+25. Mingħajr preġudizzju għall -kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lill- korp maniġerjali …
|
25. Mingħajr preġudizzju għall -kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lill- korp maniġerjali …
Mingħajr preġudizzju għall -kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lill- korp maniġerjali skont id-Direttiva (UE) 2014/65, ir-responsabbiltajiet tal- korp maniġerjali għandhom jinkludu l - istabbiliment, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal- implimentazzjoni ta’: - a. l- istrateġija kummerċjali ġenerali u l -politiki ewlenin tad-ditta tal- investiment fi ħdan il- qafas ġuridiku u regolatorju applikabbli, filwaqt li jitqiesu l -interessi finanzjarji fit-tul u s-solvenza tad-ditta tal-investiment;
- b. l- istrateġija ġenerali tar - riskju, inkluża l - predispożizzjoni għar -riskju tad-ditta tal-investiment u l- qafas tagħha għall - ġestjoni tar- riskju, inklużi politiki u proċeduri adegwati, filwaqt li jitqiesu l - ambjent makroekonomiku u ċ - ċiklu tan -negozju tad-ditta tal- investiment u miżuri biex jiġi żgurat li l - korp maniġerjali jagħti biżżejjed żmien lill - kwistjonijiet tal- ġestjoni tar -risk ju; qafas ta’ governanza interna u kontroll intern adegwat u effettiv li jinkludi struttura organizzazzjonali ċara u mekkaniżmi ta’ kontroll intern li jiffunzjonaw tajjeb. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu funzjoni ta’ konformità permanenti u effettiva u, fejn xieraq u proporzjonata f’konformità mat - Titolu I, il- ġestjoni tar -riskju intern u l-funzjonijiet tal-awditjar intern li jkollhom awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti biex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom b’mod indipendenti, u jiżguraw il -konformità mar- rekwiżiti regolatorji applikabbli fil -kuntest tal-prevenzjoni tal- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu; kif ukoll miri għall - ġestjoni tal -likwidità tad-ditta tal-investiment;
- c. politika ta’ remunerazzjoni li hija konformi mal- prinċipji ta’ remun erazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 26 u 30 sa 33 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u l-linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/20347 ;
- d. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat li l -valutazzjonijiet individwali u kollettivi tal-idoneità tal- korp maniġerjali jsiru b’mod effettiv, li l -ippjanar dwar il- kompożizzjoni u s- suċċessjoni tal - korp maniġerjali huma xierqa, u li l - korp maniġerjali jaqdi l -funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv8 ;
- e. proċess ta’ għażla u ta’ valutaz zjoni tal- idoneità għal detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin9 ;
- f. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat il -funzjonament intern ta’ kull kumitat tal-korp maniġerjali, meta jkunu stabbiliti, li jagħtu dettalji dwar:
| i. | ir-rwol, il- kompożizzjoni u l -kompiti ta’ kull wieħed minnhom; | | ii. | il- fluss xieraq ta’ informazzjoni, inkluż id -dokumentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal- konklużjonijiet, u linji ta’ rapportar bejn kull kumitat u l- korp maniġerjali, l - awtoritajiet kompetenti u partijiet oħra; |
- g. il-kultura tar-riskju f’konformità mat- Taqsima 8 ta’ dawn il-linji gwida, li tindirizza s-sensibilizzazzjoni tad-ditta tal-investiment dwar ir-riskji u l- imġiba ta’ teħid tar -riskji;
- h. kultura u valuri korporattivi f’konformità mat- Taqsima 9, li jrawmu mġiba responsabbli u etika, i nkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili;
- i. politika dwar il- kunflitt ta’ interess fuq livell tad -ditta tal-investiment f’konformità mat-Taqsima 10 u għall -persunal f’konformità mat- Taqsima 11; u
- j. arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l -integrità tas-sis temi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inkluż kontrolli finanzjarji u operattiv u l -konformità mal- liġi u ma’ standards rilevanti.
7 Linji Gwida tal- EBA dwar politiki ta’ remunerazzjoni b’saħħithom skont l -IFD 8 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp maniġerjali u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin. 9 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp maniġerjali u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|