+6.5 Valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta
---+213. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għad - Ditta li jirriżulta minn …
---+214. Fil- valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - …
---+215. Permezz tal - valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta inerenti, l - awtoritajiet kompetenti …
---+216. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għad - Ditta kemm f’termini attwali …
---+217. Meta jkun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu wkoll valutazzjoni aktar …
---+218. Sabiex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta …
---+219. Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin: a. il- mudell …
---+220. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - …
---+221. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju operazzjonali …
---+222. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta …
---+223. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju tal - …
---+224. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu din il - valutazzjoni b’kunsiderazzjoni tal - …
---+225. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas - sorsi moħbija ta’ …
---+226. Għall - gruppi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir - riskju ta’ …
---+227. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju ta’ inadempjenza tal - kontroparti …
---+228. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq is - sorsi ta’ …
---+229. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni d war ir- riskji mġarrba mid - ditta …
---+230. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq assi li l - valur tagħhom ikun ġie stmat …
---+231. Ir- riskju ta’ kreditu jista’ jinħoloq mill - għoti ta’ self biex klijent ikun jista’ jwettaq …
---+232. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti jekk id- …
---+233. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju ta’ …
---+234. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti meta …
---+235. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji mġarrba mid - ditta …
---+236. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq in - natura tal - istrumenti finanzjarji …
---+237. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji mġarrba mill - iskema …
---+238. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq ir - riskju li jirriżulta minn diskrepanza …
---+239. Sabiex jintlaħaq fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għad - Ditta tad - ditta tal - …
---+240. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …
---+241. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u …
|
6.5 Valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta
6.5.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
213. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għad - Ditta li jirriżulta minn …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għad - Ditta li jirriżulta minn fatturi ta’ riskju differenti bħal: riskji operazzjonali mill - fluss tan - negozjar ta’ kuljum (DTF), riskju ta’ konċentrazzjoni minħabba skoperturi kbar (CON), u skopertura għall - inadempjenza tal - kontropartijiet tan - negozjar (TCD). Fil - valutazzjoni tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw wkoll is - sorsi ta’ riskju għad - ditta tal - investiment bħall - bidliet materjali fil - valuri kontabilistiku tal - assi, il - falliment tal - klijenti jew tal - kontropartijiet, il - pożizzjonijiet fl - istrumenti finanzjarji, muniti barranin u komoditajiet u l - obbligi għal skemi ta’ pensjoni b’benefiċċji stabbiliti f’konformità mal - Artikolu 29 tad - Direttiva (UE) 2019/2034. Meta rilevanti, huma għandhom jikkunsidraw ukoll fatturi oħrajn li jistgħu joħolqu riskju għad - ditta tal - investiment.
|
|
214. Fil- valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - …
|
Fil- valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - volum, in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment. 6.5.2 Valutazzjoni tar- Riskju għad -Ditta inerenti
|
|
215. Permezz tal - valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta inerenti, l - awtoritajiet kompetenti …
|
Permezz tal - valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta inerenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - motivaturi ewlenin u jevalwaw is - sinifikat tal - impatt prudenzjali ta’ dan ir - riskju tad - ditta tal - investiment. Għalhekk, il - valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta inerenti għandha tkun strutturata madwar il - passi ewlenin li ġejjin: - a. il- valutazzjoni preliminari;
- b. il- valutazzjoni tan - natura u tal - iskala tal - attivitajiet ta’ investiment li jġarrbu riskju għad - ditta tal - investiment;
- c. il- valutazzjoni tas - sistemi u tal - proċessi rigward dawn l - attivitajiet.
|
|
216. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għad - Ditta kemm f’termini attwali …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - Riskju għad - Ditta kemm f’termini attwali kif ukoll f’termini prospettivi.
|
|
217. Meta jkun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu wkoll valutazzjoni aktar …
|
Meta jkun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu wkoll valutazzjoni aktar granulari, potenzjalment fil - livell ta’ klijenti uniċi. Valutazzjoni preliminari
|
|
218. Sabiex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta …
|
Sabiex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tar - Riskju għad - Ditta, l - awtoritajiet kompetenti għandhom l - ewwel jidentifikaw is - sorsi tar - Riskju għad - Ditta li d - ditta tal - investiment hi jew tista’ tkun esposta għalihom.
