+50. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi rapport tal - …

50. L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi rapport tal - …

L- uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT għandu/għandha jipproduċi/tipproduċi rapport tal - attività tal - anqas fuq bażi annwali. Ir - rapport tal - attività għandu jkun proporzjonat għall - iskala u n -

natura tal - attivitajiettal - istituzzjonita’ kreditu jew finanzjarja. Ir - rapport tal - attività jista’, fejn

xieraq, ikun ibbażat fuq informazzjoni diġà mibgħuta lill - awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil - forma ta’ rapporti oħra. Ir - rapport tal - attività għandu jinkludi mill - inqas l - informazzjoni li ġejja: 1) Dwar il - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF:

  • a) Sommarju tas - sejbiet ewlenin tal - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF fin - negozju kollu kif imsemmi fl - Artikolu 8 tad - Direttiva (UE) 2015/849, fejn tali aġġornament ikun twettaq fis - sena li għaddiet, u konferma ta’ jekk kienx meħtieġ mill - awtorità kompetenti li jiġi ppreżentat għas - sena ta’ rapportar;8
  • b) deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidla relatata mal - metodu użat mill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja biex tivvaluta l - profil tar - riskju tal - klijent individwali, li tenfasizza kif tali bidla hija allinjata mal - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja kollha;
  • c) il - klassifikazzjoni tal - klijenti skont il - kategorija tar - riskju, inkluż l - għadd ta’ fajls tal - klijenti skont il - kategorija tar - riskju li għalihom ir - rieżamijiet u l - aġġornamenti tas - CDD huma pendenti;
  • d) l - informazzjoni u d - data statistika dwar:
i) ii) iii) iv) v)l - għadd ta’ tranżazzjonijiet mhux tas - soltu identifikati; l - għadd ta’ tranżazzjonijiet mhux tas - soltu analizzati; l - għadd ta’ rapporti ta’ tranżazzjonijiet jew attività suspettużi lill -FIU (distinti mill - pajjiż tal - operazzjonijiet); l - għadd ta’ relazzjonijiet mal - klijenti li waqfu mill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja minħabba tħassib dwar l - AML/CFT; l - għadd ta’ talbiet għal informazzjoni riċevuti mill - FIU, mill - qrati u mill - aġenziji tal - infurzar tal - liġi.

2) Dwar ir - riżorsi:

  • e) deskrizzjoni fil - qosor tal - istruttura tal - organizzazzjoni tal - AML/CFT u, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti li tkun saret fis - sena li għaddiet u tar - raġunament sottostanti;
  • f) deskrizzjoni qasira tar - riżorsi umani u tekniċi allokati għall - funzjoni ta’ konformità tal -AML/CFT mill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja;
  • g) fejn applikabbli, il - lista ta’ proċessi tal - AML/CFT esternalizzati b’deskrizzjoni tas - sorveljanza mwettqa mill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja fuq dawk l - attivitajiet.

3) Dwar politiki u proċeduri interni:

h) sommarju tal - miżuriimportanti meħuda u tal - proċeduri adottati matul is - sena, inkluża

deskrizzjoni qasira tar - rakkomandazzjonijiet, tal - problemi, tan - nuqqasijiet u tal - irregolaritajiet identifikati fis - sena tar - rapportar;

  • i) deskrizzjoni tal - azzjonijiet ta’ monitoraġġ tal - konformità meħuda biex tiġi vvalutata l - applikazzjoni tal - politiki, il - kontrolli u l - proċeduri tal - AML/CFT tal - istituzzjoni finanzjarja ta’ kreditu jew finanzjarja mill - impjegati, l - aġenti, id - distributuri u l - fornituri ta’ servizzi tal - istituzzjoni finanzjarja, kif ukoll l - adegwatezza ta’ kwalunkwe għodda ta’ monitoraġġ użata mill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għall - finijiet tal - AML/CFT;
  • j) deskrizzjoni tal - attivitajiet ta’ taħriġ tal - AML/CFT li tlestew, u tal - pjan ta’ taħriġ għas - sena d - dieħla;
  • k) pjan ta’ attivitajiet tal - funzjoni tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT għas - sena sussegwenti;
l) sejbiet ta’ awditiinterniu esterni rilevanti għall - AML/CFT u kwalunkwe progress li jsir mill -

istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja biex jiġu indirizzati dawn is - sejbiet;

  • m) l - attivitajiet superviżorji, inklużi l - komunikazzjonijiet mal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, imwettqa mill - awtorità kompetenti, ir - rapporti sottomessi, il - ksur identifikat u s - sanzjonijiet imposti flimkien ma’ kif l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja tkun qed tagħmel rimedju għall - ksur identifikat u għall - istadju li fih tkun qed tittieħed l - azzjoni ta’ rimedju, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rapport perjodiku ieħor li jista’ jkun meħtieġ fil - każ ta’ attività superviżorja jew azzjoni ta’ rimedju.
  • f. Rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi

8 Jekk jogħġbok irreferi għal - linji gwida tal - EBA dwar il - fatturi ta’ riskju tal - ML/TF dwar it - twettiq ta’ valutazzjonijiet tar - riskju (EBA/GL/2021/02 )

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/