+1 Rwol u responsabbiltajiet tal- korp maniġerjali
---+22. Il-korp maniġerjali jrid ikollu r - responsabbiltà aħħarija u ġenerali mid -ditta …
---+23. Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu bejn id - …
---+24. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil- funzjoni maniġerjali tiegħu …
---+25. Mingħajr preġudizzju għall -kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lill- korp maniġerjali …
---+26. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-aspetti elenkati …
---+27. Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni u ta’ komunikazzjonijiet …
---+28. Il-membri kollha tal- korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali, is …
---+29. Membru tal- korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif …
---+30. Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe …
---+31. Meta d-ditti tal- investiment ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont …

1 Rwol u responsabbiltajiet tal- korp maniġerjali

1 Rwol u responsabbiltajiet tal- korp maniġerjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
22. Il-korp maniġerjali jrid ikollu r - responsabbiltà aħħarija u ġenerali mid -ditta …

Il-korp maniġerjali jrid ikollu r - responsabbiltà aħħarija u ġenerali mid -ditta tal-investiment u jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal- arranġamenti ta’ governanza kif imsemmi b’mod partikolari skont l-Artikoli 26, 28 u 29 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, fi ħdan id -ditta tal- investiment li tiżgura l - ġestjoni effettiva u prudenti tad -ditta tal-investiment.

23. Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu bejn id - …

Id-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu bejn id - dmirijiet tal- funzjoni maniġerjali (eżekuttiva) u dik superviżorja (mhux eżekuttiva). Ir - responsabbiltajiet u d-dmirijiet tal- korp maniġerjali għandhom jiġu deskritti f’dokument bil - miktub u debitament approvat mill- korp maniġerjali. Il -membri kollha tal- korp maniġerjali għandhom ikunu komple tament konxji mill-istruttura u mir-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali, u mit - tqassim tal -kompiti bejn il-funzjonijiet differenti tal- korp maniġerjali u tal - kumitati tiegħu, fejn xieraq.

24. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil- funzjoni maniġerjali tiegħu …

Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil- funzjoni maniġerjali tiegħu għandu jinteraġixxi b’mod effettiv. Iż - żewġ funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lil xulxin sabiex ikunu jistgħu jwettqu r - rwoli rispettivi tagħhom. Sabiex ikun hemm sistema ta’ kontrokontrolli xierqa st abbilita, it- teħid tad - deċiżjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali ma għandux ikun iddominat minn membru uniku jew minn subsett żgħir tal - membri tiegħu.

25. Mingħajr preġudizzju għall -kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lill- korp maniġerjali …

Mingħajr preġudizzju għall -kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lill- korp maniġerjali skont id-Direttiva (UE) 2014/65, ir-responsabbiltajiet tal- korp maniġerjali għandhom jinkludu l - istabbiliment, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal- implimentazzjoni ta’:

  • a. l- istrateġija kummerċjali ġenerali u l -politiki ewlenin tad-ditta tal- investiment fi ħdan il- qafas ġuridiku u regolatorju applikabbli, filwaqt li jitqiesu l -interessi finanzjarji fit-tul u s-solvenza tad-ditta tal-investiment;
  • b. l- istrateġija ġenerali tar - riskju, inkluża l - predispożizzjoni għar -riskju tad-ditta tal-investiment u l- qafas tagħha għall - ġestjoni tar- riskju, inklużi politiki u proċeduri adegwati, filwaqt li jitqiesu l - ambjent makroekonomiku u ċ - ċiklu tan -negozju tad-ditta tal- investiment u miżuri biex jiġi żgurat li l - korp maniġerjali jagħti biżżejjed żmien lill - kwistjonijiet tal- ġestjoni tar -risk ju; qafas ta’ governanza interna u kontroll intern adegwat u effettiv li jinkludi struttura organizzazzjonali ċara u mekkaniżmi ta’ kontroll intern li jiffunzjonaw tajjeb. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu funzjoni ta’ konformità permanenti u effettiva u, fejn xieraq u proporzjonata f’konformità mat - Titolu I, il- ġestjoni tar -riskju intern u l-funzjonijiet tal-awditjar intern li jkollhom awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti biex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom b’mod indipendenti, u jiżguraw il -konformità mar- rekwiżiti regolatorji applikabbli fil -kuntest tal-prevenzjoni tal- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu; kif ukoll miri għall - ġestjoni tal -likwidità tad-ditta tal-investiment;
  • c. politika ta’ remunerazzjoni li hija konformi mal- prinċipji ta’ remun erazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 26 u 30 sa 33 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u l-linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/20347 ;
  • d. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat li l -valutazzjonijiet individwali u kollettivi tal-idoneità tal- korp maniġerjali jsiru b’mod effettiv, li l -ippjanar dwar il- kompożizzjoni u s- suċċessjoni tal - korp maniġerjali huma xierqa, u li l - korp maniġerjali jaqdi l -funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv8 ;
  • e. proċess ta’ għażla u ta’ valutaz zjoni tal- idoneità għal detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin9 ;
  • f. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat il -funzjonament intern ta’ kull kumitat tal-korp maniġerjali, meta jkunu stabbiliti, li jagħtu dettalji dwar:
i.ir-rwol, il- kompożizzjoni u l -kompiti ta’ kull wieħed minnhom;
ii.il- fluss xieraq ta’ informazzjoni, inkluż id -dokumentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal- konklużjonijiet, u linji ta’ rapportar bejn kull kumitat u l- korp maniġerjali, l - awtoritajiet kompetenti u partijiet oħra;
  • g. il-kultura tar-riskju f’konformità mat- Taqsima 8 ta’ dawn il-linji gwida, li tindirizza s-sensibilizzazzjoni tad-ditta tal-investiment dwar ir-riskji u l- imġiba ta’ teħid tar -riskji;
  • h. kultura u valuri korporattivi f’konformità mat- Taqsima 9, li jrawmu mġiba responsabbli u etika, i nkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili;
  • i. politika dwar il- kunflitt ta’ interess fuq livell tad -ditta tal-investiment f’konformità mat-Taqsima 10 u għall -persunal f’konformità mat- Taqsima 11; u
  • j. arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l -integrità tas-sis temi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inkluż kontrolli finanzjarji u operattiv u l -konformità mal- liġi u ma’ standards rilevanti.