|
|
219. Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin: a. il- mudell …
|
Bħala minimu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn li ġejjin: - a. il- mudell tan - negozju u l - aptit għar - riskju;
66 - b. il- piż tal - ammont tal - fattur - K għar - Riskju għad - ditta meta mqabbel mal - ammont totali tal - fattur - K;
- c. previżjonijiet tal - ammont tal - fattur - K għar - Riskju għad - Ditta, jekk disponibbli;
- d. il- kost tat - telf operazzjonali għad - ditta kontra d - dħul.
|
|
220. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - analiżi preliminari b’kunsiderazzjoni tal - bidla f’dawn ta’ hawn fuq matul iż - żmien biex jiffurmaw opinjoni infurmata tal - motivaturi ewlenin tar - Riskju għ ad- Ditta tad - ditta tal - investiment. Fluss tan - negozjar ta’ kuljum
|
|
221. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju operazzjonali …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju operazzjonali relatat man - negozjar akkont proprju. Dan ir - riskju jista’ jinħoloq minn żbalji tas - sistema jew tal - bniedem minħabba l - kumplessità tal - proċessi, tal - proċeduri, u tas - sistemi tal - IT (inkluż l - użu ta’ teknoloġiji ġodda), sal - punt li jistgħu jwasslu għal żbalji, dewmien, speċifikazzjoni ħażina jew ksur ta’ sigurtà.
|
|
222. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti, meta rilevanti: - a. il- volum, l - iskopertura, in - numru u l - kumplessità tat - tranżazzjonijiet implimentati;
- b. in- nuqqas ta’ disponibbiltà jew telf ta’ integrità tas - sistemi tal - IT;
- c. it - tipi ta’ infrastrutturi tas - suq finanzjarju (FMIs) użati għall - ipproċessar tat - tranżazzjonijiet: vuċi, pjattaformi elettroniċi (MTF, OTF);
- d. negozjar algoritmiku.
Riskju tal - konċentrazzjoni
|
|
223. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju tal - konċentrazzjoni li d - ditta tal - investiment hija esposta għalih. B’mod speċifiku, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju li d - ditta tal - investiment se ġġarrab telf sinifikanti li joħroġ minn konċentrazzjoni ta’ skoperturi għal grupp żgħir ta’ kontropartijiet jew għal assi finanzjarji korrelatati ħafna.
|
|
224. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu din il - valutazzjoni b’kunsiderazzjoni tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu din il - valutazzjoni b’kunsiderazzjoni tal - kategoriji differenti ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni, inklużi: - a. konċentrazzjonijiet b’isem wieħed (inkluż klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi kif iddefiniti għal skoperturi kbar);
- b. konċentrazzjonijiet settorjali;
- c. konċentrazzjonijiet ġeografiċi;
- d. konċentrazzjoni tal - prodott; u
- e. konċentrazzjoni ta’ kollaterali u garanziji. 67
|
|
225. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas - sorsi moħbija ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas - sorsi moħbija ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni li jistgħu jimmaterjalizzaw taħt kundizzjonijiet ta’ stress, meta l- livell tal - korrelazzjoni jista’ jiżdied meta mqabbel mal - kundizzjonijiet normali u meta jistgħu jinqalgħu skoperturi addizzjonali minn entrati li ma jidhrux fil - karta tal - bilanċ.
|
|
226. Għall - gruppi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir - riskju ta’ …
|
Għall - gruppi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir - riskju ta’ konċentrazzjoni li jista’ jirriżulta minn konsolidazzjoni, li jista’ ma jkunx evidenti fuq livell individwali. Riskju ta’ inadempjenza tal - kontroparti tan - negozjar
|
|
227. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju ta’ inadempjenza tal - kontroparti …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskju ta’ inadempjenza tal - kontroparti tan - negozjar li jiffaċċjaw id - ditti tal - investiment li jirriżultaw minn skoperturi għal tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji.
|
|
228. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq is - sorsi ta’ …
|
Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq is - sorsi ta’ riskju inerenti li ġejjin, meta rilevanti: - a. il- kwalità tal - kontropartijiet u l - aġġustamenti tal - valwazzjoni tal - kreditu (CVAs) rilevanti;
- b. il- kumplessità tal - istrumenti finanzjarji sottostanti t - tranżazzjonijiet rilevanti;
- c. ir- riskju ta’ korrelazzjoni ħażina li jirriżulta mill - korrelazzjoni pożittiva bejn ir - riskju ta’ kreditu tal - kontroparti u l - iskopertura għar - riskju ta’ kreditu;
- d. l- iskopertura għar - riskji ta’ kreditu tal - kontroparti u tas - saldu kemm f’termini tal - valuri attwali tas - suq kif ukoll tal - ammont nominali, meta mqabbla mal - iskopertura ġenerali ta’ kreditu u mal - fondi proprji;
- e. il- proporzjon ta’ tranżazzjonijiet ipproċessati permezz ta’ infrastrutturi tas - suq finanzjarji (FMIs) li jipprovdu saldu ta’ kunsenja kontra ħlas;
- f. il- proporzjon ta’ tranżazzjonijiet rilevanti lill - kontropartijiet ċentrali (CCPs) u l - effettività tal - mekkaniżmi ta’ protezzjoni tat - telf tagħhom bħal - livelli tal - marġini u l- kontribuzzjoni tal - fond tal - inadempjenza; u
- g. l- eżistenza, is - sinifikat, l - effettività u l - infurzabbiltà ta’ ftehimiet ta’ netting (netting b’saldu antiċipat).
