+7. Kriterji speċifiċi għat -titolizzazzjoni li tidher fil- karta bilanċjali
---+84. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+85. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, jekk l-ammont …
---+86. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) …
---+87. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-ammont ta’ telf mistenni …
---+88. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(3), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+89. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- aġent ta’ verifika ta’ …
---+90. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+91. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), tar-Regolament (UE) …
---+92. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) …
---+93. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) …
---+94. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel paragrafu, punt (b), fil- każ ta’ noti marbuta ma’ …
---+95. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-ammonti ta’ telf mistenni …
---+96. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- terminu …
---+97. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (d), tar- Regolament (UE) 2017/2402, għall - …
---+98. L-Artikolu 26e(7), il-punt (c), tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li japplika meta l - …
---+99. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (a), it- terminu “perjodu ta’ pagament” għandu …
---+100. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) …
---+101. L-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) (i), tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+102. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) …

7. Kriterji speċifiċi għat -titolizzazzjoni li tidher fil- karta bilanċjali

Avvenimenti ta’ kreditu koperti skont il - ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu (l - Artikolu 26e(1) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Avvenimenti ta’ kreditu addizzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
84. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rekwiżit li l -ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jkopri mill- inqas l -avvenimenti ta’ kreditu stabbiliti f’dak is- subparagrafu jenħtieġ li ma jipprevjenix lill -parti jiet milli jaqblu dwar avvenimenti ta’ kreditu addizzjonali jew definizzjonijiet aktar stretti tal-avvenimenti msemmija fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Pagamenti ta’ protezzjoni tal - kreditu (l - Artikolu 26e(2) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Proporzjonali għas -sehem tal-ammont nominali pendenti tal-iskopertura sottostanti

85. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, jekk l-ammont …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, jekk l-ammont tal-iskopertura sottostanti kopert mill-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jkun aktar baxx mill-ammont nozzjonali pendenti tal-iskopertura sottostanti, il-pagamenti interim u finali ta’ protezzjoni tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati fl - istess proporzjon (pro rata) għas -sehem tal-ammont nominali pendenti kopert mill-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu.

Determinazzjoni tal-pagament interim ta’ protezzjoni tal-kreditu

86. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/2402, “fejn applikabbli” jenħtieġ li tinftiehem bħala applikabbli biss jekk l - oriġinatur ikun irċieva permess mill -awtorità kompetenti biex japplika l- Approċċ IRB biex jiddetermina l-ammont ta’ telf mistenni għall -iskopertura sottostanti rispettiva li fir- rigward tagħha tkun qed tiġi vvalutata l - kundizzjoni “ogħla minn”, u meta s - sistema ta’ klassifikazzjoni użata għall - iskopertura sottostanti tkun ġiet ivvalutata kif xieraq mill - awtorità kompetenti għall - użu skont l - Approċċ IRB.

Ammonti ta' telf mistenni

87. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-ammont ta’ telf mistenni …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-ammont ta’ telf mistenni għandu jiġi kkalkulat fil -livell tal- iskoperturi sottostanti individwali li għalihom ikun seħħ avveniment ta’ kreditu. Bħala deroga, l - ammont ta’ telf mistenni jista’ jiġi kkalkolat fil -livell ta’ subaggregazzjoni għal skoperturi fil -livell tal-konsumatur f’konformità mal-abbozz tal-RTS dwar il-kalkolu tal-KIRB f’konformità mal- approċċ tar - riċevibbli mixtrija, żviluppat skont l -Artikolu 255(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Ristrutturar tad - dejn u primjums tal - protezzjoni tal - kreditu (l - Artikolu 26e(3) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Kontinġenti fuq l -ammont nominali pendenti tal- iskoperturi titolizzati produttivi fiż - żmien tal-pagament

88. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(3), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(3), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, meta l-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jkopri l-iskoperturi titolizzati produttivi parzjalment biss, il-primjums tal-protezzjoni tal- kreditu li għandhom jitħallsu skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu jenħtieġ li jkunu strutturati bħala kontinġenti fuq il -parti tal-ammont nominali pendenti tal-iskoperturi titolizzati produttivi li huwa kopert mill-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu.

