ġestjoni tar - riskju, esprimiet opinjoni negattiva.

5.6.2 Qafas għall - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l -adegwatezza tal-kapital u l-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar ir -riskju (ICARAP)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/