+6.3 L- ippjanar tat - tranżizzjoni
---+94. L- istituzzjonijiet għandhom jifhmu s - sensittività tagħhom għar - riskji tal - ESG, b’mod …
---+95. Għall - finijiet tal - monitoraġġ u l- indirizzar tar - riskji ambjentali speċifiċi li jistgħu …
---+96. Ir- referenza ġeografika u l - granularità, bħal f’termini ta’ diżaggregazzjonijiet reġjonali …
---+97. Il- firxa u l - kumplessità tax - xenarji użati mill - istituzzjonijiet għandhom ikunu …
---+98. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji u l - perkorsi użati bħala parti mill - …
---+99. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu sett ta’ perjodi ta’ żmien differenti bħala parti …
---+100. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu stadji importanti f’intervalli ta’ żmien regolari …
---+101. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - objettivi u l - miri fuq terminu qasir, medju u …
---+102. Il- proċess tal - ippjanar tat - tranżizzjoni tal - istituzzjonijiet għandu jkollu l - għan li …
---+103. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw firxa ta’ metriċi li jinkludu metriċi li jħarsu ’l quddiem …
---+104. Għall - finijiet tal - istabbiliment tal - miri, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw sett ta’ …
---+105. Meta d - data meħtieġa biex jiġu kkalkolati l - metriċi u biex jiġi appoġġjat l - …
---+106. L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar jistgħu jiddependu minn firxa iżgħar ta’ indikaturi …
---+107. Filwaqt li l - istituzzjonijiet għandhom tal - anqas jużaw taħlita ta’ metriċi relatati mar - …

6.3 L- ippjanar tat - tranżizzjoni

6.3.1. Xenarji u perkorsi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
94. L- istituzzjonijiet għandhom jifhmu s - sensittività tagħhom għar - riskji tal - ESG, b’mod …

L- istituzzjonijiet għandhom jifhmu s - sensittività tagħhom għar - riskji tal - ESG, b’mod partikolari t - tranżizzjoni ambjentali u r - riskji fiżiċi, f’xenarji differenti, inklużi dawk li jimplikaw livelli ogħla ta’ riskju fiżiku jew tranżizzjoni diżordinata. L - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kif xenarji differenti jistgħu jaffettwaw l - isforzi tal - ippjanar tat - tranżizzjoni tagħhom.

95. Għall - finijiet tal - monitoraġġ u l- indirizzar tar - riskji ambjentali speċifiċi li jistgħu …

Għall - finijiet tal - monitoraġġ u l- indirizzar tar - riskji ambjentali speċifiċi li jistgħu jirriżultaw mill - proċess ta’ aġġustament lejn l - objettivi regolatorji relatati mal - klima u l - ambjent tal - ġuriżdizzjonijiet li joperaw fihom, l - istituzzjonijiet għandhom jagħżlu x - xenarji bir - reqqa bil li jieħdu l - passi kollha li ġejjin:

  • a) jivvalutaw l - implikazzjonijiet potenzjali tal - objettivi tal - UE, tal - Istati Membri u, fejn rilevanti, tal - pajjiżi terzi għal perkorsi ta’ tranżizzjoni, tal - anqas għal setturi magħżula ddeterminati abbażi tal - valutazzjoni tal - materjalità. F’dan il - proċess, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - perkorsi possibbli li joriġinaw mill - Patt Ekoloġiku Ewropew, il - Liġi tal - UE dwar il - Klima, u l - aħħar rapporti u miżuri preskritti mill - Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it - Tibdil fil - Klima;
  • b) jikkunsidraw xenarji bbażati fuq ix - xjenza u aġġornati li joriġinaw minn organizzazzjonijiet nazzjonali, tal - UE jew internazzjonali kif imsemmi fil - paragrafu 38;
  • c) iqisu l - objettivi jew l - impenji volontarji jew b’mandat regolatorju tal - istituzzjoni fir - rigward tal - mitigazzjoni tat - tibdil fil - klima u l - adattament għalih.
96. Ir- referenza ġeografika u l - granularità, bħal f’termini ta’ diżaggregazzjonijiet reġjonali …

Ir- referenza ġeografika u l - granularità, bħal f’termini ta’ diżaggregazzjonijiet reġjonali, tax - xenarji u l - perkorsi użati mill - istituzzjonijiet, għandhom ikunu rilevanti għall - mudell tan - negozju u l - iskoperturi tagħhom.