Aġent ta’ verifika ta’ parti terza (l - Artikolu 26e(4) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Parti li teżegwixxi l -verifika

89. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- aġent ta’ verifika ta’ …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- aġent ta’ verifika ta’ parti terza jenħtieġ li jissodisfa ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. ikollha l-esperjenza u l- kapaċità biex twettaq il -verifika;
  • b. ma tkun l- ebda waħda minn dawn li ġejjin:
  • i. aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal -kreditu;
  • ii. parti terza li tivverifika l-konformità mal-STS skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
  • iii. entità affiljata mal- oriġinatur, l -isponsor, l-investitur jew l-SSPE.

Verifika tal-kampjun fil- każ ta’ titolizzazzjonijiet b’pożizzjonijiet intermedji

90. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, mingħajr preġudizzju għad -dritt tal-investituri li jitolbu l-verifika tal- eliġibbiltà ta’ kwalunkwe skopertura sottostanti partikolari, għal titolizzazzjonijiet b’pożizzjonijiet intermedji, il -partijiet għat - titolizzazzjoni jistgħu jaqblu li l - proċess ta’ verifika tal -kampjun jibda wara li l-punt ta’ distakkament tas-segment tal- ewwel telf jonqos taħt ċertu perċentwal ta’ dak il -punt ta’ distakkament iddeterminat fid-data tal- għeluq tat - tranżazzjoni.

Ammonti ta' telf finali

91. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), tar-Regolament (UE) …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2017/2402, “l- ammont ta’ telf finali” għandu jinftiehem bħala “l -istima finali tat-telf tal-oriġinatur” imsemmija fl -Artikolu 26e(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, fejn ma jkun sar l-ebda pagament finali tal-protezzjoni tal- kreditu għal skopertura sottostanti soġġetta għal avveniment ta’ kreditu fi tmiem il - perjodu ta’ estensjoni speċifikat fil -ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu.

Avvenimenti ta’ terminazzjoni bikrija mill - oriġinatur (l - Artikolu 26e(5) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Kalkolu tal- ħajja medja ponderata tal -portafoll ta’ referenza inizjali

92. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ħajja medja ponderata (WAL) tal -portafoll ta’ referenza inizjali tal-iskoperturi sottostanti jenħtieġ li tiġi kkalkolata permezz ta’ ponderazzjoni taż - żmien biss tar -ripagamenti tal- ammonti kapitali u jenħtieġ li ma tqis l - ebda suppożizzjoni ta’ prepagament jew kwalunkwe pagament relatat ma’ tariffi jew imgħax li għandhom jitħallsu mid -debituri tal-iskoperturi sottostanti.

Perjodu ta’ riforniment jew perjodu rotanti

93. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2017/2402, fil- każ tal - eżistenza ta’ perjodu ta’ rikostituzzjoni jew perjodu rotanti, il -WAL jenħtieġ li jkun is -somma tal-perjodu ta’ rikostituzzjoni jew ta’ rotazzjoni u l-WAL stmat ikkalkulat fi tmiem il- perjodu ta’ rikostituzzjoni jew ta’ rotazzjoni. Għal din l - istima, għal kull skopertura titolizzata li timmatura qabel it -tmiem tal-perjodu ta’ rikostituzzjoni jew ta’ rotazzjoni, l-oriġinatur għandu jaġġusta l -mat urità skedata biex tkun daqs is -somma tal-maturità attwali tagħha u l - itwal maturità permessa ta’ skopertura li tkun eliġibbli biex tiżdied mal -portafoll titolizzat matul il-perjodu ta’ rikostituzzjoni jew ta’ rotazzjoni. L- aġġustamenti għandhom isiru kemm- il darba jkun meħtieġ għal dak il - għan meta t -terminu tal- maturità aġġustata jkun iqsar mit-terminu tar-rikostituzzjoni jew tal-perjodu rotanti.

Investitur

94. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel paragrafu, punt (b), fil- każ ta’ noti marbuta ma’ …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(5), l-ewwel paragrafu, punt (b), fil- każ ta’ noti marbuta ma’ kreditu maħruġa minn SSPE, ir - referenza għall - investitur għandha tinftiehem bħala referenza għall -SSPE jew kwalunkwe fornitur tal- protezzjoni li jkun daħal fil -ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu mal-oriġinatur.

