+35. Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - …
|
35. Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - …
Għall - allokazzjoni ta l- persunal għal linji ta’ azzjoni u kategoriji ta’ persunal, id - ditti ta’ investiment għandhom jikkunsidraw l - organizzazzjoni interna tagħhom u dan li ġej: - a. “Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li jaġixxu fir - rwol ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni. Id - ditti ta’ investiment għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji fl -Anness II għall - kategorija “persunal identifikat ieħor” u fl -Anness I u fl-Anness III għal - linji ta’ azzjoni rispettivi.
- b. “Funzjoni maniġerjali tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ikkonsolidat li huma responsabbli mill - funzjonijiet maniġerjali tiegħu (jiġifieri diretturi eżekuttivi). Id - ditti ta’ investiment għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji fl -Anness II għall - kategorija “maniġment superjuri ieħor” u fl -Annessi I u III għal - linji ta’ azzjoni rispettivi.
- c. “Maniġment superjuri ieħor” huwa l - persunal definit fil - punt (27) tal - Artikolu 3(1) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 għajr il - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ikkonsolidat.
- d. Il- persunal li la jkun “maniġment superjuri ieħor” u lanqas membru tal - korp maniġerjali għandu jiġi rrapportat taħt “persunal identifikat ieħor”. EBA Public
- e. “Negozjar akkont proprju, sottoskrizzjoni u tqegħid ta’ strumenti” għandhom jinkludu s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (3), (6) u (7) tal -Anness I, it - Taqsima A għad - Direttiva 2014/65/UE4 .
- f. “Pariri dwar l - investiment u eżekuzzjoni tal - ordnijiet” għandhom jinkludu s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (1), (2) u (5) tal -Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE.
- g. “Ġestjoni tal - portafoll” għandha tinkludi s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punt (4) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE u l - persunal li jimmaniġġja l -assi f’sussidjarji li huma Impriżi ta’ Investimenti Kollettivi f’Titoli Trasferibbli (UCITS) jew Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv (AIFMs) li huma soġġetti għall - applikazzjoni tal - Artikoli 30 u 32 tad - Direttiva (UE) 2019/2034 fuq bażi kkonsolidata.
- h. “Tħaddim tal - MTF/OTF” għandu jinkludi s - servizzi u l - attivitajiet taħt il - punti (8) u (9) tal - Anness I, it - Taqsima A tad - Direttiva 2014/65/UE.
- i. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandhom jinkludu biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti ta’ ġestjoni tar - riskju, konformità u awditjar intern kif deskritti fil - Linji Gwida tal -EBA dwar il-g overnanza interna.5
- j. “Il -persunal l- ieħor kollu” għandu jinkludi l - persunal li ma huwiex inkluż fil - punti minn (a) sa (i).
4 Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 dwar is- swieq fl - istrumenti finanzjarji u li temenda d - Direttiva 2002/92/KE u d - Direttiva 2011/61/UE 5 LG tal -EBA dwar il- governanza interna skont id - Direttiva (UE) 2019/2024, it - Taqsima 15
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|