+52. Meta l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT jittrażmetti/tittrażmetti informazzjoni lill …

52. Meta l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT jittrażmetti/tittrażmetti informazzjoni lill …

Meta l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT jittrażmetti/tittrażmetti informazzjoni lill -FIU f’konformità mal - Artikolu 33(2) tad - Direttiva (UE) 2015/849, huwa għandu jiżgura li l - informazzjoni tiġi trażmessa f’format u permezz ta’ mezzi li jikkonformaw ma’ kwalunkwe linji gwida maħruġa mill - FIU nazzjonali, b’mod effettiv. Bħala parti mir - rwol tiegħu/tagħha skont dik id - dispożizzjoni, l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT għandu/għandha:

  • a) jifhem/tifhem il - funzjonament u t - tfassil tas - sistema ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet, inklużi xenarji koperti skont ir - riskji tal - ML/TF ikkawżati lill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u l - proċeduri interni biex jiġu indirizzati l - allerti;
  • b) jirċievi/tirċievi rapporti mill - impjegati, mill - aġenti jew mid - distributuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, jew rapporti ġġenerati mod ieħor mis - sistemi tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja, ta’ għarfien jew ta’ suspett ta’ ML/TF, jew li persuna setgħet kienet, hija jew tista’ tkun konnessa mal - ML/TF;
  • c) jiżgura/tiżgura li dawn ir - rapporti jitqiesu fil - pront sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx għarfien jew suspett li l - fondi huma rikavati minn attività kriminali inklużi l - ML/TF, jew jekk persuna setgħetx tkun, hija jew tista’ tkun konnessa mal - ML/TF; l - uffiċjal ta’ konformità tal -AML/CFT għandu/għandha jiddetermina/tiddetermina, jiddokumenta/tiddokumenta u jimplimenta/timplimenta wkoll proċess ta’ prijoritizzazzjoni għar - rapporti interni riċevuti sabiex ir - rapporti interni li jikkonċernaw sitwazzjonijiet b’riskju għoli partikolari jiġu ttrattati bl - urġenza meħtieġa;
  • d) filwaqt li jivvaluta/tivvaluta r - rapporti riċevuti, iżomm/iżżomm rekord tal - evalwazzjonijiet kollha mwettqa kif ukoll kwalunkwe feedback riċevut mill - FIU sussegwentement biex itejjeb/ittejjeb l - individwazzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi futuri;
  • e) jiżgura/tiżgura li l - għarfien jew is - suspett tal - ML/TF jew tal - konnessjoni ta’ persuna mal -ML/TF jiġu rrapportati minnufih lill - FIU, billi jippreżenta/tippreżenta mar - rapport tali fatti, avvenimenti jew informazzjoni u dokumentazzjoni kif meħtieġ biex jissostanzjaw is - suspett jew il - każijiet ta’ raġunijiet raġonevoli għas - suspett tal - ML/TF;
  • f) jiżgura/tiżgura rispons fil - pront u eżawrjenti għal kwalunkwe talba għal informazzjoni magħmula mill - FIU; u
  • g) ikkunsidra/ikkunsidrat regolarment ir - raġunijiet għaliex l - allerti ta’ attività jew tranżazzjonijiet mhux tas - soltu ma ġewx miżjuda bħala rapporti interni sabiex jiġi determinat jekk hemmx kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati biex tiġi żgurata detezzjoni effettiva ta’ attività jew tranżazzjonijiet suspettużi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/