+4.6 Monitoraġġ tas - CSRBB
---+152. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sistemi ta’ kejl interni (IMSs) robusti li jkopru l …
---+153. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l - iskopertura tagħhom għas - CSRBB f’termini ta’ …
---+154. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jużaw is - suppożizzjonijiet u l - metodi ta’ …
---+155. Il - limitazzjonijiet ta’ kull għodda u mudell kwantitattiv li jintuża għandhom ikunu mifhuma …
---+156. Bħala eċċezzjoni, fl - implimentazzjoni prattika tal - paragrafu 120 u għal raġunijiet ta’ …
---+157. Meta jkejlu s - CSRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw …
---+158. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - implikazzjonijiet tal - prattiki kontabilistiċi għall - …
---+159. Jekk l - affidabbiltà u l - istabbiltà tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni jiġu …
---+160. Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu …
---+161. Għall - finijiet tas - CSRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu dokumentazzjoni …

4.6 Monitoraġġ tas - CSRBB

4.6.1 Approċċ ġenerali għall - monitoraġġ tas -CSRBB

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
152. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sistemi ta’ kejl interni (IMSs) robusti li jkopru l …

L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sistemi ta’ kejl interni (IMSs) robusti li jkopru l - komponenti u s - sorsi kollha tas - CSRBB li huma rilevanti għall - mudell kummerċjali tal - istituzzjoni.

153. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l - iskopertura tagħhom għas - CSRBB f’termini ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l - iskopertura tagħhom għas - CSRBB f’termini ta’ bidliet potenzjali għall - kejl tas - CSRBB differenti. L - istituzzjonijiet għandhom jużaw karatteristiċi komplementari taż - żewġ approċċi sabiex jaqbdu n - natura kumplessa tas - CSRBB fit - terminu qasir u fit - terminu twil. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet għandhom ikejlu u jimmonitorjaw (i) l - impatt globali ta’ suppożizzjonijiet ewlenin tal - immudellar fuq il - kejl tas - CSRBB differenti, u (ii) is - CSRBB tad - derivattivi tal - portafoll bankarju tagħhom fejn ikun rilevanti għall - mudell ta’ negozju.

4.6.2 Metodi għall - monitoraġġ tas -CSRBB

154. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jużaw is - suppożizzjonijiet u l - metodi ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jużaw is - suppożizzjonijiet u l - metodi ta’ kalkolu tagħhom stess għall - valutazzjoni tas - CSRBB. L - għażla tal - metodoloġija tal - kejl għandha tkun adegwata għall - kumplessità tal - bank innifsu.

155. Il - limitazzjonijiet ta’ kull għodda u mudell kwantitattiv li jintuża għandhom ikunu mifhuma …

Il - limitazzjonijiet ta’ kull għodda u mudell kwantitattiv li jintuża għandhom ikunu mifhuma bis - sħiħ mill - istituzzjoni, u dawn il - limitazzjonijiet għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil - proċess ta’ ġestjoni tar - riskju tas - CSRBB. Meta jkunu qegħdin jivvalutaw is - CSRBB, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji mir - riskji li jistgħu jirriżultaw bħala konsegwenza tat - trattament kontabilistiku tat - tranżazzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar.

156. Bħala eċċezzjoni, fl - implimentazzjoni prattika tal - paragrafu 120 u għal raġunijiet ta’ …

Bħala eċċezzjoni, fl - implimentazzjoni prattika tal - paragrafu 120 u għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, l - istituzzjonijiet jistgħu jinkludu komponenti ta’ firxa tal - kreditu idjosinkratiku għall - monitoraġġ tas - CSRBB, sakemm jiġi żgurat li l - kejl jagħti riżultati aktar konservattivi.

4.6.3 Suppożizzjonijiet tal - monitoraġġ tas -CSRBB

157. Meta jkejlu s - CSRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw …

Meta jkejlu s - CSRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw suppożizzjonijiet ewlenin tal - immudellar. Dawn is - suppożizzjonijiet għandhom ikunu allinjati mal - istrateġiji ta’ negozju u jiġu ttestjati regolarment.

158. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - implikazzjonijiet tal - prattiki kontabilistiċi għall - …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - implikazzjonijiet tal - prattiki kontabilistiċi għall - kejl tas - CSRBB, b’mod partikolari għall - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq.

159. Jekk l - affidabbiltà u l - istabbiltà tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni jiġu …

Jekk l - affidabbiltà u l - istabbiltà tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni jiġu vvalidati u ddokumentati kif xieraq; tista’ tkun possibbli d -d iversifikazzjoni bejn is - CSRBB u l - IRRBB. Taħt l - istess kundizzjoni, jistgħu jkunu possibbli s - suppożizzjonijiet ta’ diversifikazzjoni bejn is - CSRBB u riskji oħrajn. L - effetti tad - diversifikazzjoni għandhom jiġu stmati b’mod konservattiv biżżejjed li wieħed jassumi li huma stabbli biżżejjed anke fi tnaqqis fir - ritmu ekonomiku u taħt kundizzjonijiet tas - suq li mhumiex favorevoli għall - istruttura tan - negozju u tar - riskju tal - istituzzjoni. Fi kwalunkwe każ, l - istituzzjonijiet għandu jkollhom valutazzjonijiet separati tas - CSRBB u ta’ riskji oħrajn (inkluż l - IRRBB).

160. Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu …

Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu matul iż - żmien, l - istituzzjonijiet għandhom jirrieżaminaw suppożizzjonijiet sinifikanti tal - kejl mill - anqas darba f’sena, u b’mod aktar frekwenti matul kundizzjonijiet tas - suq li jinbidlu rapidament.

161. Għall - finijiet tas - CSRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu dokumentazzjoni …

Għall - finijiet tas - CSRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu dokumentazzjoni prudenti li tappoġġa s - suppożizzjonijiet u l - proċeduri tal - politiki tagħhom, u jinkludu proċess sabiex iżommuhom taħt rieżami. L - istituzzjonijiet għandhom jifhmu, għall - finijiet tas - CSRBB, l - impatt tal - istrateġiji ta’ investiment magħżula relatati mas - CSRBB.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/