+2.1 Ir-responsabbiltajiet, it-tfassil, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni
---+28. Il- korp maniġerjali fil- funzjoni superviżorja tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni …
---+29. Il- funzjoni superviżorja għandu jkollha għarfien xieraq, ħiliet u esperjenza b’mod kollettiv …
---+30. Il- funzjoni superviżorja għandha tiżgura li l -politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni …
---+31. Kunflitti ta’ interess fir -rigward tal- politika ta’ remunerazzjoni u remunerazzjoni mogħtija …
---+32. Il-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni u l- proċeduri għad - determinazzjoni tagħhom …
---+33. Il- funzjonijiet superviżorji u ta’ ġestjoni u, fejn st abbilit, il-kumitati ta’ remunerazzjoni …
---+34. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tipprevedi qafas effettiv għall -kejl tal-prestazzjoni …
---+35. Il-funzjoni tal-konformità u l-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskji, fejn tkun stabbilita, jew …
---+36. Il- funzjoni superviżorja għandha tiddetermina u tissorvelja r -remunerazzjoni tal-membri …
---+37. Il- funzjoni superviżorja għandha tqis l -input ipprovdut mill-funzjonijiet u l-korpi …
---+38. Il-funzjoni tar- riżorsi umani għandha tipparteċipa fi u tinforma dwar it -tfassil u …
---+39. Il-funzjoni tal- ġestjoni tar - riskju għandha tgħin fi u tinforma dwar id - definizzjoni ta’ …
---+40. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tanalizza kif il -politika ta’ remunerazzjoni …
---+41. L- uffiċċju tal - awditjar intern, fejn ikun stabbilit, għandu jagħmel rieżami indipendenti tad …
---+42. F’kuntest ta’ grupp il- funzjonijiet kompetenti fi ħdan l - impriża omm tal -Unjoni u …
|
2.1 Ir-responsabbiltajiet, it-tfassil, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni
2.1 Ir-responsabbiltajiet, it-tfassil, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
28. Il- korp maniġerjali fil- funzjoni superviżorja tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni …
|
Il- korp maniġerjali9 fil- funzjoni superviżorja tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni superviżorja’’) għandu jkun responsabbli mill- adozzjoni u ż - żamma tal -politika ta’ remunerazzjoni tad-ditta ta’ investiment, u s-sorveljanza tal- implimentazzjoni tagħha sabiex ikun żgurat li qiegħda topera bis - sħiħ kif suppost. Il - funzjoni superviżorja għandha tapprova wkoll kwalunkwe eżenzjoni materjali sussegwenti magħmula għall -membri tal-persunal individwali u bidla fil- politika ta’ remunerazzjoni u tqis u tissorvelja l - effetti tagħhom bir - reqqa. Kwalunkwe eżenzjoni m’għandhiex tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet tal - ġeneru jew aspetti oħra li jistgħu jkunu ta’ diskriminazzjoni, għandha tkun raġunata sew u f’konformità mar - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni skont il - liġi nazzjonali. EBA Public
9 F’pajjiżi Ewropej differenti jistgħu jiġu osservati strutturi tal - korpi maniġerjali differenti. F’ċerti pajjiżi hija komu ni struttura unitarja, li fiha l - funzjonijiet superviżorji u maniġerjali tal - bord jiġu eżerċitati minn korp wieħed biss. F’pajjiżi oħrajn hija komuni struttura doppja, li fiha jiġu stabbiliti żewġ korpi indipendenti, wieħed għall - funzjoni maniġerjali u l - i eħor għas - superviżjoni tal - funzjoni maniġerjali.
|
|
29. Il- funzjoni superviżorja għandu jkollha għarfien xieraq, ħiliet u esperjenza b’mod kollettiv …
|
Il- funzjoni superviżorja għandu jkollha għarfien xieraq, ħiliet u esperjenza b’mod kollettiv fir - rigward tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni kif ukoll dwar l- inċentivi u r - riskji li jistgħu jirriżultaw minnhom. Dan għandu jinkludi għarfien, ħiliet u esperjenza fir -rigward tal-mekkaniżmi għall -allinjament tal-istruttura ta’ remunerazzjoni mal-profili tar-riskju u l-istruttura tal-kapital tad-ditti ta’ investiment.
