+4.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+56. Dan it-titolu jispeċifika kriterji għall-valutazzjoni tal-mudell tan-negozju u l-istrateġija …
---+57. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-eżitu tal-BMA biex jappoġġaw il-valutazzjoni …
---+58. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ …
---+59. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ukoll l-analiżi tal-mudell tan-negozju biex jivvalutaw …
---+60. Biex iwettqu l-BMA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw tal-anqas is-sorsi ta’ …
|
4.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
4.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
56. Dan it-titolu jispeċifika kriterji għall-valutazzjoni tal-mudell tan-negozju u l-istrateġija …
|
Dan it-titolu jispeċifika kriterji għall-valutazzjoni tal-mudell tan-negozju u l-istrateġija tal-istituzzjoni. L-għan ta’ din il-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti huwa li jinkiseb fehim komprensiv – kemm fil-perspettiva kurrenti kif ukoll prospettiva – tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni, li jiġu identifikati vulnerabbiltajiet sinifikanti eżistenti jew potenzjali li huma l-aktar probabbli li jkollhom impatt materjali fuq l-istituzzjoni, u li tiġi vvalutata s-solidità globali tal-mudell tan-negozju u tal-istrateġija tagħha. Wara din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw: - a. il-vijabbiltà tal-mudell tan-negozju kurrenti tal-istituzzjoni, imkejla fuq il-kapaċità tagħha biex tiġġenera redditi aċċettabbli matul it-12-il xahar sussegwenti;
- b. is-sostenibbiltà tal-istrateġija tal-istituzzjoni, fuq il-bażi tal-kapaċità tagħha li tiġġenera redditi aċċettabbli fuq perjodu prospettiv ta’ mill-anqas 3 snin, kif jirriżulta mill-pjanijiet strateġiċi u l-projezzjonijiet finanzjarji tagħha.
|
|
57. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-eżitu tal-BMA biex jappoġġaw il-valutazzjoni …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-eżitu tal-BMA biex jappoġġaw il-valutazzjoni tal-elementi l-oħrajn kollha tal-SREP. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw aspetti speċifiċi tal-BMA, b’mod partikolari l-valutazzjoni kwantitattiva tal-mudell tan-negozju, bħala parti mill-valutazzjoni ta’ elementi oħrajn tal-SREP (eż. il-fehim li l-istruttura ta’ finanzjament tista’ tkun parti mir-riskji għall-valutazzjoni tal-likwidità).
|
|
58. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG), filwaqt li jagħtu prijorità lit-tranżizzjoni ambjentali u r-riskji fiżiċi, meta jwettqu l-BMA, bil-għan li jivvalutaw l-implikazzjonijiet strateġiċi u prudenzjali ta’ dawn ir-riskji għall-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil.
|
|
59. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ukoll l-analiżi tal-mudell tan-negozju biex jivvalutaw …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ukoll l-analiżi tal-mudell tan-negozju biex jivvalutaw l-implikazzjonijiet prudenzjali tar-riskji tal-ML/TF, marbuta mal-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-input li jirċievu mis-superviżuri fil-qasam tal-AML/CFT biex jikkomplementaw is-sejbiet tagħhom minn superviżjoni kontinwa u jevalwaw jekk jagħtux lok għal tħassib prudenzjali relatat mar-riskju tal-ML/TF. Meta l-valutazzjoni tindika li l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni jwassal għal tħassib prudenzjali relatat mar-riskju tal-ML/TF, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkondividu l-eżitu tal-valutazzjoni prudenzjali tal-mudell tan-negozju mas-superviżuri fil-qasam tal-AML/CFT16 .
16 F’konformità mal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Kooperazzjoni fil-qasam tal-AML/CFT (EBA/GL/2021/15).
|
|
60. Biex iwettqu l-BMA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw tal-anqas is-sorsi ta’ …
|
Biex iwettqu l-BMA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw tal-anqas is-sorsi ta’ informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li ġejjin: - a. pjan(ijiet) strateġiku/strateġiċi tal-istituzzjoni bi previżjonijiet għas-sena kurrenti u prospettivi, u suppożizzjonijiet ekonomiċi sottostanti;
- b. rapportar finanzjarju (eż. profitt u telf - P&L, divulgazzjonijiet fil-karta bilanċjali);
- c. rapportar regolatorju (COREP, FINREP u reġistru ta’ kreditu, fejn disponibbli);
- d. rapportar intern (informazzjoni ta’ ġestjoni, inkluż – fejn disponibbli – il-kontribut għall-profittabbiltà skont il-linji operatorji, l-ippjanar tal-kapital, ir-rapportar tal-likwidità, ir-reżiljenza operazzjonali, ir-rapporti interni dwar ir-riskju);
- e. pjanijiet ta’ rkupru;
- f. pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż ix-xogħol u l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà pprovduta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/59/UE;
- g. il-pjan tal-istituzzjoni biex tindirizza r-riskji tal-ESG, li għandu jiġi ppreparat f’konformità mal-Artikolu 76(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
- h. rapporti ta’ partijiet terzi (eż. rapporti tal-awditjar, rapporti minn analisti ta’ ekwità/kreditu);
- i. studji/stħarriġiet makroprudenzjali jew dwar l-istabbiltajiet finanzjarji rilevanti oħra (eż. mill-Fond Monetarju Internazzjonali - IMF, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet makroprudenzjali, l-istituzzjonijiet Ewropej).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|