+6. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni
---+26. L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena …
---+27. Għall - finijiet tal -Annessi II u III, il- persunal identifikat huwa l - persunal speċifikat …
---+28. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl - Annessi ta’ dawn il -Linji Gwida, l- informazzjoni …
---+29. L- allokazzjoni tal - ammonti sottomessi għall - parti fissa u varjabbli tar - rimunerazzjoni …
---+30. L- entrati mhux monetarji taxxabbli tar - rimunerazzjoni għandhom jiġu inklużi mal - …
---+31. Huma biss l - ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija għas - sena finanzjarja rrapportata …
---+32. Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - rimunerazzjoni varjabbli garantita u l - …
---+33. Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mid - ditta ta’ investiment qabel tmiem …
---+34. Għall - finijiet tat - tabelli fl -Anness I u fl-Anness III, il- persunal għandu jiġi …
---+35. Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - …
---+36. Rimunerazzjoni varjabbli mogħtija abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti pluriennali li ma jinbidlux fuq …
---+37. Id- ditti ta’ investiment li ma jaqgħux taħt l - Artikolu 32(4)(a) tad - Direttiva (UE) …

6. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni

6. Speċifikazzjonijiet addizzjonali għad - data dwar ir- rimunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
26. L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena …

L- għadd ta’ membri tal - persunal għandu jiġi sottomess kif iddeterminat fi tmiem is - sena finanzjarja (jiġifieri l - membri tal - persunal li telqu matul is - sena finanzjarja ma għandhomx jingħaddu, filwaqt li l- membri tal - persunal li ġew irreklutati fis - sena finanzjarja għandhom jingħaddu, filwaqt li jitqiesu l- arranġamenti kuntrattwali tagħhom dwar il - ħin tax - xogħol).

  • a. Meta jkun irid jiġi sottomess l - għadd ta’ membri tal - persunal f’termini tan - numru ta’ impjegati, għandu jiddaħħal l - għadd ta’ persuni fiżiċi, indipendentement mill - għadd ta’ EBA Public

sigħat tax - xogħol li fuqhom huwa bbażat il - kuntratt tagħhom jew mill - bidliet fl - għadd ta’ persunal matul is - sena u filwaqt li jitqiesu l - ammonti totali ta’ rimunerazzjoni mogħtija għas -sena.

  • b. Meta jkun irid jiġi sottomess l - għadd ta’ persunal f’termini tal - ekwivalenti għal full - time, l - għadd għandu jkun ibbażat fuq il - perċentwal taż - żmien li membru tal - persunal individwali jkun impjegat meta mqabbel ma’ kuntratt fuq bażi full - time (pereżempju, jiġi rrapportat 0.5 għal membru tal - persunal li qed jaħdem 50 % tal - ħin ta’ kuntratt full - time).
27. Għall - finijiet tal -Annessi II u III, il- persunal identifikat huwa l - persunal speċifikat …

Għall - finijiet tal -Annessi II u III, il- persunal identifikat huwa l - persunal speċifikat taħt il - punt (a) fejn id- ditti ta’ investiment jissottomettu data fuq bażi individwali, u taħt il - punt (b) fejn id - ditti ta’ investiment jissottomettu data fuq bażi kkonsolidata f’konformità mal - Artikolu 7 tar - Regolament (UE) 2019/2033, fejn il- membri tal - korp maniġerjali tas -sussidjar ji jiġu rrapportati taħt il - linji ta’ azzjoni minflok taħt il - funzjoni “korp maniġerjali”.

  • a. Il- persunal identifikat huwa l -persunal li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tad - ditta ta’ investiment jew fuq l - assi li timmaniġġja fuq bażi individwali.
  • b. Il- persunal identifikat huwa l - aggregazzjoni ta’:
  • i. persunal identifikat f’ditti ta’ investiment li huma fil - kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal - konsolidazzjoni u li huma stess huma soġġetti għad - dispożizzjonijiet dwar ir - rimunerazzjoni skont l - Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, indipendentement mill - fatt li l - membri tal - persunal huma identifikati fuq livell individwali jew ikkonsolidat, u
  • ii. persunal identifikat f’entitajiet oħrajn li għalihom japplikaw biss l- Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 fuq bażi kkonsolidata, fir - rigward tal - membri tal - persunal li l- attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il - profil tar - riskju tad - ditta ta’ investiment jew fuq l - assi li timmaniġġja fuq bażi kkonsolidata.
28. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl - Annessi ta’ dawn il -Linji Gwida, l- informazzjoni …

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl - Annessi ta’ dawn il -Linji Gwida, l- informazzjoni dwar ir - rimunerazzjoni mogħtija għas - sena finanzjarja għandha tinkludi r - rimunerazzjoni grossa fissa u varjabbli mogħtija għal dik is -sena, j iġifieri s - sena finanzjarja ta’ qabel is - sena tas - sottomissjoni tal - informazzjoni.