97. Il- firxa u l - kumplessità tax - xenarji użati mill - istituzzjonijiet għandhom ikunu …

Il- firxa u l - kumplessità tax - xenarji użati mill - istituzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati għad - daqs u l - kumplessità tagħhom. L - SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar jistgħu jiddependu fuq sett simplifikat ta’ parametri u suppożizzjonijiet ewlenin, inklużi r - riskji, l - perjodi ta’ żmien ikkunsidrati u t - tqassim reġjonali tal - impatti. L - istituzzjonijiet il - kbar għandhom jagħmlu parametru referenzjarju għall - pjanijiet tagħhom (inklużi l - miri finali u dawk intermedjarji) kontra xenarju kompatibbli mal -limi tazzjoni tat - tisħin globali għal 1.5°C f’konformità mal - Ftehim ta’ Pariġi u mal - objettiv li tinkiseb in - newtralità klimatika sal - 2050, kif stabbilit mil - Liġi tal - UE dwar il -Klima.

98. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji u l - perkorsi użati bħala parti mill - …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji u l - perkorsi użati bħala parti mill - pjanijiet tagħhom ikunu konsistenti fl - organizzazzjoni u l - perjodi ta’ żmien ikkunsidrati, bħal meta jibnu strateġiji ta’ negozju u jistabbilixxu miri għal terminu qasir, medju u fit - tul. L - istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il - proċess għall - għażla tax - xenarju, u r - raġunijiet għal kwalunkwe bidla jew użu differenti. Id - deċiżjonijiet dwar l - użu ta’ xenarji differenti għal skopijiet differenti kif ukoll id - deċiżjonijiet dwar il- modifika tax - xenarji għandhom ikunu ġġustifikati b’mod ċar.

6.3.2. Perjodi ta’ żmien u stadji importanti

99. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu sett ta’ perjodi ta’ żmien differenti bħala parti …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu sett ta’ perjodi ta’ żmien differenti bħala parti mill - pjanijiet tagħhom li għandhom jinkludu orizzont ta’ ppjanar fuq terminu qasir, medju u fit - tul ta’ mill - inqas 10 snin. L - arranġamenti żviluppati biex jimmonitorjaw u jindirizzaw ir - riskji tal - ESG matul il - perjodi taż - żmien għandhom iqisu l - prinċipji deskritti fil - paragrafu 19.

100. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu stadji importanti f’intervalli ta’ żmien regolari …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu stadji importanti f’intervalli ta’ żmien regolari biex jimmonitorjaw u jindirizzaw ir - riskji tal - ESG li jirriżultaw mill - objettivi regolatorji fuq terminu qasir, medju u fit - tul tal - ġuriżdizzjonijiet li joperaw fihom. Dan jinkludi l - objettivi tal - UE li tnaqqas l - emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’55% sal - 2030 meta mqabbla mal - livell tal - 1990 u li tikseb emissjonijiet żero netti sal - 2050, miri klimatiċi intermedji oħra stabbiliti mil - leġiżlazzjoni tal - UE jew, fejn applikabbli, dik nazzjonali, kif ukoll objettivi relatati ma’ fatturi ambjentali oħra bħar - restawr tan - natura19 jew id - deforestazzjoni20 .


19 Ir- Regolament (UE) 2024/1991 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -24 ta’ Ġunju 2024 dwar ir- restawr tan - natura u li jemenda r - Regolament (UE) 2022/869 (ĠU L, 2024/1991, 29.7.2024).

20 Ir- Regolament (UE) 2023/1115 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -31 ta’ Mejju 2023 dwar it - tqegħid fis - suq tal - Unjoni u l - esportazzjoni mill - Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad - deforestazzjoni u d - degradazzjoni tal - foresti u li jħassar ir - Regolament (UE) Nru 995/2010, (ĠU L 150, 09/06/2023, p. 20).

101. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - objettivi u l - miri fuq terminu qasir, medju u …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - objettivi u l - miri fuq terminu qasir, medju u fit - tul jinteraġixxu u jkunu artikolati sew. Dan jinkludi l - iżgurar li objettivi fit - tul, bħal impenji biex jinkisbu emissjonijiet netti żero ta’ gassijiet serra, jissarrfu fi strateġiji fuq terminu medju (eż. politiki settorjali fuq terminu medju jew miri ta’ tkabbir għal - linji tan - negozju) u li metriċi jew miri finanzjarji fuq terminu qasir (eż. indikaturi tal - profittabbiltà, spiża tar - riskju, KPIs, KRIs, limiti tar -ri skji, oqfsa tal - ipprezzar) ikunu koerenti u konsistenti mal - objettivi fuq terminu medju u fit - tul.

