+35. Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej: a) Għall …
|
35. Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej: a) Għall …
Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej: - a) Għall - persuni fiżiċi, l - ismijiet sħaħ u l - kunjomijiet tal - konsumatur kif jidhru fid - dokument tal - identità tal - klijent, jew fl - identifikazzjoni elettronika li tikkonforma mal - istandards fl - Artikolu 13 tad - Direttiva (UE) 2015/849, jew, jekk ma tkunx disponibbli għal raġuni leġittima, dokumentazzjoni f’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar politiki u kontrolli għall - ġestjoni effettiva tar -riskji tal- ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF) meta jiġi pprovdut aċċess għas - servizzi finanzjarji8 . Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal- ismijiet u l - kunjomijiet tal - konsumatur, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li, bħala minimu, jinkludi l - isem u l - aħħar kunjom.
- b) Għall - persuni ġuridiċi, l - isem li taħtu hija rreġistrata l - persuna ġuridika. Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal- isem legali rreġistrat sħiħ, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jittrażm etti l- isem kummerċjali. L - ismijiet kummerċjali użati jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu traċċati lura b’mod inekwivoku għall - persuna ġuridika u jaqblu ma’ kwalunkwe tali ismijiet irreġistrati fir - reġistri uffiċjali.
- c) Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, l - ismijiet tad -detenturi kollha tal - kont, l - indirizz jew il - kartiera. Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal - ismijiet kollha tal - partijiet kollha għat - trasferiment, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jittrażmetti l - isem tad - detentur tal- kont, l - indirizz jew il - kartiera li jkun qed jagħti bidu għat - trasferiment, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, il - kont primarju, l - indirizz jew id -detentur tal-kartiera.
4.4.3. Provvediment tal - indirizz tal - pagatur u tal - oriġinatur inkluż l - isem tal - pajjiż, in - numru tad- dokument personali uffiċjali, u n - numru ta’ identifikazzjoni tal - konsumatur jew, alternattivament, id - data u l - post tat - twelid tal -pagatur f’konformità mal - Artikolu 4(1), il - punt (c), u 14(1), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113 Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi
8 EBA/GL/2023/04.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|