+4.4. Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa mat - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 4 u 14 tar- Regolament (UE) 2023/1113
---+32. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li ma jbiddlux is - sottomissjoni inizjali, sakemm: a) ikunu …
---+33. Meta, fil -kuntest tal- paragrafu 32, ikun hemm bidla fis - sottomissjoni inizjali, il - PSP …
---+34. Il- PSP jenħtieġ li jiżguraw li t - trasferiment ta’ fondi jkun akkumpanjat min - numru tal - …
---+35. Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej: a) Għall …
---+36. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu dan li ġej: a) Għall - …
---+37. L- indirizz jenħtieġ li jiġi pprovdut, sa fejn ikun possibbli, fl - ordni ta’ prijorità li …
---+38. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu l - indirizz postali …
---+39. It- taħlita tal - elementi ta’ informazzjoni alternattivi li għandhom jiġu pprovduti …
---+40. Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, jenħtieġ li tiġi pprovduta l - …
---+41. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jikkunsidraw biss dawk l - …

4.4. Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa mat - trasferiment f’konformità mal - Artikoli 4 u 14 tar- Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
32. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li ma jbiddlux is - sottomissjoni inizjali, sakemm: a) ikunu …

Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li ma jbiddlux is - sottomissjoni inizjali, sakemm:

  • a) ikunu mitluba jagħmlu dan mill - IPSP, mill - PSP tal - prenditur, mill - ICASP jew mis - CASP tal- benefiċjarju, jekk l - IPSP, il - PSP tal - prenditur, l - ICASP jew is - CASP benefiċjarju jikkunsidra li xi informazzjoni skont l - Artikoli 7, 11, 19 jew 20 tar - Regolament (UE) 2023/1113 hija nieqsa; jew
  • b) b’segwitu għat - trasferiment, il - PSP tal - pagatur jew is - CASP tal - oriġinatur jidentifika żball fl - informazzjoni li jkun bagħat biex jikkonforma mal - Artikoli 4 u 14 tar - Regolament (UE) 2023/1113.
33. Meta, fil -kuntest tal- paragrafu 32, ikun hemm bidla fis - sottomissjoni inizjali, il - PSP …

Meta, fil -kuntest tal- paragrafu 32, ikun hemm bidla fis - sottomissjoni inizjali, il - PSP tal - pagatur jew il- CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jinforma lill - PSP u s - CASP li jmiss fil -katina tat- trasferiment u jippreżenta l - informazzjoni korretta. Il - PSP u s - CASP li jmiss fil -katina tat- trasferiment imbagħad jenħtieġ li jwettqu, għal darb’oħra, il - kompiti meħtieġa biex jidentifikaw l - informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta.

4.4.1. Provvediment tan - numru tal - kont ta’ pagament tal - pagatur f’konformità mal - Artikolu 4(1), il - punt (b), tar - Regolament (UE) 2023/1113, u tal - prenditur (l - Artikolu 4(2), il - punt (b), tar - Regolament (UE) 2023/1113)

Trasferiment ta’ fondi

34. Il- PSP jenħtieġ li jiżguraw li t - trasferiment ta’ fondi jkun akkumpanjat min - numru tal - …

Il- PSP jenħtieġ li jiżguraw li t - trasferiment ta’ fondi jkun akkumpanjat min - numru tal - kont tal - pagament. Meta t - trasferiment tal - fondi jsir bl - użu ta’ kard ta’ pagament, in - numru ta’ dik il - kard (in - Numru tal - Kont Primarju (PAN)) jista’ jieħu l - post tan -n umru tal - kont ta’ pagament, bil - kundizzjoni li dak in - numru jippermetti li t - trasferiment ta’ fondi jiġi traċċat lura lill - pagatur jew lill- prenditur.

4.4.2. Provvediment tal - isem tal - pagatur, tal - prenditur, tal - oriġinatur u tal - benefiċjarju rispettivament f’konformità mal - Artikoli 4(1), il - punt (a), 4(2), il - punt (a), 14(1), il - punt (a), u 14(2), il - punt (a), tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

35. Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej: a) Għall …

Il- PSP tal - pagatur jew il - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdi dan li ġej:

  • a) Għall - persuni fiżiċi, l - ismijiet sħaħ u l - kunjomijiet tal - konsumatur kif jidhru fid - dokument tal - identità tal - klijent, jew fl - identifikazzjoni elettronika li tikkonforma mal - istandards fl - Artikolu 13 tad - Direttiva (UE) 2015/849, jew, jekk ma tkunx disponibbli għal raġuni leġittima, dokumentazzjoni f’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar politiki u kontrolli għall - ġestjoni effettiva tar -riskji tal- ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF) meta jiġi pprovdut aċċess għas - servizzi finanzjarji8 . Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal- ismijiet u l - kunjomijiet tal - konsumatur, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li, bħala minimu, jinkludi l - isem u l - aħħar kunjom.
  • b) Għall - persuni ġuridiċi, l - isem li taħtu hija rreġistrata l - persuna ġuridika. Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal- isem legali rreġistrat sħiħ, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jittrażm etti l- isem kummerċjali. L - ismijiet kummerċjali użati jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu traċċati lura b’mod inekwivoku għall - persuna ġuridika u jaqblu ma’ kwalunkwe tali ismijiet irreġistrati fir - reġistri uffiċjali.
  • c) Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, l - ismijiet tad -detenturi kollha tal - kont, l - indirizz jew il - kartiera. Meta jkunu jeżistu limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24 li jipprevjenu t - trażmissjoni tal - ismijiet kollha tal - partijiet kollha għat - trasferiment, is - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jittrażmetti l - isem tad - detentur tal- kont, l - indirizz jew il - kartiera li jkun qed jagħti bidu għat - trasferiment, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, il - kont primarju, l - indirizz jew id -detentur tal-kartiera.

