+6.1. Testijiet tal - istress
---+41. L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw fatturi ambjentali fil - qafas tal - ittestjar tal - …
---+42. F’konformità mal - Artikolu 177(2) u (2a) tar -Regolament (UE) Nru 575/2013, l - …
---+43. Għall - finijiet tal - eżerċizzju tal - ittestjar tal - istress tagħhom, l - istituzzjonijiet …
---+44. Meta jiddefinixxu x - xenarju bażi tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jassumu …
---+45. Għas - sett ta’ xenarji negattivi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ix - xokkijiet …
---+46. Meta jinkorporaw varjabbli ambjentali fil - qafas tal - ittestjar tal - istress eżistenti …
---+47. Sabiex tiġi ffaċilitata integrazzjoni bla xkiel tal -varjabbli ambjentali, l- istituzzjonijiet …
---+48. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - dimensjonijiet tas - settur tal - industrija u tal …
---+49. Fejn possibbli u filwaqt li jqisu l - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom, l - …
---+50. L- istituzzjonijiet jistgħu jużaw suppożizzjoni kostanti tal - karta tal - bilanċ, iżda huma …
---+51. L- istituzzjonijiet għandhom progressivament jinkorporaw il - fatturi ambjentali fil -mudelli …
---+52. B’deroga mill-paragrafu 15 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar l- ittestjar tal - istress tal - …
|
6.1. Testijiet tal - istress
6.1. Testijiet tal - istress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
41. L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw fatturi ambjentali fil - qafas tal - ittestjar tal - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw fatturi ambjentali fil - qafas tal - ittestjar tal - istress tagħhom, elaborat f’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar l- ittestjar tal - istress tal - istituzzjoni.
|
|
42. F’konformità mal - Artikolu 177(2) u (2a) tar -Regolament (UE) Nru 575/2013, l - …
|
F’konformità mal - Artikolu 177(2) u (2a) tar -Regolament (UE) Nru 575/2013, l - istituzzjonijiet li jużaw l - Approċċ IRB huma meħtieġa jwettqu b’mod regolari testijiet tal - istress tar - riskju ta’ kreditu li għandhom iqisu l - effetti ta’ xenarji ta’ reċessjoni severi, iżda plawżibbli” u li għandhom jinkludu “motivaturi tar - riskju ESG, b’mod partikolari motivaturi tar - riskju fiżiku u tar- riskju ta’ tranżizzjoni li jirriżultaw mit - tibdil fil - klima” . Il- metodoloġija għat - twettiq ta’ testijiet tal - istress f’konformità ma’ dan l- Artikolu għandha tkun konsistenti, sa fejn ikun xieraq, mal - metodi stabbiliti fit - Taqsima 4.7.1 tal -Linji Gwida tal-EBA dwar l- ittestjar tal - istress tal - istituzzjonijiet, u f’din it - taqsima.
|
|
43. Għall - finijiet tal - eżerċizzju tal - ittestjar tal - istress tagħhom, l - istituzzjonijiet …
|
Għall - finijiet tal - eżerċizzju tal - ittestjar tal - istress tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw xenarju bażi, kif ukoll sett ta’ xenarji avversi li huma definiti bħala xenarji severi (jiġifieri riskju ta’ titrif) iżda plawżibbli (jiġifieri raġonevolment probabbli).
|
|
44. Meta jiddefinixxu x - xenarju bażi tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jassumu …
|
Meta jiddefinixxu x - xenarju bażi tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jassumu kontinwazzjoni tal - kundizzjonijiet u x - xejriet attwali, inklużi x - xejriet mistennija fir - riskji ambjentali, mingħajr ma jassumu xokkijiet estremi jew bidliet fil - politika. Ix - xenarju bażi għandu jqis, fejn x’aktarx ikollu impatti materjali, il - politiki adottati jew li jkunu se jiġu adottati matul il- perjodu taħt kunsiderazzjoni.
|
|
45. Għas - sett ta’ xenarji negattivi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ix - xokkijiet …
|
Għas - sett ta’ xenarji negattivi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ix - xokkijiet ambjentali bħala xokkijiet fost l - oħrajn. Meta x - xokkijiet ta’ oriġini differenti jingħaqdu, l - istituzzjonijiet għandhom jeżaminaw f’aktar dettall il - konsegwenzi ta’ daw n ir- riskji komposti li jistgħu jamplifikaw l - impatti lil hinn minn aggregazzjoni sempliċi tal - impatti tax - xenarji klimatiċi, ambjentali u makroekonomiċi analizzati separatament.
