+6. Għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa
---+56. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim aġġornat dwar in -negozju …
---+57. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim ċar tal- arranġamenti ta’ governanza tal …
---+58. Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2015/849/UE, il -membru …
---+59. F’dan ir- rigward, il -valutazzjoni tal- għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenzi adegwati …
---+60. Sabiex jivvalutaw kif xieraq il - ħiliet tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - …
---+61. Għandhom jitqiesu l -livell u l-profil tal-edukazzjoni tal-memb ru u jekk din hijiex marbuta …
---+62. Il- valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal -livell edukattiv tal-membru jew il-prova ta’ …
---+63. Meta jiġu vvalutati l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza ta’ membru tal - korp ta’ …
---+64. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni maniġerjali tiegħu għandhom ikunu kisbu …
---+65. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kapaċi …
|
6. Għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa
6. Għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
56. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim aġġornat dwar in -negozju …
|
Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim aġġornat dwar in -negozju tal-istituzzjoni u r - riskji tagħha, f’livell adattat għar - responsabbiltajiet tagħhom. Dan jinkludi fehim xieraq ta’ dawk l - oqsma li għalihom membru individwali mhuwiex direttament responsabbli iżda huwa kollettivament responsabbli flimkien mal -membri l- oħrajn tal -korp ta’ ġestjoni.
|
|
57. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim ċar tal- arranġamenti ta’ governanza tal …
|
Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandu jkollhom fehim ċar tal- arranġamenti ta’ governanza tal - istituzzjoni, ir -rwol u r- responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, l - istruttura tal - grupp u kwalunkwe kunflitt ta’ interess possibbli li jista’ jirriżulta minnhom. Il -membri tal-korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu kapaċi jikkontribwixxu għall - implimentazzjoni ta’ kultura, valuri korporattivi u mġiba xierqa fil - korp ta’ ġestjoni u fl - istituzzjoni11 .
11 Ara wkoll il-Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna: https://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/internal-governance
|
|
58. Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2015/849/UE, il -membru …
|
Mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad -Direttiva 2015/849/UE, il -membru tal- korp ta’ ġestjoni identifikat bħala responsabbli mill -implimentazzjoni tal- liġijiet, ir - regolamenti u d- dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma mad -Direttiva (UE) 2015/84912 għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza rilevanti tajbin rigward l - identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar- riskju tal - ML/TF, u l - politiki, il -kontrolli u l- proċeduri tal - AML/CFT. Din il - persuna għandu jkollha fehim tajjeb tal - punt sa fejn il -mudell tan-negozju tal-istituzzjoni jesponih għal riskji tal -ML/TF.
12 L-identifikazzjoni ta’ membru tal- korp ta’ ġestjoni bħala responsabbli mill - AML hija għall -fini tal-allokazzjoni tad-dmirijiet u hija mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltà finali tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għall - ġestjoni ta’ kuljum tal - istituzzjoni u r - responsabbiltà tagħha mill - attivitajiet kollha tal - istituzzjoni.
|
|
59. F’dan ir- rigward, il -valutazzjoni tal- għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenzi adegwati …
|
F’dan ir- rigward, il -valutazzjoni tal- għarfien, tal - ħiliet u tal - esperjenzi adegwati għandha tqis: - a. ir-rwol u l-kompiti tal- pożizzjoni u l - kapaċitajiet meħtieġa;
- b. l- għarfien u l - ħiliet miksuba mill - edukazzjoni, it - taħriġ u l - prattika;
- c. l- esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti; u
- d. l- għarfien u l - ħiliet miksuba u murija mill - kondotta professjonali tal -membru tal-korp ta’ ġestjoni.
|
|
60. Sabiex jivvalutaw kif xieraq il - ħiliet tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - …
|
Sabiex jivvalutaw kif xieraq il - ħiliet tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jużaw lista mhux eżawrjenti ta’ ħiliet rilevanti stabbilita fl - Anness II għal dawn il- Linji Gwida, filwaqt li jqisu r -rwol u l-kompiti tal- pożizzjoni okkupata mill -membru tal-korp ta’ ġestjoni.
