+11.1 Politika dwar il-kunflitt ta’ interess fil-kuntest ta’ self u tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp maniġerjali u l- partijiet relatati tagħhom
---+110. Bħala parti mill - politiki tagħhom dwar il - kunflitti ta’ interess għall - persunal (Taqsima …
---+111. Id-ditti tal- investiment għandhom jikkunsidraw kategoriji addizzjonali ta’ partijiet relatati …
---+112. Il- qafas tal - kunflitti ta’ interess għandu jiżgura li d - deċiżjonijiet rigward l - għoti …
---+113. Il- korp maniġerjali għandu jistabbilixxi l - proċessi tat - teħid tad - deċiżjonijiet …
---+114. Bħala parti mill - qafas tal -kunflitti ta’ interess, il- korp maniġerjali għandu …
---+115. Il-membru tal- korp maniġerjali li jibbenefika minn tali self materjali jew tranżazzjoni …
---+116. Meta jiddeċiedu dwar self jew tranżazzjoni oħra ma’ membru tal - korp maniġerjali jew il - …
---+117. Sabiex tiġi żgurata l -konformità mal- politiki tagħhom dwar il -kunflitt ta’ interess …

11.1 Politika dwar il-kunflitt ta’ interess fil-kuntest ta’ self u tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp maniġerjali u l- partijiet relatati tagħhom

11.1 Politika dwar il-kunflitt ta’ interess fil-kuntest ta’ self u tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp maniġerjali u l- partijiet relatati tagħhom

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
110. Bħala parti mill - politiki tagħhom dwar il - kunflitti ta’ interess għall - persunal (Taqsima …

Bħala parti mill - politiki tagħhom dwar il - kunflitti ta’ interess għall - persunal (Taqsima 11) u l-ġestjoni tal -kunflitti ta’ interess tal-membri tal- korp maniġerjali kif stabbilit fil -paragrafu 107, il- korp maniġerjali għandu jistabbilixxi qafas għall -identifikazzjoni u l- ġestjoni tal -kunflitti ta’ interess fil-kuntest tal- għoti ta’ self u d - dħul fi tranżazzjonijiet oħra, eż. offerti pubbliċi inizjali, ftehimiet dwar servizz jew ftehimiet dwar esternalizzazzjoni ma’ membri tal- korp maniġerjali u l- partijiet relatati tagħhom.

111. Id-ditti tal- investiment għandhom jikkunsidraw kategoriji addizzjonali ta’ partijiet relatati …

Id-ditti tal- investiment għandhom jikkunsidraw kategoriji addizzjonali ta’ partijiet relatati li għalihom japplikaw, b’mod sħiħ jew parzjali, il - qafas tal - kunflitti ta’ interess tagħhom fir - rigward ta’ self u tranżazzjonijiet.

112. Il- qafas tal - kunflitti ta’ interess għandu jiżgura li d - deċiżjonijiet rigward l - għoti …

Il- qafas tal - kunflitti ta’ interess għandu jiżgura li d - deċiżjonijiet rigward l - għoti ta’ self u d - dħul fi tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp maniġerjali u l - partijiet relatati tagħhom jittieħdu b’mod oġġettiv, mingħajr influwenza mhux xierqa minn kunflitti ta’ interess u, bħala prinċipju ġenerali, jitwettqu f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta.

113. Il- korp maniġerjali għandu jistabbilixxi l - proċessi tat - teħid tad - deċiżjonijiet …

Il- korp maniġerjali għandu jistabbilixxi l - proċessi tat - teħid tad - deċiżjonijiet applikabbli għall - għoti ta’ self lil u d - dħul fi tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp maniġerjali u l -partijiet relatati tagħhom. Dan il - qafas jista’ jipprevedi differenzjazzjoni bejn tranża zzjonijiet standard tan-negozju25 li jsiru fil-perkors normali tan- negozju u konklużi b’termini normali tas - suq u self u tranżazzjonijiet tal - persunal, li jiġu konklużi b’kundizzjonijiet disponibbli għall -persunal kollu. Barra minn hekk, il- qafas tal -kunflitti ta’ interess u l- proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet jistgħu jiddifferenzjaw bejn self materjali u mhux materjali u tranżazzjonijiet oħra, tipi differenti ta’ self u tranżazzjonijiet oħra u l -livell ta’ kunflitti ta’ interess reali jew potenzjali li j istgħu joħolqu.


25 It- tranżazzjonijiet tan -negozju jinkludu self, fatturazzjoni, servizzi fil- kuntest ta’ offerti pubbliċi inizjali (IPOs), fużjonijiet u akkwisti, u xiri u bejgħ ta’ proprjetà).

114. Bħala parti mill - qafas tal -kunflitti ta’ interess, il- korp maniġerjali għandu …

Bħala parti mill - qafas tal -kunflitti ta’ interess, il- korp maniġerjali għandu jistabbilixxi limiti xierqa (eż. għal kull tip ta’ prodott, volum, jew skont il - kundizzjonijiet) li ’l fuq minnhom is -self jew tranżazzjoni oħra ma’ membru tal -ko rp maniġerjali jew il - partijiet relatati tiegħu dejjem tirrikjedi l-approvazzjoni mill- korp maniġerjali. Deċiżjonijiet dwar self materjali jew tranżazzjonijiet materjali oħra ma’ membri tal - korp maniġerjali li mhumiex qed jiġu konklużi skont termini normali tas- suq, iżda soġġetti għal kundizzjonijiet disponibbli għall -persunal kollu, għandhom dejjem isiru mill - korp maniġerjali.

115. Il-membru tal- korp maniġerjali li jibbenefika minn tali self materjali jew tranżazzjoni …

Il-membru tal- korp maniġerjali li jibbenefika minn tali self materjali jew tranżazzjoni materjali oħra jew il -membru li huwa relatat mal- kontroparti, ma għandux ikun involut fit - teħid tad - deċiżjonijiet.

116. Meta jiddeċiedu dwar self jew tranżazzjoni oħra ma’ membru tal - korp maniġerjali jew il - …

Meta jiddeċiedu dwar self jew tranżazzjoni oħra ma’ membru tal - korp maniġerjali jew il - partijiet relatati tagħhom, qabel ma jieħdu deċiżjoni, id -ditti tal- investiment għandhom jivvalutaw ir- riskju li għalih id -ditta tal- investiment tista’ tkun esposta minħabba t - tranżazzjoni.

117. Sabiex tiġi żgurata l -konformità mal- politiki tagħhom dwar il -kunflitt ta’ interess …

Sabiex tiġi żgurata l -konformità mal- politiki tagħhom dwar il -kunflitt ta’ interess, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l - proċeduri ta’ kontroll intern rilevanti kollha japplikaw bis-sħiħ għal self u għal tranżazzjonijiet oħra ma’ membri tal - korp maniġerjali jew il -partijiet relatati tagħhom u li jkun hemm stabbilit qafas ta’ sorveljanza xieraq fil -livell tal-korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/