+4.2 Konsistenza u kontinwità bejn l - awtorizzazzjoni u l - valutazzjoni superviżorja tan - negozju avvjat
---+22. Skont il- CAM, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l -appli kazzjoni għall - …
---+23. Għal dan il - għan, sabiex jiġu evitati d - duplikazzjoni u l - inkonsistenza tar - …
---+24. Il- valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti għandha tiffoka fuq l - iżgurar tal - ġestjoni …
---+25. Sabiex jiġi żgurat li dan l -objetti v jintlaħaq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l …
---+26. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid - diskrezzjoni tagħhom stess, jimponu fuq l - …
---+27. B’mod konsistenti mal -paragrafu 26, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw biss …
---+28. F’konformità mar - rekwiżiti u l - limiti stabbiliti fil -paragrafi 26 u 27 , kundizzjonijiet …
---+29. B’mod konsistenti mal -paragrafu 26, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi …
---+30. Mingħajr preġudizzju għall -konformità mar- rekwiżiti kollha għall - awtorizzazzjoni mill - …
---+31. Sabiex jiġu żgurati ċ - ċarezza u ċ - ċertezza legali, l -awtoritajie t kompetenti għandhom …
---+32. Soġġett għall - issodisfar tar - rekwiżiti kollha għall - għoti tal - awtorizzazzjoni, l …
---+33. Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tkun tappartjeni għal grupp bankarju u l …
---+34. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l - eżistenza ta’ kwalunkwe ostaklu, wara li …
|
4.2 Konsistenza u kontinwità bejn l - awtorizzazzjoni u l - valutazzjoni superviżorja tan - negozju avvjat
4.2 Konsistenza u kontinwità bejn l - awtorizzazzjoni u l - valutazzjoni superviżorja tan - negozju avvjat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
22. Skont il- CAM, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l -appli kazzjoni għall - …
|
Skont il- CAM, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l -appli kazzjoni għall - awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu b’mod konsistenti mar - rekwiżiti prudenzjali u l - metodoloġiji ta’ valutazzjoni superviżorja applikati f’negozju avvjat. Għandhom jevitaw prattiki ta’ valutazzjoni li jippromwovu approċċi kontradi ttorji bejn il- fażijiet differenti taċ - ċiklu tal - ħajja tal- istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
23. Għal dan il - għan, sabiex jiġu evitati d - duplikazzjoni u l - inkonsistenza tar - …
|
Għal dan il - għan, sabiex jiġu evitati d - duplikazzjoni u l - inkonsistenza tar - regolamentazzjoni, dawn il- Linji Gwida għandhom jinqraw fid -dawl tad- dispożizzjonijiet tal -atti leġiżlattivi msemmija fl -Artikolu 1(2) tar- Regolament ta’ twaqqif tal -EBA, kif ukoll tal-atti Delegati u ta’ Implimentazzjoni, RTS, ITS, Linji Gwida u Rakkomandazzjonijiet assoċjati, adottati skont dawn l - atti leġiżlattivi, li huma rilevanti għall - CAM, u jirreferu għalihom kull meta jkun xieraq u opportun.
|
|
24. Il- valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti għandha tiffoka fuq l - iżgurar tal - ġestjoni …
|
Il- valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti għandha tiffoka fuq l - iżgurar tal - ġestjoni soda u prudenti tal- istituzzjoni ta’ kreditu mill -ewwel jum tal- aċċess għas - suq.
|
|
25. Sabiex jiġi żgurat li dan l -objetti v jintlaħaq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l …
|
Sabiex jiġi żgurat li dan l -objetti v jintlaħaq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l - awtorizzazzjoni biss meta jkunu sodisfatti li r - rekwiżiti kollha tal - awtorizzazzjoni jkunu ntlaħqu. Minkejja dan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - aġġustamenti tekniċi u operazzjonali li l- istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tkun soġġetta għalihom matul il - fażi tat - twaqqif tagħha. Sabiex jiġi żgurat li dawn iċ - ċirkostanzi jitqiesu kif xieraq, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw kundizzjonijiet preċedenti u/jew obbligi jew restrizzjonijiet sussegwenti, jew jiċċaraw l - aspettattivi tagħhom fir - rigward ta’ oqsma speċifiċi ta’ fokus superviżorju skont il -paragrafi 26– 29 hawn taħt.
