+1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu
---+14. Skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet huma meħtieġa li jkollhom fis …
---+15. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tispeċifika l - komponenti kollha ta’ remunerazzjoni u …
---+16. Il-politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjoni għall - persunal kollu għandha tkun …
---+17. L-istituzzjonij iet għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtoritajiet kompetenti li l-politika u …
---+18. Meta tingħata remunerazzjoni varjabbli, għoti bħal dan għandu jkun ibbażat fuq il-prestazzjoni …
---+19. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tappoġġja lill - istituzzjoni sabiex tikseb u żżomm …
---+20. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandu jkun fiha: a. l-objettivi tal-prestazzjoni għall …
---+21. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu identifikati u ġestiti kunflitti potenzjali ta’ …
---+22. Meta l-politiki tar-remunerazzjoni jew politiki tar-remunerazzjoni tal- grupp jiġu implimentati …
---+23. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura adottata mill -Istati Membri sabiex jipprevjenu jew …
---+24. Politika ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru għandha tiżgura li l - aspetti kollha tal …
---+25. Meta jistabbilixxu l - ħlas għall -kull unità ta’ kejl jew bil- ħin, l - istituzzjonijiet …
---+26. Sabiex jissorve ljaw li l- politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru huma applikati …
---+27. L- istituzzjonijiet jistgħu, b’manjiera newtrali għall - ġeneru, jikkunsidraw aspetti …

1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu

1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
14. Skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet huma meħtieġa li jkollhom fis …

Skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet huma meħtieġa li jkollhom fis - seħħ politika ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu. Il- politika ta’ remunerazzjoni għall - persunal kollu għandha tikkonforma mal - prinċipji stabbiliti fl -Artikoli 92 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE u ma’ dawn il- linji gwida, b’kont meħud tal -immappjar tar- rekwiżiti fl - Anness I6 . Il-politika ta’ remunerazzjoni għall - persunal kollu għandha tkun newtrali għall - ġeneru, jiġifieri l -persunal, indipendentement mill- ġeneru tiegħu, għandu jirċievi remunerazzjoni ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali f’konformità mal -punt 65 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 157 tat-TFUE.


6 L-Anness 1 ta’ dawn il-linji gwida jindika r- rekwiżiti li għalihom hija meħtieġa jew rakkomandata applikazzjoni fl - istituzzjonijiet kollha għall -persunal kollu f’konformità mal-linji gwida addizzjonali pprovduti.

15. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tispeċifika l - komponenti kollha ta’ remunerazzjoni u …

Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tispeċifika l - komponenti kollha ta’ remunerazzjoni u għandha tinkludi wkoll il -politika tal- pensjonijiet, inkluż, fejn rilevanti, il - qafas għall -irtirar bikri. Il-politika ta’ r emunerazzjoni għandha tistabbilixxi wkoll qafas għal persuni oħrajn li jaġixxu f’isem l- istituzzjoni (eż. aġenti marbutin), li jiżguraw li l - ħlasijiet magħmulin mhumiex qegħdin jipprovdu xi inċentiv għat - teħid ta’ riskji eċċessiv jew il - bejgħ inadatt ta’ p rodotti. L-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkunsidraw liema rekwiżiti tal -politika ta’ remunerazzjoni dwar ir-remunerazzjoni varjabbli tal-persunal identifikat skont l-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu inklużi fil -politika ta’ remunera zzjoni għall -persunal kollu.

16. Il-politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjoni għall - persunal kollu għandha tkun …

Il-politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjoni għall - persunal kollu għandha tkun konsistenti mal - objettivi tal- istrateġija tan -negozju u tar-riskju tal- istituzzjoni, inkluż mal -objettivi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (E SG7 ) relatati mar-riskju, mal-kultura u l-valuri korporattivi, mal-kultura tar- riskju, inkluż fir -rigward mal-interessi fit-tul tal-istituzzjoni, u mal- miżuri użati sabiex jevitaw kunflitti ta’ interess, u ma għandhiex tħeġġeġ it - teħid ta’ riskju eċċessiv . Il-bidliet f’objettivi u miżuri bħal dawn għandhom jiġu meqjusa meta tiġi aġġornata l -politika ta’ remunerazzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - prattiki ta’ remunerazzjoni huma allinjati mal- aptit għar - riskju ġenerali tagħhom, filwaqt li jqi su r- riskji kollha, inklużi riskji għar - reputazzjoni u riskji li jirriżultaw mill - bejgħ inadatt tal -prodotti. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll l-interessi fit-tul tal-azzjonisti jew tas-sidien, skont il-forma legali tal-istituzzjoni.