|
|
46. Meta jinkorporaw varjabbli ambjentali fil - qafas tal - ittestjar tal - istress eżistenti …
|
Meta jinkorporaw varjabbli ambjentali fil - qafas tal - ittestjar tal - istress eżistenti tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom iwettqu analiżi bir - reqqa tal - lakuni tal -mudelli tal- ittestjar tal - istress tagħhom biex jidentifikaw oqsma fejn il - kapaċitajiet ta’ mmudellar attwali jeħtieġ li jittejbu biex iqisu b’mod adegwat ir - riskji ambjentali. Minħabba li r - riskji ambjentali mhumiex primarjament koperti minn varjabbli ekonomiċi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw reviżjoni fil -fond tal- approċċi tagħhom, u mhux aġġustamenti ad hoc multipli.
|
|
47. Sabiex tiġi ffaċilitata integrazzjoni bla xkiel tal -varjabbli ambjentali, l- istituzzjonijiet …
|
Sabiex tiġi ffaċilitata integrazzjoni bla xkiel tal -varjabbli ambjentali, l- istituzzjonijiet jista’ jkollhom bżonn jittestjaw l - approċċi l - ġodda jew il -moduli tar- riskju ambjentali separatament qabel l - integrazzjoni sħiħa tagħhom. Fil - fażi tal - ittestjar, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu kawti meta jużaw ir - riżultati tat - testijiet tal - istress għat - teħid ta’ deċiżjonijiet.
|
|
48. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - dimensjonijiet tas - settur tal - industrija u tal …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - dimensjonijiet tas - settur tal - industrija u tal - pajjiż jew tal- pożizzjoni ġeografika jitqiesu tajjeb fil - mudelli tagħhom tat - test tal - istress. Filwaqt li jiżviluppaw mudelli ġodda jew jestendu l - granularità tal -mude lli eżistenti, l - istituzzjonijiet għandhom jintroduċu varjabbli sensittivi għar - riskji ambjentali b’rabta mal - identifikazzjoni tal- kanali ta’ trażmissjoni previsti fit - Taqsima 5.1.
|
|
49. Fejn possibbli u filwaqt li jqisu l - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom, l - …
|
Fejn possibbli u filwaqt li jqisu l - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom japplikaw xokkijiet ambjentali relatati ma’ xenarji avversi direttament fil -livell tal-esponiment. Għal riskji li l - materjalità tagħhom hija primarjament ir- riżultat ta’ effett ta’ konċentrazzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom japplikaw ix - xokkijiet għal gruppi ta’ kontropartijiet bi profil simili ta’ esponiment għal riskji ambjentali.
|
|
50. L- istituzzjonijiet jistgħu jużaw suppożizzjoni kostanti tal - karta tal - bilanċ, iżda huma …
|
L- istituzzjonijiet jistgħu jużaw suppożizzjoni kostanti tal - karta tal - bilanċ, iżda huma mħeġġa jinkorporaw, kemm jista’ jkun, bidliet sinifikanti fil - kompożizzjoni tal - portafolli tagħhom li jirriżultaw mill - istrateġija approvata tal - istituzzjoni, fejn dawn għandhom iseħħu matul il - perjodu tat- test tal - istress. Bħala komplement, l - istituzzjonijiet jistgħu jużaw approċċ dinamiku sħiħ tal - karta bilanċjali skont il - prattiki u l - ħtiġijiet tagħhom.
|
|
51. L- istituzzjonijiet għandhom progressivament jinkorporaw il - fatturi ambjentali fil -mudelli …
|
L- istituzzjonijiet għandhom progressivament jinkorporaw il - fatturi ambjentali fil -mudelli tagħhom tal - ittestjar tal - istress, billi jibdew bil -mudelli tar- riskju ta’ kreditu, u jimmiraw li jaqbdu gradwalment l - impatti tal - bidliet ambjentali fuq kategoriji oħra ta’ riskju tradizzjonali, inkluż ir - riskju tas - suq, operazzjonali u tal - likwidità fil - portafolli, is - setturi u l - ġeografiji rilevanti kollha.
|
|
52. B’deroga mill-paragrafu 15 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar l- ittestjar tal - istress tal - …
|
B’deroga mill-paragrafu 15 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar l- ittestjar tal - istress tal - istituzzjonijiet, l - istituzzjonijiet mhumiex meħtieġa jinkorporaw ir - riskji ambjentali fl - ittestjar tal- istress invers tagħhom. Huma jistgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja jekk iqisu li dan ikun utli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|