+8.4. Valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament
---+393. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal-profil tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament …
---+394. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex strateġija …
---+395. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas …
---+396. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex politiki u …
---+397. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-approċċ tal-istituzzjoni biex …
---+398. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas u sistemi …
---+399. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet għandhomx qafas ta’ …
---+400. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċess tal-kejl tar-riskju …
---+401. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex sett adegwat ta’ …
---+402. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li l-indikaturi huma dokumentati b’mod adegwat …
|
8.4. Valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament
8.4. Valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
393. Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal-profil tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament …
|
Sabiex jiksbu fehim komprensiv tal-profil tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u n-natura interkonnessa tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu wkoll il-qafas tal-ġestjoni tal-governanza u tar-riskju sottostanti r-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament tagħha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw: - a. l-istrateġija tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament u l-aptit għar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament;
- b. il-qafas, il-politiki u l-proċeduri organizzazzjonali;
- c. l-identifikazzjoni, il-kejl, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskju;
- d. it-testijiet tal-istress speċifiċi għal-likwidità u l-finanzjament tal-istituzzjoni;
- e. il-qafas ta’ kontroll intern għall-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità u r-riskju ta’ finanzjament;
- f. il-pjanijiet ta’ kontinġenza tal-likwidità u l-pjanijiet ta’ rkupru tal-istituzzjoni;
- g. il-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjoni.
Strateġija tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament u l-aptit għar-riskju
|
|
394. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex strateġija …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex strateġija tar-riskju ta’ likwidità/finanzjament soda, ifformulata, iddokumentata u kkomunikata b’mod ċar, approvata mill-korp maniġerjali. Għal din il-valutazzjoni, fost fatturi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol tal-korp maniġerjali fl-istabbiliment, l-approvazzjoni u r-reviżjoni tal-istrateġija u l-aptit għar-riskju ta’ likwidità/finanzjament (inklużi s-suppożizzjonijiet sottostanti ewlenin tagħha), l-implimentazzjoni xierqa ta’ din l-istrateġija mill-korp maniġerjali kif ukoll l--adegwatezza tagħha għall-istituzzjoni, fid-dawl tal-mudell tan-negozju tagħha, it-tolleranza globali għar-riskju, ir-rwol fis-sistema finanzjarja, il-kundizzjoni finanzjarja u l-kapaċità ta’ finanzjament. Qafas, politiki u proċeduri organizzazzjonali
|
|
395. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas organizzazzjonali u arranġamenti ta’ governanza xierqa għall-ġestjoni tar-riskji ta’ likwidità u ta’ finanzjament, inkluż qafas tal-ILAAP robust f’konformità mal-paragrafu 91 tat-Titolu 5 ta’ dawn il-Linji gwida. Barra minn hekk, għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni implimentatx funzjonijiet ta’ kejl u kontroll xierqa, b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti biex tiżviluppa u timplimenta dawn il-funzjonijiet u biex twettaq il-kompiti ta’ monitoraġġ meħtieġa. Il-kontroll tar-riskju ta’ likwidità u l-monitoraġġ tas-sistemi u l-proċessi għandhom ikunu kkontrollati minn funzjoni indipendenti.
|
|
396. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex politiki u …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex politiki u proċeduri xierqa għall-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament u jekk dawn humiex konsistenti mal-aptit għar-riskju ta’ likwidità tal-istituzzjoni. Dan jinkludi valutazzjoni dwar jekk il-politiki u l-proċeduri humiex definiti sew, formalizzati u kkomunikati b’mod effettiv fl-istituzzjoni kollha. Il-korp maniġerjali għandu japprova u jirrevedi b’mod regolari l-politiki u l-proċeduri, u dawn għandhom jiġu implimentati mill-maniġment superjuri.
|
|
397. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-approċċ tal-istituzzjoni biex …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-approċċ tal-istituzzjoni biex iżżomm l-aċċess għas-suq fis-swieq ta’ finanzjament sinifikanti tagħha, inkluż kwalunkwe ttestjar tal-aċċess għas-suq li jkun twettaq, l-approċċ tal-istituzzjoni biex iżżomm preżenza kontinwa fis-swieq (għal istituzzjonijiet żgħar speċifiċi jew mudelli ta’ negozju speċjalizzati, l-ittestjar tal-aċċess għas-swieq jista’ ma jkunx rilevanti), l-approċċ tal-istituzzjoni għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet b’saħħithom ma’ fornituri ta’ finanzjament, u kwalunkwe evidenza li l-istituzzjoni se jibqa’ jkollha aċċess kontinwu għas-suq fi żminijiet ta’ stress. Identifikazzjoni, kejl, ġestjoni, monitoraġġ u rapportar tar-riskju
|
|
398. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas u sistemi …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas u sistemi tal-IT xierqa għall-identifikazzjoni u l-kejl tar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament, skont id-daqs, il-kumplessità, l-aptit għar-riskju u l-kapaċità tat-teħid ta’ riskju tal-istituzzjoni. Huma għandhom jikkunsidraw il-fatturi li ġejjin: - a. jekk l-istituzzjoni tkunx implimentat metodi xierqa għall-ipproġettar tal-flussi tal-flus tagħha matul sett adegwat ta’ perjodi ta’ żmien, jekk wieħed jassumi sitwazzjonijiet ta’ żamma tal-istatus quo u ta’ stress, u b’mod komprensiv fir-rigward tal-motivaturi materjali tar-riskju;
- b. jekk l-istituzzjoni tużax suppożizzjonijiet u metodoloġiji ewlenin xierqa, li jiġu riveduti b’mod regolari, li jirrikonoxxu l-interazzjoni bejn ir-riskji differenti (ta’ kreditu, tas-suq, IRRBB eċċ) li jirriżultaw kemm mill-entrati li jidhru kif ukoll dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali;
- c. jekk l-istituzzjoni tifhimx il-kapaċità tagħha li jkollha aċċess għal strumenti finanzjarji jkunu fejn ikunu miżmuma, b’kunsiderazzjoni għal kwalunkwe restrizzjoni legali, regolatorja u operazzjonali fuq l-użu tagħhom, inkluż, pereżempju, in-nuqqas ta’ aċċessibbiltà ta’ assi minħabba aggravju matul perjodi ta’ żmien differenti.