7 Linji Gwida tal- EBA dwar politiki ta’ remunerazzjoni b’saħħithom skont l -IFD

8 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp maniġerjali u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.

9 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp maniġerjali u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.

26. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-aspetti elenkati …

Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-aspetti elenkati fil-paragrafu 25, il- korp maniġerjali għandu jkollu l - għan li jiżgura mudell kummerċjali u arranġamenti ta’ governanza – inkluż qafas ta’ ġestjoni tar -riskju – li jqisu r -riskji li d-ditti tal-investiment huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom jew ir - riskji li jippreżentaw jew li jistgħu joħolqu għal oħrajn10 . Meta jqisu r -riskji kollha, id-ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatturi ta’ riskju rilevanti kollha, inkluż il - fatturi ta’ riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza. Id -ditti tal-investiment għandhom iqisu li dawn tal- aħħar jistgħu jixprunaw ir -riskji prudenzjali tagħhom11 . Tali riskji tal- ESG jinkludu, eż. riskji legali fil - qasam tal - liġi kuntrattwali jew tax - xogħol, riskji relatati ma’ ksur potenzjali tad -drittijiet tal- bniedem jew fatturi oħra ta’ riskju tal - ESG li jistgħu jaffettwaw lill - pajjiż fejn ikun jinsab fornitur ta’ servizz u l - kapaċità tiegħu li jipprovdi l-livelli ta’ servizz miftiehma.


10 Ara l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

11 Ara d-dokument ta’ diskussjoni tal-EBA dwar il- ġestjoni u s - superviżjoni tar -riskji tal-ESG ippubblikat skont l-Artikolu 98(8) tas- CRD għal deskrizzjoni tal -fehim tal-EBA dwar ir-riskji tal-ESG, il- kanali ta’ trażmissjoni, u r-rakkomandazzjonijiet għal arranġamenti, il - proċessi, il - mekkaniżmi u l - istrateġiji li għandhom jiġu implimentati mid -ditti tal- investiment biex jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r -riskji tal-ESG.

27. Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni u ta’ komunikazzjonijiet …

Il- korp maniġerjali għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni u ta’ komunikazzjonijiet mal - partijiet ikkonċernati esterni u mal-awtoritajiet kompetenti.

28. Il-membri kollha tal- korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali, is …

Il-membri kollha tal- korp maniġerjali għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali, is - sitwazzjoni finanzjarja u ta’ riskju tad-ditta tal- investiment, filwaqt li jitqies l -ambjent ekonomiku, kif ukoll dwar deċiżjonijiet li jittieħdu li għandhom impatt kbir fuq in -negozju tad-ditta tal-investiment.

29. Membru tal- korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif …

Membru tal- korp maniġerjali jista’ jkun responsabbli minn funzjoni ta’ kontroll intern kif imsemmi fit-Titolu V, it- Taqsima 18.1, dment li l-membru ma jkollux mandati oħra li jikkompromettu l-attivitajiet ta’ kontroll intern tal-membru u l-indipendenza tal-funzjoni ta’ kontroll intern.

30. Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe …

Il- korp maniġerjali għandu jimmonitorja, jirrieżamina perjodikament u jindirizza kwalunkwe nuqqas identifikat fir -rigward tal-implimentazzjoni tal- proċessi, tal - istrateġiji u tal -politiki relatati mar-responsabbiltajiet elenkati fil-paragrafi 25 u 26. Il- qafas ta’ governanza interna u l- implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi perjodika filwaqt li jitqies il -p rinċipju tal -proporzjonalità, kif spjegat aktar fit-Titolu I. Għandu jsir rieżami aktar fil - fond fil- każ ta’ tibdil materjali li jaffettwa d -ditta tal-investiment.

31. Meta d-ditti tal- investiment ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont …

Meta d-ditti tal- investiment ikunu persuni ġuridiċi ġestiti minn persuna fiżika waħda skont ir-regoli kostituttivi tagħhom u l - liġijiet nazzjonali, ir -referenzi f’dawn il- linji gwida għal korp maniġerjali għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw għall -persuna unika li hija responsabbli mill- implimentazzjoni ta’ arranġamenti alternattivi biex tiġi żgurata l - ġestjoni soda u prudenti ta’ tali ditta tal-investiment u l-kunsiderazzjoni adegwata tal- arranġamenti ta’ governanza interna.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/