+4.7. PSP, CASP, IPSP jew ICASP li ripetutament jonqsu f’konformità mal - Artikoli 8(2), 12(2), 17(2) u 21(2) tar - Regolament (UE) 2023/1113
---+67. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom il …
---+68. Il- kriterji kwantitattivi jenħtieġ li jinkludu mill - inqas: a) il- perċentwal ta’ …
---+69. Il- kriterji kwalitattivi jenħtieġ li jinkludu mill - inqas: a) il- livell ta’ kooperazzjoni …
---+70. It- twissija f’konformità mal - Artikoli 8(2), il - punt (a), 12(2), il - punt (a), 17(2), il - …
---+71. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jikkunsidraw li joħorġu twissija ulterjuri lill - PSP, l - IPSP …
---+72. Fir -rigward tal- indirizzar skont l - Artikoli 8(2), il - punt (b), 12(2), il - punt (b) …
---+73. Qabel ma tittieħed id - deċiżjoni li tiġi tterminata relazzjoni ta’ negozju, b’mod partikolari …
---+74. Ir- rapport lill - awtorità kompetenti msemmi fl - Artikoli 8(2), 12(2), 21(2) u 17 tar - …
---+75. Ir- rapport jenħtieġ li jinkludi: a) l- isem tal - PSP, l - IPSP, il - CASP jew l - ICASP …

4.7. PSP, CASP, IPSP jew ICASP li ripetutament jonqsu f’konformità mal - Artikoli 8(2), 12(2), 17(2) u 21(2) tar - Regolament (UE) 2023/1113

4.7.1. Indirizzar ta’ PSP, CASP, IPSP jew ICASP li ripetutament jonqos f’konformità mal - Artikoli 8(2), 12(2), 17(2) u 21(2) tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
67. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom il …

Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jistabbilixxu fil - politiki u l - proċeduri tagħhom il -kriterji kwantitattivi u kwalitattivi li se jużaw biex jiddeterminaw jekk PSP, IPSP, CASP jew ICASP li “ripetutament jonqos” u jiddokumentaw it - trasferimenti kollha b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta.

68. Il- kriterji kwantitattivi jenħtieġ li jinkludu mill - inqas: a) il- perċentwal ta’ …

Il- kriterji kwantitattivi jenħtieġ li jinkludu mill - inqas:

  • a) il- perċentwal ta’ trasferimenti b’informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta mibgħuta minn PSP, IPSP, CASP jew ICASP speċifiku f’perjodu ta’ żmien speċifiku; u
  • b) il- perċentwal ta’ talbiet ta’ segwitu li ma ġewx imwieġba jew li ma ġewx imwieġba b’mod adegwat sa skadenza partikolari.
69. Il- kriterji kwalitattivi jenħtieġ li jinkludu mill - inqas: a) il- livell ta’ kooperazzjoni …

Il- kriterji kwalitattivi jenħtieġ li jinkludu mill - inqas:

  • a) il- livell ta’ kooperazzjoni tal - PSP, l - IPSP, il- CASP jew l - ICASP mitluba relatat ma’ talbiet preċedenti għal informazzjoni nieqsa;
  • b) l- eżistenza ta’ ftehim mal - PSP, l - IPSP, il - CASP jew l - ICASP li jeħtieġ aktar żmien biex tiġi pprovduta l - informazzjoni;
  • c) it- tip ta’ informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta u r - raġuni mogħtija mill - PSP, l - IPSP, il- CASP jew l - ICASP għan - nuqqas ta’ provvediment tal - informazzjoni.
70. It- twissija f’konformità mal - Artikoli 8(2), il - punt (a), 12(2), il - punt (a), 17(2), il - …

It- twissija f’konformità mal - Artikoli 8(2), il - punt (a), 12(2), il - punt (a), 17(2), il - punt (a), u 21(2), il- punt (a), tar - Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li tinforma lill - PSP, lill - IPSP, lis - CASP jew lill- ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment ta l- passi li se jiġu applikati, jekk ikompli jonqos milli jipprovdi l - informazzjoni meħtieġa, inklużi l - iskadenzi.

71. Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jikkunsidraw li joħorġu twissija ulterjuri lill - PSP, l - IPSP …

Il- PSP u s - CASP jenħtieġ li jikkunsidraw li joħorġu twissija ulterjuri lill - PSP, l - IPSP, il - CASP jew l - ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment li kwalunkwe trasferiment futur se jiġi rrifjutat.

72. Fir -rigward tal- indirizzar skont l - Artikoli 8(2), il - punt (b), 12(2), il - punt (b) …

Fir -rigward tal- indirizzar skont l - Artikoli 8(2), il - punt (b), 12(2), il - punt (b), 17(2), il - punt (b), u 21(2), il - punt (b), tar - Regolament (UE) 2023/1113, il - PSP u s - CASP jenħtieġ li jikkunsidraw kif in- nuqqas ripetut mill - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment li jipprovdi informazzjoni u l -attitudni tal- PSP u tas - CASP li jwieġbu għal tali talbiet taffettwa r - riskju ta’ ML/TF assoċjat ma’ dak il - PSP jew is - CASP, u, fejn xieraq, jwettqu monitoraġġ f’ħin reali tat- tranżazzjonijiet kollha riċevuti mingħandhom.

73. Qabel ma tittieħed id - deċiżjoni li tiġi tterminata relazzjoni ta’ negozju, b’mod partikolari …

Qabel ma tittieħed id - deċiżjoni li tiġi tterminata relazzjoni ta’ negozju, b’mod partikolari meta l- PSP, l - IPSP, il - CASP jew l - ICASP preċedenti fil -katina tat- trasferiment ikunu kontroparti rispondenti minn pajjiż terz, il - PSPs, l - IPSPs, is - CASPs u l - ICASPs jenħtieġ li jikkunsidraw jekk ir - riskju jistax jiġi ġestit b’modi oħra jew le, inkluż ex ante permezz tal - applikazzjoni ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa f’konformità mal - Artikolu 19 tad - Direttiva (UE) 2015/849.

4.7.2. Rappurtar ta’ PSP, CASP, IPSP jew ICASP li ripetutament jonqsu lill - awtorità kompetenti f’konformità mal - Artikoli 8(2), 12(2), 17(2) u 21(2) tar - Regolament (UE) 2023/1113

Trasferiment ta’ fondi u kriptoassi

74. Ir- rapport lill - awtorità kompetenti msemmi fl - Artikoli 8(2), 12(2), 21(2) u 17 tar - …

Ir- rapport lill - awtorità kompetenti msemmi fl - Artikoli 8(2), 12(2), 21(2) u 17 tar - Regolament (UE) 2023/1113 jenħtieġ li jiġi ppreżentat mill - PSP, mill - IPSP, mis - CASP u mill - ICASP mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jiġu identifikati l - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l- ICASP li ripetutament naqsu. Ir - rappurtar jenħtieġ li jsir irrispettivament mir - raġuniji et mogħtija mill - PSP, l - IPSP, is - CASP, is - CASP jew l - ICASP li “ripetutament naqsu”, jekk ikun hemm, biex jiġġustifika dak il -ksur, jew il- post tagħhom fl - Unjoni jew barra minnha.

75. Ir- rapport jenħtieġ li jinkludi: a) l- isem tal - PSP, l - IPSP, il - CASP jew l - ICASP …

Ir- rapport jenħtieġ li jinkludi:

  • a) l- isem tal - PSP, l - IPSP, il - CASP jew l - ICASP identifikati bħala li ripetutament naqsu milli jipprovdu l - informazzjoni meħtieġa;
  • b) il- pajjiż li fih il - PSP, l - IPSP, is - CASP jew l - ICASP huwa awtorizzat;
  • c) in-natura tal- ksur, inklużi:
  • i. il- frekwenza tat - trasferimenti b’informazzjoni nieqsa;
  • ii. il- perjodu ta’ żmien li matulu ġie identifikat il - ksur; u
  • iii. kwalunkwe raġuni li l - PSP, l - IPSP, il - CASP jew l - ICASP setgħu taw biex jiġġustifikaw in - nuqqas ripetut tagħhom li jipprovdu l - informazzjoni meħtieġa;
  • d) dettalji tal- passi li ħadu l - PSP, l - IPSP, il - CASP jew l - ICASP tar - rappurtar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/