|
|
30. Il- funzjoni superviżorja għandha tiżgura li l -politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni …
|
Il- funzjoni superviżorja għandha tiżgura li l -politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni tad-ditta ta’ investiment huma implimentati b’mod xieraq u huma allinjati mal - qafas ta’ governanza korporattiva ġene rali, mal-kultura korporattiva u tar-riskju, mal-aptit tar-riskju u mal- proċessi ta’ governanza relatati tal-istituzzjoni.
|
|
31. Kunflitti ta’ interess fir -rigward tal- politika ta’ remunerazzjoni u remunerazzjoni mogħtija …
|
Kunflitti ta’ interess fir -rigward tal- politika ta’ remunerazzjoni u remunerazzjoni mogħtija għandhom jiġu identifikati u mitigati b’mod xieraq, inkluż billi jiġu stabbiliti kriterji tal - għoti oġġettivi bbażati fuq sistema ta’ rapportar interna, kontrolli xierqa u l - prinċipju ta’ erba’ għajnejn aħjar minn tnejn. Il - politika ta’ remunerazzjoni għandha tiżgura li ma jinqala’ l -ebda kunflitt ta’ interess materjali għal persunal, inkluż fil -funzjonijiet ta’ kontroll.
|
|
32. Il-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni u l- proċeduri għad - determinazzjoni tagħhom …
|
Il-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni u l- proċeduri għad - determinazzjoni tagħhom għandhom ikunu ċari, dokumentati kif xieraq u trasparenti. Għandha tinżamm doku mentazzjoni xierqa dwar il - proċess ta’ teħid tad - deċiżjonijiet (eż. il - minuti ta’ laqgħat rilevanti, rapporti rilevanti, u dokumenti rilevanti oħrajn) u r - raġunament wara l -politika ta’ remunerazzjoni.
|
|
33. Il- funzjonijiet superviżorji u ta’ ġestjoni u, fejn st abbilit, il-kumitati ta’ remunerazzjoni …
|
Il- funzjonijiet superviżorji u ta’ ġestjoni u, fejn st abbilit, il-kumitati ta’ remunerazzjoni u ta’ riskju għandhom jaħdmu flimkien mill - qrib u jiżguraw li l - politika ta’ remunerazzjoni hija konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tar - riskji tajba u effikaċi.
|
|
34. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tipprevedi qafas effettiv għall -kejl tal-prestazzjoni …
|
Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tipprevedi qafas effettiv għall -kejl tal-prestazzjoni, aġġustament għar -riskju u l-konnessjonijiet tal- prestazzjoni li għandha tiġi ppremjata.
|
|
35. Il-funzjoni tal-konformità u l-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskji, fejn tkun stabbilita, jew …
|
Il-funzjoni tal-konformità u l-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskji, fejn tkun stabbilita,10 jew il-persunal fdat bit- twettiq tal - proċeduri tal - ġestjoni tar - riskji (minn hawn ’il quddiem għandu jinftiehem li referenza għall -funzjoni tal- ġestjoni tar -riskji tapplika bl- istess mod għall -persunal fdat bil-proċeduri tal - ġestjoni tar - riskji, meta tali funzjoni ma tkunx stabbilita), għand u jipprovdi kontribut effettiv f’konformità mar- rwoli tagħhom fl -istabbiliment ta’ raggruppamenti ta’ bonus, kriterji ta’ prestazzjoni u għotjiet ta’ remunerazzjoni fejn dawk il - funzjonijiet ikollhom tħassib dwar l - impatt fuq l - imġiba tal -persunal u r-riskju tan- negozju mwettaq.
10 Ara l-linji gwida tal-EBA dwar il- governanza interna għad -ditti ta’ investiment
|
|
36. Il- funzjoni superviżorja għandha tiddetermina u tissorvelja r -remunerazzjoni tal-membri …
|
Il- funzjoni superviżorja għandha tiddetermina u tissorvelja r -remunerazzjoni tal-membri tal-funzjoni maniġerjali u, jekk ma jkunx twaqqaf il -kumitat tar-remunerazzjoni msemmi fit-taqsima 2.4, tissorvelja direttament ir-remunerazzjoni tal- uffiċjali għolja fil -funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti, inklużi l -funzjoni ta’ konformità u l-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskji, fejn stabbiliti. EBA Public
|
|
37. Il- funzjoni superviżorja għandha tqis l -input ipprovdut mill-funzjonijiet u l-korpi …
|
Il- funzjoni superviżorja għandha tqis l -input ipprovdut mill-funzjonijiet u l-korpi korporattivi kom petenti kollha (eż. kumitati, funzjonijiet ta’ kontroll11 , funzjoni tar- riżorsi umani, legali, tal - ippjanar strateġiku, tal - baġit, eċċ) u mill -unitajiet tan-negozju dwar id-disinn, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ta’ remunerazzjoni tad-ditta ta’ investiment.