|
|
399. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet għandhomx qafas ta’ …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet għandhomx qafas ta’ rapportar xieraq għar-riskju ta’ likwidità u ta’ finanzjament li ġie miftiehem mill-maniġment superjuri. Għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-kwalità tas-sistemi tal-informazzjoni u l-flussi interni ta’ informazzjoni użati biex jiġġeneraw ir-rapportar u jekk ir-rapportar jistax jinftiehem mill-udjenza fil-mira, u jekk huwiex preċiż u utilizzabbli (eż. fil-ħin, mhux eċċessivament kumpless, fl-ambitu korrett). Ir-rapportar għandu jiġi pprovdut b’mod regolari lir-riċevituri xierqa (bħall-korp maniġerjali, il-maniġment superjuri jew kumitat tal-assi u l-obbligazzjonijiet).
|
|
400. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċess tal-kejl tar-riskju …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċess tal-kejl tar-riskju ta’ likwidità tal-istess ġurnata, speċjalment għal dawk l-istituzzjonijiet li jipparteċipaw f’sistemi ta’ ħlas, saldu u kklerjar. Għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni jekk l-istituzzjoni timmonitorjax u tikkontrollax b’mod adegwat il-flussi ta’ flus u r-riżorsi likwidi disponibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istess ġurnata u l-previżjonijiet dwar meta se jseħħu l-flussi ta’ flus matul il-ġurnata, u jekk l-istituzzjoni twettaqx testijiet ta’ stress speċifiċi adegwati għall-operazzjonijiet tal-istess ġurnata, filwaqt li jqisu wkoll l-iżviluppi tan-negozju (eż. il-possibbiltà ta’ pagamenti istantanji).
|
|
401. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex sett adegwat ta’ …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex sett adegwat ta’ indikaturi tal-likwidità u tal-finanzjament. Huma għandhom iqisu: - a. jekk l-indikaturi jirriflettux b’mod adegwat il-profil tar-riskju ta’ likwidità tal-istituzzjoni inkluż il-grad ta’ diversifikazzjoni tal-assi fil-bafer ta’ likwidità u l-konsistenza bejn id-denominazzjoni tal-munita tal-assi likwidi tagħhom u d-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità tagħhom;
- b. jekk l-indikaturi jkoprux b’mod adegwat l-aspetti ewlenin tar-riskju ta’ likwidità relatati ma’ riskji potenzjali ta’ preċipizju bħall-konċentrazzjoni tal-maturitajiet tal-ħruġ (meta jitqies ukoll kwalunkwe rtirar bikri potenzjali tal-obbligazzjonijiet) u l-programmi ta’ appoġġ tal-bank ċentrali;
- c. jekk l-indikaturi jippermettux l-identifikazzjoni tal-vulnerabbiltajiet tal-finanzjament strutturali tal-istituzzjoni, inkluż kwalunkwe konċentrazzjoni fi swieq, muniti, kontropartijiet u maturitajiet partikolari;
- d. jekk l-indikaturi jipprovdux ħarsa lejn ir-”riġidità” tal-finanzjament tal-istituzzjonijiet (indipendentement minn dak li huwa preżunt fl-LCR jew fl-NSFR), inkluż id-diżaggregazzjoni f’kategoriji omoġenji f’konformità mal-proprjetajiet tar-riskju tagħhom, u l-proporzjon ta’ depożiti li jinsabu barra mill-ambitu ta’ skema ta’ garanzija/assigurazzjoni.
|
|
402. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li l-indikaturi huma dokumentati b’mod adegwat …
|
L-istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li l-indikaturi huma dokumentati b’mod adegwat, riveduti perjodikament, użati bħala inputs biex jiddefinixxu l-aptit għar-riskju tal-istituzzjoni, parti mir-rapportar tal-ġestjoni u użati għall-istabbiliment tal-limiti operattivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|