7 Ara wkoll ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

17. L-istituzzjonij iet għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtoritajiet kompetenti li l-politika u …

L-istituzzjonij iet għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtoritajiet kompetenti li l-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni huma konsisteni ma’ u jippromwovu mmaniġġjar tar - riskji sod u effikaċi.

18. Meta tingħata remunerazzjoni varjabbli, għoti bħal dan għandu jkun ibbażat fuq il-prestazzjoni …

Meta tingħata remunerazzjoni varjabbli, għoti bħal dan għandu jkun ibbażat fuq il-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet, tal-unitajiet tan-negozju u tal- persunal u jitqiesu r - riskji meħudin. Il -politika ta’ remunerazzjoni għandha tagħmel distinzjoni ċara fir -rigward tar-remunerazzjoni varjabbli u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni bejn l-unitajiet tan-negozju operatorji, funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll.

19. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tappoġġja lill - istituzzjoni sabiex tikseb u żżomm …

Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tappoġġja lill - istituzzjoni sabiex tikseb u żżomm bażi kapitali soda f’konformità mat- Taqsima 6 ta’ dawn il-linji gwida. Il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tqis ukoll ir - restrizzjonijiet fuq id -distribuzzjonijiet skont l-Artikoli 93, 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 16a tal-BRRD.

20. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandu jkun fiha: a. l-objettivi tal-prestazzjoni għall …

Il- politika ta’ remunerazzjoni għandu jkun fiha:

  • a. l-objettivi tal-prestazzjoni għall -istituzzjoni, l- oqsma tan -negozju u l-persunal;
  • b. il- metodi għall -kejl tal- prestazzjoni, inklużi l -kriterji tal-prestazzjoni;
  • c. l-istruttura tar- remunerazzjoni varjabbli, inklużi, fejn applikabbli, l - istrumenti li fihom jingħataw partijiet tar -remunerazzjoni varjabbli;
  • d. il- miżuri ta’ aġġustament għar -riskju ex ante u ex post tar-remunerazzjoni varjabbli8 .

8 Fit-Titoli III u IV ta’ dawn il- linji gwida hemm rekwiżiti speċifiċi għar -remunerazzjoni tal-persunal identifikat u l-allinjament tar- riskju tagħha.

21. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu identifikati u ġestiti kunflitti potenzjali ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu identifikati u ġestiti kunflitti potenzjali ta’ interess ikkawżati mill - ħlas ta’ strumenti bħala parti mir -remunerazzjoni varjabbli jew fissa. Dan jinkludi l- iżgurar tal -konformità mar-regoli dwar l- abbuż minn informazzjoni privileġġata u li ma tittieħed l- ebda miżura li jista’ jkollha impatt fuq terminu qasir fuq il -prezz tal- ishma jew tal -istrumenti.

22. Meta l-politiki tar-remunerazzjoni jew politiki tar-remunerazzjoni tal- grupp jiġu implimentati …

Meta l-politiki tar-remunerazzjoni jew politiki tar-remunerazzjoni tal- grupp jiġu implimentati f’istituzzjonijiet, inkluż fis - sussidjarji tagħhom, u l -persunal tal-istituzzjoni jkunu wkoll is-sidien maġġoritarji tal -istituzzjoni jew tas-sussidjarja, il-politika ta ’ remunerazzjoni għandha tiġi aġġustata għas - sitwazzjoni speċifika ta’ dawn l -istituzzjonijiet jew is- sussidjarji. Għal persunal identifikat, l- istituzzjoni għandha tiżgura li l -politika ta’ remunerazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tas -CRD fl-Artikoli 92 u 94 u dawn il-linji gwida.

23. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura adottata mill -Istati Membri sabiex jipprevjenu jew …

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura adottata mill -Istati Membri9 sabiex jipprevjenu jew jikkompensaw għal żvantaġġi fil -karrieri professjonali tal- ġeneru sottorappreżentat10 , il-politika ta’ remunerazzjoni u l-k undizzjonijiet kollha tal - impjiegi relatati li għandhom impatt fuq il- ħlas għal kull unità ta’ kejl jew fuq il - ħlas bil - ħin għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru, jiġifieri m’għandu jkun hemm l - ebda distinzjoni bejn persunal maskili, femminili jew ta’ ġener i diversi.