|
|
61. Għandhom jitqiesu l -livell u l-profil tal-edukazzjoni tal-memb ru u jekk din hijiex marbuta …
|
Għandhom jitqiesu l -livell u l-profil tal-edukazzjoni tal-memb ru u jekk din hijiex marbuta mas - servizzi bankarji u finanzjarji jew oqsma rilevanti oħrajn. B’mod partikolari, l -edukazzjoni fl-oqsma bankarji u finanzjarji, fl - ekonomija, fil - liġi, fil - kontabbiltà, fl - awditjar, fl - amministrazzjoni, fir -regolament finanzj arju, fit - teknoloġija tal -informazzjoni u f’metodi kwantitattivi tista’ titqies b’mod ġenerali li hija rilevanti għas - settur tas - servizzi finanzjarji.
|
|
62. Il- valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal -livell edukattiv tal-membru jew il-prova ta’ …
|
Il- valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal -livell edukattiv tal-membru jew il-prova ta’ ċertu perjodu ta’ servizz f’istituzzjoni. Għandha titwettaq analiżi iktar dettaljata tal - esperjenza prattika tal- membru peress li l - għarfien u l - ħiliet miksuba minn xogħlijiet preċedenti jiddependu min- natura, mill - iskala u mill - kumplessità tan -negozju kif ukoll mill-funzjoni li l-membru wettaq fi ħdanu.
|
|
63. Meta jiġu vvalutati l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza ta’ membru tal - korp ta’ …
|
Meta jiġu vvalutati l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni, għandha titqies l - esperjenza teoretika u prattika relata: - a. mas - swieq bankarji u finanzjarji;
- b. mar- rekwiżiti legali u l - qafas regolatorju;
- c. mal- ippjanar strateġiku, il - fehim tal - istrateġija tan -negozju jew tal-pjan ta’ direzzjoni tan- negozju ta’ istituzzjoni u t - twettiq tagħhom;
- d. mal- ġestjoni tar - riskju (l - identifikazzjoni, il - valutazzjoni, il - monitoraġġ, il -kontroll u l-mitigazzjoni tat-tipi ewlenin ta’ riskju ta’ istituzzjoni inklużi r - riskji ambjentali, ta’ governanza u soċjali u l -fatturi tar- riskju);
- e. mal-kontabbiltà u l- awditjar;
- f. mal-valutazzjoni tal- effikaċja tal - arranġamenti ta’ istituzzjoni, l - iżgurar ta’ governanza, sorveljanza u kontrolli effettivi; u
- g. mal-interpretazzjoni tal- informazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, l - identifikazzjoni tal- kwistjonijiet ewlenin fuq il - bażi ta’ din l -informazzjoni u kontrolli u miżuri xierqa.
|
|
64. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni maniġerjali tiegħu għandhom ikunu kisbu …
|
Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni maniġerjali tiegħu għandhom ikunu kisbu biżżejjed esperjenza prattika u professjonali minn pożizzjoni maniġerjali matul perjodu twil biżżejjed. Pożizzjonijiet ta’ terminu qasir jistgħu jitqiesu bħala parti mill - valutazzjoni, iżda tali pożizzjonijiet waħedhom ma għandhomx ikunu biżżejjed biex jiġi preżunt li membru għandu biżżejjed esperjenza. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti, għandhom jitqiesu b’mod partikolari: - a. in-natura tal- pożizzjoni maniġerjali miżmuma u l - livell ġerarkiku tagħha;
- b. it- tul tas - servizz;
- c. in-natura u l- kumplessità tan -negozju fejn kien inkarigat il- membru, inkluża l - istruttura organizzattiva tiegħu;
- d. il-kamp ta’ applikazzjoni tal- kompetenzi, is - setgħat tat - teħid tad - deċiżjonijiet u r-responsabbiltajiet tal - membru;
- e. l- għarfien tekniku miksub mill - pożizzjoni;
- f. l- għadd ta’ subordinati.
|
|
65. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kapaċi …
|
Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kapaċi jipprovdu sfida kostruttiva għad - deċiżjonijiet u s - sorveljanza effettiva tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu. Għarfien, ħiliet u esperjenza adegwati għall - issodisfar tal -funzjoni superviżorja b’mod effettiv setgħu jinkisbu minn pożizzjonijiet akkademiċi jew amministrattivi rilevanti jew permezz tal- ġestjoni, is - superviżjoni jew il - kontroll ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ditti oħrajn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|