6.3.3. Bażi tal - valutazzjoni tal - materjalità

102. Il- proċess tal - ippjanar tat - tranżizzjoni tal - istituzzjonijiet għandu jkollu l - għan li …

Il- proċess tal - ippjanar tat - tranżizzjoni tal - istituzzjonijiet għandu jkollu l - għan li jiġġestixxi r - riskji materjali tal - ESG, b’mod partikolari t - tranżizzjoni ambjentali u r - riskji fiżiċi identifikati abbażi ta’ valutazzjoni tal - materjalità robusta u aġġornata regolarment tar - riskji tal -ESG imwettqa f’konformità mat - Taqsima 4.1. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu azzjonijiet iddedikati sabiex jimmonitorjaw u jindirizzaw riskji materjali tal - ESG li jirriżultaw minn skoperturi, portafolli, u l - attivitajiet ekonomiċi u l - kapaċitajiet ta’ produzzjoni li qed jiġu ffinanzjati, li jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli għall - proċess ta’ aġġustament tal - ekonomija lejn l - objettivi legali u regolatorji applikabbli relatati mal - fatturi tal -ESG.

6.3.4. Metriċi

103. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw firxa ta’ metriċi li jinkludu metriċi li jħarsu ’l quddiem …

L- istituzzjonijiet għandhom jużaw firxa ta’ metriċi li jinkludu metriċi li jħarsu ’l quddiem biex jappoġġjaw l - istabbiliment tal - miri u jixprunaw u jimmonitorjaw l - implimentazzjoni tal - pjanijiet tagħhom.

104. Għall - finijiet tal - istabbiliment tal - miri, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw sett ta’ …

Għall - finijiet tal - istabbiliment tal - miri, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw sett ta’ metriċi u indikaturi filwaqt li jikkunsidraw dawk inklużi fil - paragrafu 81. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw, filwaqt li jqisu l - istrateġiji tan - negozju u l - aptit għar - riskju tagħhom, liema metriċi u miri oħra bbażati fuq ir - riskju u li jħarsu ’l quddiem se jinkludu fil - pjanijiet tagħhom bil- ħsieb li jimmonitorjaw u jindirizzaw ir - riskji tal - ESG. Dan jinkludi l - valutazzjoni, il - kalkolazzjoni u l - użu ta’ metriċi sabiex jiġu evalwati l - implikazzjonijiet finanzjarji tal - ippjanar ta’ tranżizzjoni għan - negozju u l - profil tar - riskju tal - istituzzjonijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u fit - tul, inkluż billi jitkejjel l - impatt tal - ippjanar ta’ tranżizzjoni fuq il - prestazzjoni finanzjarja, is - sorsi tad - dħul, il - profittabilità, u l - livell ta’ riskju tal - portafolli.

105. Meta d - data meħtieġa biex jiġu kkalkolati l - metriċi u biex jiġi appoġġjat l - …

Meta d - data meħtieġa biex jiġu kkalkolati l - metriċi u biex jiġi appoġġjat l - istabbiliment tal - miri tkun nieqsa, l - istituzzjonijiet għandhom isegwu l - passi deskritti fil - paragrafi 26, 27 u 29.

106. L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar jistgħu jiddependu minn firxa iżgħar ta’ indikaturi …

L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar jistgħu jiddependu minn firxa iżgħar ta’ indikaturi għall - użu ta’ metriċi u l - istabbiliment ta’ miri u jifformulaw sa punt ogħla objettivi kwalitattivi.

107. Filwaqt li l - istituzzjonijiet għandhom tal - anqas jużaw taħlita ta’ metriċi relatati mar - …

Filwaqt li l - istituzzjonijiet għandhom tal - anqas jużaw taħlita ta’ metriċi relatati mar - riskji relatati mal- klima, għandhom jieħdu passi biex progressivament jinkludu metriċi li jappoġġjaw il- valutazzjoni tar - riskju u t - tmexxija strateġika relatati mal - iskopertura tal - istituzzjonijiet għal riskji ambjentali għajr dawk relatati mal - klima, u l - ġestjoni tagħhom, eż. riskji li jirriżultaw mid - degradazzjoni tal - ekosistemi u t - telf tal - bijodiversità u l - influwenza riflettiva potenzjali tagħhom b’riskji relatati mal - klima, kif ukoll riskji soċjali u ta’ governanza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/