+9. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu u jżommu politiki u …

9. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu u jżommu politiki u …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri b iex jikkonformaw mal - obbligi tagħhom skont l - Artikolu 13(1)(a) u (c) tad - Direttiva (UE) 2015/849 f’sitwazzjonijiet li fihom isir onboarding b’mod remot tal - klijenti. Dawn il - politiki u l - proċeduri għandhom ikunu sensittivi għar - riskju u jistabbilixxu mill - inqas:

  • a) deskrizzjoni ġenerali tas - soluzzjoni li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji stabbilew biex jiġbru, jivverifikaw u jirreġistraw l - informazzjoni matul il - proċess tal - onboarding remot tal - klijenti. Din għandha tinkludi spjegazzjoni tal - karatteristiċi u l - funzjonament tas - soluzzjoni;
  • b) is - sitwazzjonijiet li fihom tista’ tintuża s - soluzzjoni għall - onboarding remot tal - klijenti, filwaqt li jitqiesu l - fatturi ta’ riskju identifikati u vvalutati f’konformità mal - Artikolu 8(1) tad - Direttiva (UE) 2015/849 u fil - valutazzjoni tar - riskju min - negozju kollu, inkluż id - deskrizzjoni tal - kategorija tal - klijenti, il - prodotti u s - servizzi li huma eliġibbli għall - onboarding remot;
  • c) liema passi huma totalment awtonomi u liema passi jirrikjedu l - intervent mill - bniedem;
  • d) il- kontrolli stabbiliti biex jiġi żgurat li l - ewwel tranżazzjoni ma’ klijent li jkun għadu kif għadda mill - proċess ta’ onboarding tiġi eżegwita biss ladarba jkunu ġew applikati l - miżuri inizjali kollha ta’ diliġenza dovuta tal - klijent (CDD);
  • e) deskrizzjoni tal - programmi ta’ induzzjoni u ta’ taħriġ regolari biex jiġi żgurat l - għarfien tal - persunal u l - għarfien aġġornat tal - funzjonament tas - soluzzjoni għall - onboarding remot tal - klijenti, ir - riskji assoċjati, u l - politiki u l - proċeduri għall - onboarding remot t al- klijenti li għandhom l - għan li jimmitigaw tali riskji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/