+5.4.4 Attivitajiet ta’ likwidazzjoni
---+116. Jekk ma tkun tista’ tintlaħaq l - ebda soluzzjoni sostenibbli ta’ ristrutturar, l - …
---+117. L- attivitajiet ta’ likwidazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati mill - istituzzjoni ta’ kreditu …
---+118. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw il - volumi u r - rati ta’ rkupru ta’ …
---+119. Għal skoperturi koperti b’kollateral jew b’xi tip ieħor ta’ garanzija, l - istituzzjonijiet …
---+120. Il - monitoraġġ tar - rati ta’ rkupru minn preklużjoni u proċedimenti legali oħrajn għandu …
---+121. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jimmonitorjaw it - tul medju tal - proċeduri …
---+122. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitorjaw bir - reqqa l - każijiet fejn id - dejn …

5.4.4 Attivitajiet ta’ likwidazzjoni

5.4.4 Attivitajiet ta’ likwidazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
116. Jekk ma tkun tista’ tintlaħaq l - ebda soluzzjoni sostenibbli ta’ ristrutturar, l - …

Jekk ma tkun tista’ tintlaħaq l - ebda soluzzjoni sostenibbli ta’ ristrutturar, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu xorta għandhom jirriżolvu l - NPE. Ir - riżoluzzjoni tista’ tinvolvi t - tnedija ta’ proċeduri legali, il - preklużjoni ta’ assi, dejn ma’ tpartit ta’ assi/ekwità, disponiment ta’ faċilitajiet ta’ kreditu permezz ta’ bejgħ, trasferiment lil kumpanija jew titolizzazzjoni tal - immaniġġjar tal - assi. Fejn il - prezz miksub mill - preklużjoni ta’ proprjetà immobbli jaffettwa l - ammont dovut minn konsumatur, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu, meta jiddeċiedu dwar il - miżura ta’ likwidazzjoni u l - passi li jmiss, id - dispożizzjonijiet tal - Artikolu 17(5) tad - Direttiva 2014/17/UE,25 sal - punt applikabbli


25 Id - Direttiva 2014/17/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall - konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d - Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r - Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

117. L- attivitajiet ta’ likwidazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati mill - istituzzjoni ta’ kreditu …

L- attivitajiet ta’ likwidazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati mill - istituzzjoni ta’ kreditu biex tgħin fl - iżvilupp ta’ strateġiji u politiki. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitorjaw iċ - ċessjonijiet u jimmonitorjaw il - bejgħ/prezzijiet ta’ trasferiment realizzati fil - konfront tal - ammonti riportati netti.

118. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw il - volumi u r - rati ta’ rkupru ta’ …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw il - volumi u r - rati ta’ rkupru ta’ każijiet legali u ta’ preklużjoni. Il - prestazzjoni f’dan ir - rigward għandha titkejjel skont il - miri stabbiliti, f’termini ta’ għadd ta’ xhur/snin u telf għall - istituzzjoni. Fil - monitoraġġ tar - rata ta’ telf attwali, l - istituzzjonijiet huma mistennija li jibnu serje kronoloġika storika għal kull portafoll ta’ self biex isostnu s - suppożizzjonijiet użati għal skopijiet ta’ reviżjoni ta’ indeboliment u ta’ eżerċizzji ta’ test tal - istress.

119. Għal skoperturi koperti b’kollateral jew b’xi tip ieħor ta’ garanzija, l - istituzzjonijiet …

Għal skoperturi koperti b’kollateral jew b’xi tip ieħor ta’ garanzija, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitorjaw il - perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jillikwidaw il - kollateral jew biex jinfurzaw garanzija. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jimmonitorjaw it - telf impost potenzjali tal - bejgħ sfurzat meta jiġu likwidati u l - iżviluppi f’ċerti swieq (eż. is - swieq tal - proprjetà) sabiex tinkiseb perspettiva dwar ir - rati ta’ rkupru potenzjali.

120. Il - monitoraġġ tar - rati ta’ rkupru minn preklużjoni u proċedimenti legali oħrajn għandu …

Il - monitoraġġ tar - rati ta’ rkupru minn preklużjoni u proċedimenti legali oħrajn għandu jgħin lill - istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jivvalutaw b’mod affidabbli jekk id - deċiżjoni ta’ preklużjoni hijiex se tipprovdi valur preżenti nett ogħla milli ssegwi opzjoni ta’ tolleranza. Id - data dwar ir - rati ta’ rkupru mill - preklużjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa u jiġu inklużi f’emendi potenzjali fl - istrateġiji tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għall - immaniġġjar tal - irkupru tad - dejn/portafolli legali tagħhom.

121. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jimmonitorjaw it - tul medju tal - proċeduri …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jimmonitorjaw it - tul medju tal - proċeduri legali li tlestew reċentement u l - ammonti medji rkuprati (inklużi l - kostijiet ta’ rkupru relatati) minn dawn il - proċeduri kompluti.

122. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitorjaw bir - reqqa l - każijiet fejn id - dejn …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitorjaw bir - reqqa l - każijiet fejn id - dejn jiġi skambjat ma’ assi jew ekwità tal - mutwatarju, tal - inqas bl - użu ta’ indikaturi tal - volum skont it - tip ta’ assi, u jiżguraw konformità ma’ kwalunkwe limitu stabbilit mir - regolamenti nazzjonali rilevanti dwar il - parteċipazzjonijiet. L - użu ta’ dan l - approċċ bħala miżura ta’ tolleranza għandu jkun appoġġat minn pjan tan - negozju xieraq u limitat għal assi li fir - rigward tagħhom l - istituzzjoni għandha biżżejjed għarfien espert u s - suq jippermetti li l - valur determinat jiġi estratt mill - assi fit - terminu qasir sa medju. L - istituzzjoni għandha wkoll tiżgura li l - valutazzjoni tal - assi ssir minn evalwaturi kwalifikati u ta’ esperjenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/