Bidliet materjali fil - valur kontabilistiku tal - assi
|
|
229. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni d war ir- riskji mġarrba mid - ditta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni d war ir- riskji mġarrba mid - ditta tal - investiment minħabba bidliet materjali fil - valur kontabilistiku tal - assi. Dan ir - riskju jista’ jwassal għal telf jekk il - valur li l - assi jiġu rreġistrati għalih ma jirriflettix kif xieraq il - valur reali tas - suq tagħhom.
|
|
230. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq assi li l - valur tagħhom ikun ġie stmat …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq assi li l - valur tagħhom ikun ġie stmat permezz ta’ mudelli u indikaturi minflok inputs direttament dedotti mis - suq. 68 Riskju ta’ kreditu (nuqqas ta’ klijenti jew kontropartijiet)
|
|
231. Ir- riskju ta’ kreditu jista’ jinħoloq mill - għoti ta’ self biex klijent ikun jista’ jwettaq …
|
Ir- riskju ta’ kreditu jista’ jinħoloq mill - għoti ta’ self biex klijent ikun jista’ jwettaq tranżazzjoni, self dirett lill - persunal, riskju ta’ kreditu intraġurnata minħabba overdraft, garanzija u skoperturi ta’ kreditu kontinġenti, iżomm sal - maturità jew pożizzjonijiet ta’ bonds illikwidi, self ta’ marġni lill - klijenti, tariffi u kummissjonijiet dovuti/mhux imħallsa, skoperturi ta’ kreditu diretti għall - fondi amministrati tagħhom permezz ta’ self, investimenti tal - bidu u garanziji.
|
|
232. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti jekk id- …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti jekk id- data rilevanti tkun disponibbli: - a. in- natura tar - riskju ta’ kreditu fid - ditta tal - investiment filwaqt li jitqiesu t - tipi ta’ kontropartijiet u skoperturi;
- b. impenji li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ, b’mod partikolari garanziji mogħtija jew riċevuti;
- c. riskju ta’ indeboliment.
|
|
233. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar il - grad ta’ riskju ta’ indeboliment jew deprezzament tal - assi barra mill - portafoll tan - negozjar li ma jkunx kopert minn fatturi - K bħall - K -TCD. Dan ir- riskju jista’ jinħoloq minn rivalwazzjonijiet meta, pereżempju, il - probabbiltà ta’ inadempjenza ta’ kontroparti tiżdied b’mod sinifikanti jew il - valur ta’ sussidjarja jkun naqas mill - akkwiżizzjoni.
|
|
234. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti meta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq dawn is - sorsi ta’ riskju inerenti meta rilevanti: - a. il- bidliet fl - affidabbiltà kreditizja tal - kontropartijiet;
- b. Il- kumplessità tat - tranżazzjonijiet u l - ingranaġġ għoli (b’mod partikolari l - LBOs);
- c. l- avvenimenti eċċezzjonali li jwasslu għal rivalwazzjoni.
Pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji, muniti barranin u komoditajiet
|
|
235. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji mġarrba mid - ditta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji mġarrba mid - ditta tal - investiment minħabba l - iskopertura għal strumenti finanzjarji, muniti barranin u komoditajiet. Dawn is - sorsi ta’ riskju jistgħu jwasslu għal telf f’każ ta’ movimenti avversi fis - suq finanzjarju, fis - suq tal - muniti barranin u fis - swieq tal - komoditajiet.
