+4.2. Identifikazzjoni tal-oqsma ta’ fokus għall-BMA
---+61. F’konformità mal-mudell ta’ involviment stabbilit fit-Titolu 2, l-awtoritajiet kompetenti …
---+62. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar il-materjalità tal-bidliet …
---+63. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal-materjalità tal-linji operatorji …
|
4.2. Identifikazzjoni tal-oqsma ta’ fokus għall-BMA
Oqsma ta’ valutazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
61. F’konformità mal-mudell ta’ involviment stabbilit fit-Titolu 2, l-awtoritajiet kompetenti …
|
F’konformità mal-mudell ta’ involviment stabbilit fit-Titolu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw l-analiżi tagħhom fuq l-aktar oqsma ta’ valutazzjoni materjali għall-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni. L-ambitu u l-profondità tal-BMA jistgħu jiġu differenzjati skont l-għadd u n-natura tar-reviżjonijiet superviżorji diġà mwettqa fuq dik l-istituzzjoni. Din il-valutazzjoni għandha fi kwalunkwe każ tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiffurmaw perspettiva dwar il-vijabbiltà u s-sostenibbiltà ġenerali tal-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni.
|
|
62. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar il-materjalità tal-bidliet …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar il-materjalità tal-bidliet fil-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni meta mqabbla mar-rieżami superviżorju preċedenti, sabiex jiddeċiedu dwar l-ambitu u l-profondità tal-valutazzjoni tagħhom u dwar il-punt sa fejn il-valutazzjoni superviżorja preċedenti tista’ tintuża bħala linja bażi għal dik ġdida. Fil-formazzjoni ta’ din il-perspettiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, jikkunsidraw jekk kienx hemm bidliet rilevanti fl-oqsma li ġejjin tal-istituzzjoni: - a. il-pjan strateġiku li ġie kkomunikat u vvalutat qabel;
- b. l-istruttura u l-kompożizzjoni tal-karta bilanċjali, inklużi l-bidliet fis-sorsi tal-profitt u l-konċentrazzjoni tagħhom, it-tkabbir tal-assi, il-bidliet fl-istruttura tal-obbligazzjonijiet, jew il-bidla fl-indikaturi finanzjarji u tar-riskju rilevanti, u jikkunsidraw ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-indikaturi deskritt fit-Titolu 3;
- c. governanza u operazzjonijiet, inklużi akkwisti, fużjonijiet jew divestimenti ta’ entitajiet oħrajn, il-ftuħ jew il-ħruġ ta’ linji operatorji jew swieq ġeografiċi kif ukoll bidliet fl-infrastruttura tal-IT.
Identifikazzjoni tal-linji operatorji l-aktar importanti
|
|
63. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal-materjalità tal-linji operatorji …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal-materjalità tal-linji operatorji tal-istituzzjoni biex jiddeterminaw l-oqsma ewlenin li l-BMA għandha tiffoka fuqhom. Meta jwettqu din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu: - a. ir-rilevanza tal-linji operatorji f’termini tal-ġenerazzjoni ta’ profitti/telf, inklużi l-ġeografiji, is-sussidjarji/il-fergħat u l-linji tal-prodotti li huma l-aktar materjali abbażi tal-kontribuzzjoni tagħhom għad-dħul/għall-kostijiet globali fil-P&L, ir-riskju (eż. abbażi tat-TREA jew ta’ miżuri oħra ta’ riskju) u/jew il-prijoritajiet organizzazzjonali/statutorji (eż. obbligi speċifiċi għall-banek tas-settur pubbliku biex joffru prodotti speċifiċi);
- b. sejbiet superviżorji preċedenti, inklużi dawk li jirriżultaw minn spezzjonijiet fuq il-post – fejn dawn is-sejbiet jistgħu jipprovdu indikaturi dwar linji operatorji li jeħtieġu aktar investigazzjoni –, kif ukoll sejbiet u osservazzjonijiet minn rapporti ta’ awditjar interni jew esterni – dwar jekk il-funzjoni tal-awditjar intern identifikatx kwistjonijiet speċifiċi rigward is-sostenibbiltà jew il-vijabbiltà ta’ ċerti linji operatorji;
- c. eżiti ta’ reviżjonijiet superviżorji tematiċi – jekk analiżi fis-settur kollu żvelatx kwistjonijiet sottostanti komuni li jwasslu għal analiżi addizzjonali speċifika għall-istituzzjoni;
- d. importanza għall-pjanijiet strateġiċi – jekk hemmx linji operatorji li l-istituzzjoni tixtieq li jikbru b’mod sostanzjali jew li jonqsu;
- e. paraguni bejn il-pari – jekk linja operatorja kellhiex prestazzjoni atipika (kienet outlier) meta mqabbla mal-pari, fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Biex jidentifikaw pari rilevanti għall-BMA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-linji tal-prodott/operatorji rivali li għandhom fil-mira l-istess sors ta’ profitti/klijenti, ir-reġimi regolatorji u r-riskji ġeopolitiċi tal-post tal-operazzjonijiet kif ukoll fatturi oħra xierqa għas-settur li fih topera l-istituzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|