|
|
26. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid - diskrezzjoni tagħhom stess, jimponu fuq l - …
|
L- awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid - diskrezzjoni tagħhom stess, jimponu fuq l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti kundizzjonijiet preċedenti u/jew obbligi sussegwenti fiż - żmien tal - ħruġ tal - awtorizzazzjoni. L - impożizzjoni ta’ tali kundizzjonijiet preċedenti u/jew obbligi sussegwenti għandha tkun soġġetta għall - valutazzjoni pożittiva tal -awtoritajiet kompetenti li r- rekwiżiti kollha għall - għoti tal - awtorizzazzjoni jkunu ssodisfati fis - sustanza u li jkunu sodisfatti bl - għoti tal- awtorizzazzjoni. Sabiex jiġu żgurati ċ - ċarezza u ċ - ċertezza legali, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeskrivu tali kundizzjonijiet preċedenti u/jew obbligi sussegwenti b’mod ċar u tajjeb meta japplikawhom.
|
|
27. B’mod konsistenti mal -paragrafu 26, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw biss …
|
B’mod konsistenti mal -paragrafu 26, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw biss kundizzjonijiet preċedenti relatati ma’ aspetti formali u mhux sostantivi tar - rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni, li fil - prattika jistgħu jiġu ssodisfati biss mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti wara l- valutazzjoni pożittiva tal -awtorità kompetenti tal- issodisfar fis - sustanza tar - rekwiżiti kollha ta’ awtorizzazzjoni. Bħala eżempju, aspetti formali jew mhux sostantivi tar - rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni jistgħu jinkludu, skont iċ - ċirkostanzi, is - sottomissjoni ta’ parti minn dokumentazzjoni form alment adottata mill-applikant, jew il- finalizzazzjoni formali ta’ proċedura interna għall - applikant, jew testijiet tas - sistemi tal - ICT biex jiġi vverifikat il - funzjonament sħiħ tagħhom fil -prattika.
|
|
28. F’konformità mar - rekwiżiti u l - limiti stabbiliti fil -paragrafi 26 u 27 , kundizzjonijiet …
|
F’konformità mar - rekwiżiti u l - limiti stabbiliti fil -paragrafi 26 u 27 , kundizzjonijiet preċedenti jistgħu jiġu mehmuża mal - awtorizzazzjoni mill -awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet fejn l -applikant jew l- entità huma meħtieġa jieħdu azzjoni jew joqogħdu lura minn azzjoni qabel ma l - awtorizzazzjoni ssir effettiva. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skadenza għall - konformità u jindikaw b’mod ċar li l - awtorizzazzjoni se ssir effettiva biss ladarba l - kundizzjoni tkun ġiet issodisfata. Sakemm il - kundizzjoni ma tiġix issodisfata, l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti ma tistax twettaq attivitajiet bankarji jew tuża l - isem “bank”, “bank tat- tfaddil” jew ismijiet bankarji oħra.
|
|
29. B’mod konsistenti mal -paragrafu 26, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi …
|
B’mod konsistenti mal -paragrafu 26, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi sussegwenti fuq l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti sabiex jittrattaw kwistjonijiet li jseħħu wara li tingħata l - awtorizzazzjoni. Tali obbligi sussegwenti jistgħu jiġu imposti biss mill -awtoritajiet kompetenti fejn, minkejja li l- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tissodisfa r - rekwiżiti kollha ta’ awtorizzazzjoni fis - sustanza, il - konformità ma’ wieħed jew aktar minnhom fuq bażi kontinwa jeħtieġ li tiġi mmonitorjata u infurzata b’mod speċifiku jekk dan ikun iġġustifikat. Għaldaqstant, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċaraw li, filwaqt li n - nuqqas tal - issodisfar ta’ obbligu mhux se jagħmel il - ħruġ inizjali tal - awtorizzazzjoni ineffettiv per se, in - nuqqas ta’ konformità tagħhom għandu jiġi indirizzat permezz ta’ għodod superviżorji jew jirriżulta fl - applikazzjoni ta’ miżuri ta’ infurzar u/jew sanzjonijiet. Bħala eżempju, jistgħu jiġu imposti obbligi fir -rigward ta’ kwistjonijiet li huma kkunsidrati bħala miżuri ta’ implimentazzjoni tal - awtorizzazzjoni, bħal obbligi ta’ rapportar jew l- iżgurar li l -membri tal- korp ta’ ġestjoni juru għarfien speċifiku adegwat (eż. li jwettqu taħriġ).