|
|
236. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq in - natura tal - istrumenti finanzjarji …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq in - natura tal - istrumenti finanzjarji miżmuma mid - ditta tal - investiment, fuq l - iskopertura ġenerali tad - ditta tal - investiment għas - suq tal - muniti barranin (b’kunsiderazzjoni wkoll, pereżempju, tal - korrelazzjoni tal - muniti li d - ditta tal - investiment għandha skopertura fiha) u dwar l - iskopertura għ al komoditajiet speċifiċi. 69 Riskji relatati mal - benefiċċji għall - impjegati u mar - riskju tal - pensjoni
|
|
237. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji mġarrba mill - iskema …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir - riskji mġarrba mill - iskema ta’ remunerazzjoni u pensjoni tad - ditta tal - investiment. Dan ir - riskju jista’ jwassal għal telf jekk il - ħlasijiet ikunu eċċessivi meta mqabbla mad - dħul tad - ditta, inkluż il - periklu tal - profittabbiltà u s - solvenza tad - ditta.
|
|
238. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq ir - riskju li jirriżulta minn diskrepanza …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw fuq ir - riskju li jirriżulta minn diskrepanza strutturali bejn l - assi u l - obbligazzjonijiet relatati mal - benefiċċji għall - impjegati, meta rilevanti. 6.5.3 Valutazzjoni tal- ġestjoni u l -kontrolli tar- Riskju għad -Ditta
|
|
239. Sabiex jintlaħaq fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għad - Ditta tad - ditta tal - …
|
Sabiex jintlaħaq fehim komprensiv tal - profil tar - Riskju għad - Ditta tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - qafas tal - ġestjoni tal - governanza u tar - riskju li jnaqqas ir - riskju li jinħoloq mill - fluss tan - negozjar, mill - konċentrazzjoni u mill - inadempjenza tal - kontroparti. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - elementi li ġejjin filwaqt li jqisu l - volum, in - natura u l - kumplessità tal - attivitajiet tad - ditta tal - investiment: - a. li d- ditta tal - investiment għandha strateġija tar - riskju soda, ifformulata u dokumentata b’mod ċar rigward il - fluss tan - negozjar , il- konċentrazzjoni u l - inadempjenza tal - kontroparti, approvata mill - korp maniġerjali tagħha;
- b. li l- istrateġija tar - riskju tad - ditta tal - investiment tirrifletti b’mod xieraq l - aptit għal dawn ir - riskji tad - ditta tal - investiment u hija konsistenti mal - aptit għar - riskju ġenerali;
- c. li d- ditta tal - investiment għandha qafas organizzazzjonali xieraq għall - ġestjoni, il - kejl, il - monitoraġġ u l - kontroll tar - riskji ta’ konċentrazzjoni u ta’ inadempjenza tal - kontroparti, b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi);
- d. li d- ditta tal - investiment għandha politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni, il - kejl u l - kontroll tar - Riskju għad - Ditta, inklużi limiti li jirriflettu l - aptit għar - riskju stabbilit mill - Bord;
- e. li d- ditta tal - investiment għandha qafas xieraq għall - identifikazzjoni, fehim u kejl tar - Riskju għad - Ditta, skont id - daqs u l - kumplessità tad - ditta tal - investiment, li dan il - qafas huwa konformi mar - rekwiżiti minimi rilevanti f’konformità mal - leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti tal - UE u nazzjonali; u
- f. li d- ditta tal - investiment għandha qafas ta’ kontroll b’saħħtu u komprensiv u salvagwardji sodi biex timmitiga r - Riskju għad - Ditta b’mod konformi mal - istrateġija ta’ ġestjoni tar - riskju u l- aptit għar - riskju tagħha.
70 6.5.4 Sommarju tas- sejbiet u għoti ta’ punteġġ
|
|
240. Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni …
|
Wara l - valutazzjoni ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw opinjoni dwar ir- Riskju għal Ditta tad - ditta tal - investiment. Din l - opinjoni għandha tkun riflessa fis - sommarju tas - sejbiet, akkumpanjata minn punteġġ tar - riskju ibbażat fuq il - kunsiderazzjonijiet speċifikati fit - Tabella 7. Jekk, abbażi tal - materjalità ta’ ċerti fatturi tar - riskju, l - awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jivvalutawhom u jagħtuhom punteġġ individwalment, il - gwida pprovduta f’din it - tabella għandha tiġi applikata, sa fejn ikun possibbli, permezz ta’ analoġija.
|
|
241. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn il - fatturi kollha b’mod parallel u mhux iżolat u jifhmu l - motivaturi wara r - Riskju għad - Ditta. Tabella 7. Kunsiderazzjonijiet superviżorji għall - assenjament ta’ punteġġ tar - Riskju għad - Ditta Punteġġ Kunsiderazzjonijiet fir-Perspettiva Kunsiderazzjonijiet fir-rigward tar-riskju tar- rigward ta’ ġestjoni u superviżorja inerenti
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|