11 Ara l-linji gwida tal-EBA dwar il- governanza interna għad -ditti ta’ investiment
|
|
38. Il-funzjoni tar- riżorsi umani għandha tipparteċipa fi u tinforma dwar it -tfassil u …
|
Il-funzjoni tar- riżorsi umani għandha tipparteċipa fi u tinforma dwar it -tfassil u l-evalwazzjoni tal- politika ta’ remunerazzjoni għad - ditta ta’ investiment, inklużi l -istruttura tar-remunerazzjoni, l-aspett tan-newtralità tal- ġeneru, il -livelli tar-remunerazzjoni u l-iskemi ta’ inċentivi, b’mod li mhux biss tattira u żżomm il -persunal li d- ditta ta’ investiment għandha bżonn imma li tiżgura wkoll li l -politika tar- remunerazzjoni hija allinjata mal -profil tar-riskju tad-ditta ta’ investiment.
|
|
39. Il-funzjoni tal- ġestjoni tar - riskju għandha tgħin fi u tinforma dwar id - definizzjoni ta’ …
|
Il-funzjoni tal- ġestjoni tar - riskju għandha tgħin fi u tinforma dwar id - definizzjoni ta’ miżuri tal - prestazzjoni aġġustata għar - riskji (inkluż l - aġġustamenti ex post), kif ukoll fil -valutazzjoni ta’ kif l-istruttura tar-remunerazzjoni varjabbli taffettwa l-profil tar-riskju u l-kultura tad-ditta ta’ investiment. Il-funzjoni tal- ġestjoni tar - riskji għandha tivvalida u tevalwa d - data ta’ aġġustament għar - riskju kif ukoll tkun mistiedna tattendi laqgħat tal -kumitat tar-remunerazzjoni dwar din il-kwistjoni.
|
|
40. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tanalizza kif il -politika ta’ remunerazzjoni …
|
Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tanalizza kif il -politika ta’ remunerazzjoni taffettwa l-konformità tad-ditta ta’ investiment mal- leġiżlazzjoni, ir -regolamenti, il-politiki interni u l-kultura tar- riskju u għandha tirrapporta kull riskju identifikat għall -konformità u kull kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità lill - korp maniġerjali, kemm fil - funzjonijiet maniġerjali u kif ukoll fil- funzjonijiet superviżorji tiegħu. Is -sejbiet tal-funzjoni ta’ verifika tal-konformità għandhom jittieħdu f’kuns iderazzjoni mill- funzjoni superviżorja matul l -apporvazzjoni, il-proċeduri ta’ rieżami u s -sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni.
|
|
41. L- uffiċċju tal - awditjar intern, fejn ikun stabbilit, għandu jagħmel rieżami indipendenti tad …
|
L- uffiċċju tal - awditjar intern, fejn ikun stabbilit, għandu jagħmel rieżami indipendenti tad - disinn, l-implimentazzjoni u l-effetti tal-politiki ta’ rimunerazzjoni tad-ditta ta’ investiment dwar il-profil tar- riskju tagħha u dwar il -mod ta’ kif dawn l- effetti huma ġestiti f’konformità mal -linji gwida pprovduti fit- taqsima 2.5. Ir- rieżami jista’ jitwettaq minn entità oħra ta l- grupp jew jiġi esternalizzat lil parti esterna.
|
|
42. F’kuntest ta’ grupp il- funzjonijiet kompetenti fi ħdan l - impriża omm tal -Unjoni u …
|
F’kuntest ta’ grupp il- funzjonijiet kompetenti fi ħdan l - impriża omm tal -Unjoni u s-sussidjarji għandhom jinteraġixxu u jiskambjaw l - informazzjoni kif xieraq. Id -ditti ta’ investiment għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni kif xieraq mal -istituzzjoni ta’ konsolidazzjoni tagħhom, f’sitwazzjonijiet fejn l - istituzzjoni ta’ konsolidazzjoni tkun soġġetta għad - Direttiva 2013/36/UE. EBA Public
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|