Marġni pożittiv sintetiku (l - Artikolu 26e(7) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Kalkolu tat-telf mistenni ta’ sena

95. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-ammonti ta’ telf mistenni …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-ammonti ta’ telf mistenni regolatorji ta’ sena fuq l - iskoperturi sottostanti kollha għal dik is - sena jenħtieġ li jiġu kkalkulati billi jitqies għadd ta’ perjodi ta’ pagament ekwivalenti għal sena, u billi jiġi mmultiplikat il - perċentwal li l - ammont ta’ telf mistenni rrappreżentat fuq l -iskoperturi titolizzati fid-data tal-għeluq tat - tranżazzjoni bil - bilanċ tal -portafoll pendenti totali tal-iskoperturi titolizzati produttivi fil-bidu ta’ dak il-perjodu ta’ sena.

96. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- terminu …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- terminu “marġni pożittiv sintetiku fiss” jirreferi għall -ammont tal- marġni pożittiv sintetiku li l - oriġinatur jimpenja ruħu li juża bħala titjib fil -kreditu kull perjodu. Dan l- ammont huwa espress bħala l -prodott ta’ perċentwal fiss tal - bilanċ tal -portafoll produttiv pendenti kull perjodu.

97. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (d), tar- Regolament (UE) 2017/2402, għall - …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (d), tar- Regolament (UE) 2017/2402, għall - oriġinaturi li ma jużawx l - Approċċ IRB imsemmi fl -Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu tat- “telf mistenni ta’ sena” jenħtieġ li jsir f’konformità mal -provvediment tar-riskju skont il- qafas kontabilistiku applikabbli jew, meta dak l- approċċ jirriżulta f’kopertura tat -telf li ma tkunx rappreżentattiva biżżejjed tat - telf futur mistenni fuq l - iskoperturi titolizzati, jenħtieġ li l - istituzzjoni oriġinatriċi timmudella l- ammonti ta’ telf mistenni abbażi ta’ parametri tar -riskju interni oħra, bħal dawk ikkunsidrati fil - proċess ta’ valutazzjoni tal -adegwatezza tal-kapital intern (ICAAP) tagħha, li jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod ċar fid -dokumentazzjoni tat-tr anżazzjoni.

L- użu tal - Approċċ IRB għall -finijiet tal-punt (c)

98. L-Artikolu 26e(7), il-punt (c), tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li japplika meta l - …

L-Artikolu 26e(7), il-punt (c), tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li japplika meta l - oriġinatur jiddetermina r - rekwiżiti ta’ fondi proprji bl - użu tal - Approċċ IRB imsemmi fl -Artikolu 143 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 għall -aggregazzjoni kollha ta’ skoperturi sottostanti.

Perjodu ta’ ħlas

99. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (a), it- terminu “perjodu ta’ pagament” għandu …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(7), il-punt (a), it- terminu “perjodu ta’ pagament” għandu jinftiehem li jirreferi għall -perjodu li fih il- marġni pożittiv sintetiku jiġi nominat f’konformità mad-dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni.

Rekwiżiti għar - rikors għal kollateral ta’ kwalità għolja (l - Artikolu 26e(10) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Kollateral aċċettabbli

100. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “kollateral fil- forma ta’ titoli ta’ dejn ponderati għar -riskju ta’ 0 %” jenħtieġ li jinftiehem bħala kollateral fil - forma ta’ titoli ta’ dejn maħruġa minn dawk l -entitajiet li għalihom hija assenjata ponderazzjoni tar -riskju ta’ 0 % f’konformità mal-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Rekwiżiti ta’ maturità fir - rigward ta’ kollateral aċċettabbli ta’ kwalità għolja

101. L-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) (i), tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

L-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) (i), tar-Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li jinftiehem li jirreferi għal titoli ta’ dejn li, irrispettivament mill - maturità oriġinali tagħhom, għandhom maturità residwa ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Fejn il -perjodu sad-data ta’ pagament li jmiss skont il- ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu jkun inqas minn tliet xhur, il - maturità li jifdal tat- titoli ta’ dejn ma għandhiex tkun itwal minn dak il - perjodu sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza fil-maturità bejn id-data meta t- titoli ta’ dejn jitħallsu lura u d -data ta’ pagament li jmiss skont il-ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu. Investimenti f’noti marbuta ma’ kreditu

102. Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26e(10), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir- rekwiżit relatat mal -kollateral fil- forma ta’ flus kontanti jenħtieġ li jitqies bħala ssodisfat fil- każ ta’ investimenti f’noti marbuta mal - kreditu maħruġa mill - oriġinatur f’konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/