29. L- allokazzjoni tal - ammonti sottomessi għall - parti fissa u varjabbli tar - rimunerazzjoni …

L- allokazzjoni tal - ammonti sottomessi għall - parti fissa u varjabbli tar - rimunerazzjoni għandha ssir f’konformità mat - Taqsima 7 tal - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki ta’ rimunerazzjoni tajbin skont id - Direttiva (UE) 2019/2034.3


3 Il- Linji Gwida huma ppubblikati fuq: https://www.eba.europa.eu/regulation -and- policy/investment - firms/guidelines - remuneration - policies - investment - firms

30. L- entrati mhux monetarji taxxabbli tar - rimunerazzjoni għandhom jiġu inklużi mal - …

L- entrati mhux monetarji taxxabbli tar - rimunerazzjoni għandhom jiġu inklużi mal - ekwivalenti monetarji tagħhom u jiġu inklużi bħala “forom oħrajn” ta’ rimunerazzjoni. EBA Public

31. Huma biss l - ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija għas - sena finanzjarja rrapportata …

Huma biss l - ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija għas - sena finanzjarja rrapportata li ġew differiti li għandhom jiġu rrapportati taħt il - pożizzjoni “li minnhom: differiti” fl -Anness II. Ir-rimunerazzjoni varjabbli differita għall - perjodi preċedenti għandha tiġi sottomessa taħt l - i nformazzjoni addizzjonali fl -Anness II.

32. Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - rimunerazzjoni varjabbli garantita u l - …

Il- pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg, ir - rimunerazzjoni varjabbli garantita u l - benefiċċji diskrezzjonarji tal - pensjoni għandhom jiġu inklużi fl - ammont ta’ rimunerazzjoni varjabbli totali fl - Anness II u fis-sub kategorija xierqa. L - ammonti għandhom jiżdiedu wkoll mar - ringieli speċifiċi fit - taqsima dwar informazzjoni addizzjonali fl -Anness II.

33. Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mid - ditta ta’ investiment qabel tmiem …

Meta l - membri tal - persunal identifikati jkunu telqu mid - ditta ta’ investiment qabel tmiem is -sena finanzjarja, għandha tiġi sottomessa r - rimunerazzjoni mogħtija għas - sena finanzjarja, inklużi l - pagamenti ta’ terminazzjoni tal - impjieg u l - forom l - oħrajn kollha ta’ rimunerazzjoni, filwaqt li l - membru tal - persunal ma għandux jingħadd mal - għadd ta’ persunal identifikat sottomess meta l - kuntratt ikun diġà ntemm qabel tmiem is - sena finanzjarja. Il - membri tal - persunal identifikati li jkunu ssieħbu fid - ditta ta’ investiment matul is - sena finanzjarja għandhom jiġu inklużi fl - għadd ta’ membri tal - persunal identifikati, filwaqt li jitqie su l- arranġamenti kuntrattwali tagħhom dwar il - ħin tax - xogħol (pereżempju, il - membri tal - persunal li jaħdmu fuq bażi full - time li jkunu ssieħbu matul is- sena finanzjarja dejjem jingħaddu ma’ “1” fi tmiem is - sena finanzjarja) u għandha tiġi sottomessa r- rimunerazzjoni kollha mogħtija lil dawk il - membri tal - persunal identifikati għas - sena finanzjarja.

34. Għall - finijiet tat - tabelli fl -Anness I u fl-Anness III, il- persunal għandu jiġi …

Għall - finijiet tat - tabelli fl -Anness I u fl-Anness III, il- persunal għandu jiġi kklassifikat taħt il - funzjoni jew il- linja ta’ azzjoni li fiha jwettaq il - parti predominanti tal - attivitajiet kummerċjali tiegħu. L - ammont sħiħ ta’ rimunerazzjoni mogħtija lil dak il - membru tal - persunal fi ħdan il -grupp jew id-ditta ta’ investiment għandu jiġi inkluż taħt din il - funzjoni jew il - linja ta’ azzjoni.

35. Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - …

Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw l - organizzazzjoni interna tagħhom u dan li ġej:

  • a. “Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li jaġixxu fir - rwol ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni. Id - ditti ta’ investiment għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji fl -Anness II għall - kategorija “persunal identifikat ieħor” u fl -Anness I u fl-Anness III għal - linji ta’ azzjoni rispettivi.
  • b. “Funzjoni maniġerjali tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ikkonsolidat li huma responsabbli mill - funzjonijiet maniġerjali tiegħu (jiġifieri diretturi eżekuttivi). Id - ditti ta’ investiment għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji fl -Anness II għall - kategorija “maniġment superjuri ieħor” u fl -Annessi I u III għal - linji ta’ azzjoni rispettivi.
  • c. “Maniġment superjuri ieħor” huwa l - persunal definit fil - punt (27) tal - Artikolu 3(1) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 għajr il - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ikkonsolidat.
  • d. Il- persunal li la jkun “maniġment superjuri ieħor” u lanqas membru tal - korp maniġerjali għandu jiġi rrapportat taħt “persunal identifikat ieħor”. EBA Public
  • e. “Negozjar akkont proprju, sottoskrizzjoni u tqegħid ta’ strumenti” għandhom jinkludu s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (3), (6) u (7) tal -Anness I, it - Taqsima A għad - Direttiva 2014/65/UE4 .
  • f. “Pariri dwar l - investiment u eżekuzzjoni tal - ordnijiet” għandhom jinkludu s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (1), (2) u (5) tal -Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE.
  • g. “Ġestjoni tal - portafoll” għandha tinkludi s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punt (4) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE u l - persunal li jimmaniġġja l -assi f’sussidjarji li huma Impriżi ta’ Investimenti Kollettivi f’Titoli Trasferibbli (UCITS) jew Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv (AIFMs) li huma soġġetti għall - applikazzjoni tal - Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 fuq bażi kkonsolidata.
  • h. “Tħaddim tal - MTF/OTF” għandu jinkludi s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (8) u (9) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE.
  • i. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandhom jinkludu biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti ta’ ġestjoni tar - riskju, konformità u awditjar intern kif deskritti fil - Linji Gwida tal -EBA dwar il-g overnanza interna.5
  • j. “Il -persunal l- ieħor kollu” għandu jinkludi l - persunal li ma huwiex inkluż fil - punti minn (a) sa (i).

4 Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 dwar is- swieq fl - istrumenti finanzjarji u li temenda d - Direttiva 2002/92/KE u d - Direttiva 2011/61/UE

5 LG tal -EBA dwar il- governanza interna skont id - Direttiva (UE) 2019/2024, it - Taqsima 15

36. Rimunerazzjoni varjabbli mogħtija abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti pluriennali li ma jinbidlux fuq …

Rimunerazzjoni varjabbli mogħtija abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti pluriennali li ma jinbidlux fuq bażi annwali, jiġifieri meta d- ditti ta’ investiment ma jibdewx perjodu ġdid ta’ dovuti ta’ aktar minn sena kull sena, għandha tiġi allokata bis - sħiħ, għall - finijiet tal -Anness II, għar - rimunerazzjoni varjabbli totali għas - sena finanzjarja li fiha tkun ingħatat, mingħajr kunsiderazzjoni tal - mument meta r - rimunerazzjoni varjabbli titħallas b’mod effettiv jew tat - tul tal - perjodu ta’ prestazzjoni. L - ammont ta’ dik ir - rimunerazzjoni varjabbli għandu jiġi inkluż ukoll fl - informazzjoni addizzjonali fl -Anness II.

37. Id- ditti ta’ investiment li ma jaqgħux taħt l - Artikolu 32(4)(a) tad - Direttiva (UE) …

Id- ditti ta’ investiment li ma jaqgħux taħt l - Artikolu 32(4)(a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 għandhom jissottomettu fl -Anness II ir- rimunerazzjoni fissa u varjabbli tal - persunal identifikat li għalih tapplika d - deroga skont l - Artikolu 32(4)(b) ta’ dik id - Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/