|
|
30. Mingħajr preġudizzju għall -konformità mar- rekwiżiti kollha għall - awtorizzazzjoni mill - …
|
Mingħajr preġudizzju għall -konformità mar- rekwiżiti kollha għall - awtorizzazzjoni mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, u soġġett għall - valutazzjoni pożittiva dwar l - għoti tal - awtorizzazzjoni, l -awtoritajiet kompetenti, fid- diskrezzjoni tagħhom stess, jistgħu – fil-mument tal- ħruġ tal -awtor izzazzjoni – jimponu restrizzjonijiet fuq il - kamp ta’ applikazzjoni ta’ wħud mill - attivitajiet jew tal- attivitajiet kollha li l - istituzzjoni ta’ kreditu ser tkun awtorizzata twettaq. L - awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu restrizzjonijiet fuq xi attivit ajiet bankarji jew l-attivitajiet bankarji kollha tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti fl - istess dokument ta’ awtorizzazzjoni jew separatament minnu. Twettiq restrittiv ta’ wħud mill -attivitajiet bankarji jew tal- attivitajiet bankarji kollha mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jista’ jew jitressaq mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti fl - applikazzjoni jew jista’ jkun ir - riżultat tal - valutazzjoni komprensiva mill -awtorità kompetenti.
|
|
31. Sabiex jiġu żgurati ċ - ċarezza u ċ - ċertezza legali, l -awtoritajie t kompetenti għandhom …
|
Sabiex jiġu żgurati ċ - ċarezza u ċ - ċertezza legali, l -awtoritajie t kompetenti għandhom jiddefinixxu b’mod ċar tali restrizzjonijiet. Bħala eżempju, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw restrizzjonijiet għall - awtorizzazzjoni li timponi rekwiżit li jittieħdu depożiti biss sa ammont speċifiku għal kull depożitant, jew li jinħarġu biss tipi speċifiċi ta’ titoli jew li jinħarġu titoli lil tipi speċifiċi ta’ investituri biss. It - tneħħija tar - restrizzjonijiet applikati għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni proporzjonata mill - awtorità kompetenti b’mod konsistenti mal - paragrafu 18.
|
|
32. Soġġett għall - issodisfar tar - rekwiżiti kollha għall - għoti tal - awtorizzazzjoni, l …
|
Soġġett għall - issodisfar tar - rekwiżiti kollha għall - għoti tal - awtorizzazzjoni, l -awtoritajiet kompetenti – fil-mument tal- ħruġ tal - awtorizzazzjoni – jistgħu jiġbdu l - attenzjoni tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti għal oqsma speċifiċi ta’ fokus superviżorju u juru l - aspettattivi tagħhom fl- istess dokument ta’ awtorizzazzjoni jew separatament minnu. Jenħtieġ li l -awtoritajiet kompetenti jipprovdu raġunijiet, u jistabbilixxu bir - reqqa l - kwistjoni u l - objettivi segwiti. L - aspettattivi tal - awtorità kompetenti, minkejja li mhumiex legalment vinkolanti, għandhom iservu ta’ gwida għall - istituzzjoni ta’ kreditu f’negozju avvjat.
|
|
33. Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tkun tappartjeni għal grupp bankarju u l …
|
Meta l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tkun tappartjeni għal grupp bankarju u l -konformità mar- rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil - Partijiet Tnejn sa Tmienja tas - CRR tkun meħtieġa mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jew mill - impriża prinċipali tagħha abbażi tas - sitwazzjoni konsolidata tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - analiżi sottomessa mill- applikant skont l -Artikolu 4(f ) tal- RTS dwar l- informazzjoni għall -awtorizzazzjoni , bil- ħsieb li jivvalutaw il- kompletezza u l - komprensività tagħha. Meta l -awtorità kompetenti tkun ukoll is - superviżur konsolidat, hija għandha teżamina wkoll kwalunkwe effett fuq ir - rekwiżiti prudenzjali applikabbli fil - livell konsolidat.
|
|
34. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l - eżistenza ta’ kwalunkwe ostaklu, wara li …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l - eżistenza ta’ kwalunkwe ostaklu, wara li jikkuns idraw b’mod partikolari l- eżistenza ta’ rabtiet mill - qrib skont l -Artikolu 14(3) tas - CRD, li jistgħu jipprevjenu l - eżerċizzju effettiv tal - funzjonijiet superviżorji, inkluż, fejn applikabbli, fuq bażi konsolidata, u jikkunsidraw kwalunkwe informazzjoni, ċirkostanza jew sitwazzjoni rilevanti f’konformità mal-Artikolu 12 tal- RTS dwar l- informazzjoni għall -awtorizzazzjoni .
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|