9 Eż. meta tiġi implimentata d -Direttiva 2006/54/KE.

10 Waqt li l -Artikolu 157 tat- TFUE juża t -terminu “is- sess sottorappreżentat”, is - CRD tuża t -terminu “il- ġeneru sottorapp reżentat”; iż - żewġ termini għandhom l - istess tifsira għall -fini ta’ dawn il-linji gwida.

24. Politika ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru għandha tiżgura li l - aspetti kollha tal …

Politika ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru għandha tiżgura li l - aspetti kollha tal -politika ta’ remunerazzjoni huma newtrali għall - ġeneru, inklużi l -kundizzjonijiet tal- għoti u l - ħlasijiet għar -remunerazzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li l -politika ta’ remunerazzjoni hija newtrali għall - ġeneru.

25. Meta jistabbilixxu l - ħlas għall -kull unità ta’ kejl jew bil- ħin, l - istituzzjonijiet …

Meta jistabbilixxu l - ħlas għall -kull unità ta’ kejl jew bil- ħin, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw bix - xieraq l - għoti tar -remunerazzjoni, l- arranġamenti dwar ħinijiet tax - xogħol, il - perjodi ta’ liv annwali u benefiċċji finanzjarji jew mhux finanzjarji oħrajn. L - istituzzjonijiet jistgħu jużaw ir -remunerazzjoni annwali gross tal- persunal ikkalkolata fuq bażi ekwivalenti għal full - time bħala unità ta’ kalkolu.

26. Sabiex jissorve ljaw li l- politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru huma applikati …

Sabiex jissorve ljaw li l- politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru huma applikati, l - istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw b’mod xieraq il -valur tal- pożizzjoni, eż. billi jiddokumentaw id-deskrizzjoni tal- impjieg jew jiddefinixxu l -kategoriji tal- pagi, għall -membri kollha tal - persunal jew għall -kategoriji tal- persunal u jistabbilixxu liema pożizzjonijiet huma kkunsidrati li għandhom valur ugwali, eż. billi jimplimentaw sistema ta’ klassifikazzjoni tal - impjiegi, waqt li jieħdu kont tal - inqas tat -tip ta’ attivitaj iet, kompiti u dmirijiet assenjati għall - pożizzjoni jew membru tal - persunal. Meta tiġi użata sistema ta’ klassifikazzjoni tal - impjiegi biex jiġu stabbiliti l - pagi, din għandha tkun ibbażata fuq l - istess kriterji għall - irġiel, in -nisa u persunal ta’ ġeneru divers u mfassla b’tali mod li teskludi kwalunkwe diskriminazzjoni, inkuż minħabba raġunijiet ta’ ġeneru.

27. L- istituzzjonijiet jistgħu, b’manjiera newtrali għall - ġeneru, jikkunsidraw aspetti …

L- istituzzjonijiet jistgħu, b’manjiera newtrali għall - ġeneru, jikkunsidraw aspetti addizzjonali meta jistabbilixxu rr -remunerazzjoni tal-persunal. Asp etti bħal dawn jistgħu jinkludu:

  • a. rekwiżiti edukattivi, professjonali u ta’ taħriġ, ħiliet, sforzi u responsabbiltà, xogħol mwettaq u n -natura tal-kompiti involuti11 ;
  • b. il-post tal-impjieg u l- għoli tal - ħajja tiegħu;
  • c. il- livell ġerarkiku tal-persunal u jekk il- persunal għandux responsabbiltajiet maniġerjali;
  • d. il-livell ta’ edukazzjoni formali tal-persunal;
  • e. l-iskarsezza tal-persunal disponibbli fis- suq tax - xogħol għal pożizzjonijiet speċjalizzati;
  • f. in-natura tal-kuntratt tal- impjieg, inkluż jekk huwiex temporanju jew kuntratt b’perjodu indefinit;
  • g. it-tul tal-esperjenza professjonali tal-persunal;
  • h. iċ - ċertifikazzjoni professjonali tal -persunal;
  • i. benefiċċji xierqa, inkluż il - ħlasijiet ta’ benefiċċji għal unità domestika addizzj onali u benefiċċji tat - tfal għal persunal b’konjuġi u membri tal -familja f’sitwazzjoni ta’ dipendenza.

11 Ara wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2014 dwar it- tisħiħ tal - prinċipju ta’ pagi ugwali għall - irġiel u n -nisa permezz tat-trasparenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/