4.4.3. Provvediment tal - indirizz tal - pagatur u tal - oriġinatur inkluż l - isem tal - pajjiż, in - numru tad- dokument personali uffiċjali, u n - numru ta’ identifikazzjoni tal - konsumatur jew, alternattivament, id - data u l - post tat - twelid tal -pagatur f’konformità mal - Artikolu 4(1), il - punt (c), u 14(1), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi


8 EBA/GL/2023/04.

36. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu dan li ġej: a) Għall - …

Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu dan li ġej:

  • a) Għall - persuni fiżiċi, il - post tar - residenza tas - soltu tal - pagatur jew tal - oriġinatur jew, fejn ma jkun hemm l - ebda indirizz residenzjali fiss, l - indirizz postali li fih il - persuna fiżika tista’ tiġi kkuntattjata. Fil - każ ta’ persuna vulnerabbli, kif imsemmi fil - paragrafu 19 (b) tal-Linji Gwida tal- EBA dwar politiki u kontrolli għall - ġestjoni effettiva tar -riskji tal- ħasil tal- flus u l - finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF) meta jiġi pprovdut aċċess għal servizzi finanzjarji, li ma tistax tkun raġonevolment mistennija li tipprovdi indirizz fir -rigward tal- post ta’ residenza tas - soltu tagħha, il - PSP jew is - CASP jistgħu jużaw indirizz li jiġi pprovdut f’dokumentazzjoni alternattiva kif imsemmi fil - paragrafu 19(b) tal -Linji Gwida ta’ hawn fuq fejn tali dokumentazzjoni jkun fiha indirizz u fejn l - użu tagħha jkun permess skont il - liġi nazzjonali tal - pagatur.
  • b) Għall - persuni ġuridiċi, l - indirizz tal - uffiċċju rreġistrat jew uffiċjali tal - pagatur jew tal - oriġinatur.
37. L- indirizz jenħtieġ li jiġi pprovdut, sa fejn ikun possibbli, fl - ordni ta’ prijorità li …

L- indirizz jenħtieġ li jiġi pprovdut, sa fejn ikun possibbli, fl - ordni ta’ prijorità li ġejja: l - isem sħiħ tal- pajjiż jew l - abbrevjazzjoni f’konformità mal - Istandard Internazzjonali għall - kodiċijiet tal - pajjiżi (ISO 3166) (alpha - 2 jew alpha - 3), il - kodiċi postali, il - belt, l -istat u l- provinċja u l - muniċipalità, l - isem tat - triq, in - numru tal - bini jew l - isem tal - bini.

38. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu l - indirizz postali …

Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jipprovdu l - indirizz postali kif speċifikat fil - paragrafu 37. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 25(a), kwalunkwe alternattiva għall - indirizzi postali, inklużi n - numri tal - kaxxi postali u l - indirizzi virtwali, jenħtieġ li ma tiġix ikkunsidrata li tissodisfa r - rekwiżiti skont l - Artikolu 4(1), il - punt (c), u l - Artikolu 14(1), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113.

39. It- taħlita tal - elementi ta’ informazzjoni alternattivi li għandhom jiġu pprovduti …

It- taħlita tal - elementi ta’ informazzjoni alternattivi li għandhom jiġu pprovduti f’konformità mal - Artikolu 4(1), il - punt (c), u 14(1), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li ma tkunx ibbażata biss fuq id - disponibbiltà iżda wkoll fuq is -se tt ta’ informazzjoni li tipprevedi bl - aħjar mod identifikazzjoni mhux ambigwa tal - pagatur jew tal - oriġinatur.

40. Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, jenħtieġ li tiġi pprovduta l - …

Għal trasferimenti minn kont konġunt, indirizz jew kartiera, jenħtieġ li tiġi pprovduta l - informazzjoni tad - detenturi kollha tal - kont, l - indirizz jew il - kartiera. Meta t - trażmissjoni tal - informazzjoni rispettiva tal - partijiet kollha ma tkunx tista’ sseħħ minħabba limitazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fil - paragrafu 24, il - PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jittrażmettu l - informazzjoni tad -detentur tal- kont, l - indirizz jew il - kartiera li jagħti bidu għat - trasferiment, jew, alternattivament, dik tal - kont primarju, l - indirizz jew id -detentur tal-kartiera.

4.4.4. Provvediment ta’ identifikatur ekwivalenti għal - LEI tal - pagatur, tal - prenditur, tal - oriġinatur u tal - benefiċjarju f’konformità mal - Artikoli 4(1), il - punt (d), 4(2), il -punt (c), 14(1), il - punt (e), u 14(2), il - punt (d), tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

41. Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jikkunsidraw biss dawk l - …

Il- PSP tal - pagatur u s - CASP tal - oriġinatur jenħtieġ li jikkunsidraw biss dawk l - identifikaturi uffiċjali bħala ekwivalenti għal LEI li:

  • a) huma kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku li huwa uniku għall - entità ġuridika;
  • b) jiġu ppubblikati f’reġistri pubbliċi;
  • c) jinħarġu mal - formazzjoni ta’ entità minn awtorità pubblika fil - ġuriżdizzjoni li fiha tkun ibbażata l - entità ġuridika;
  • d) jippermettu l - identifikazzjoni tal - elementi tal- isem u l - indirizz; u
  • e) jkunu akkumpanjati minn deskrizzjoni tat - tip ta’ identifikatur użat fis - sistema ta’ messaġġi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/